Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1327027
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 10 TA' JANNAR 2021 'Rapporti dwar nies fuq il-binja tal-Jerma jiġu rrappurtati lill-pulizija' - Sindku Diversi żgħażagħ jidhru fuq il-bjut tal-binja dilapidata u mitluqa tal-Jerma. Is-Sindku ta' Wied il-Għajn jgħid li kull rapport ta' persuni fuq il-binja jgħaddi għand il-pulizija li jieħdu azzjoni. Jilmenta wkoll dwar il-ħmieġ li jitħalla fuq il-post ... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "Aħna kull meta nirċievu rapporti, inkluż minn diversi residenti, dejjem nirrapportaw lill-pulizija dwar nies fil-binja tal-Jerma u l-pulizija dejjem jiġu u jieħdu azzjoni." Hekk sostna s-Sindku ta' Wied il-Għajn Mario Calleja ma' din il-gazzetta meta mistoqsi dwar il-preżenza ta' persuni - l-aktar żgħażagħ - f 'dan il-post mitluq u perikoluż ukoll. Il-gazzetta ILLUM marret fuq il-post u rat, qalb it-telqa u l-ħmieġ li jiddominaw din iż-żona xi darba ta' lussu, żgħażagħ telgħin u neżlin fil- binja u saħansitra jitilgħu fuq il-bejt. Mistoqsi jekk hux qed isir xi forma ta' monteraġġ, minħabba s-sigurtà tad-diversi persuni li jidhru illi qed imorru jużaw il-post, is-Sindku fakkar illi l-binja hija waħda privata u miftuħa u huwa diffiċli li twaqqaf lil xi ħadd milli jidħol, minkejja d-diversi barrikati u anke knaten li tpoġġew fuq il- post. Minn ritratti li din il- gazzetta ħadet sal-ġimgħa l-oħra stess diversi żgħażagħ saħansitra kienu fuq il-bejt, qed iqattgħu ftit mill-ħin liberu tagħhom waqt il-vaganzi fuq din il-binja kkundannata. "Pero apparti milli jidħlu - għax kif għidna dik ma tantx tista' twaqqafha - hija għarukaża kbira l-ammont ta' ħmieġ li jitħalla minn nies hemmhekk. Sa fdalijiet ta' ħnieżer wara xi majjalata insibu hemmhekk!" sostna Calleja. "Imma jiena ma nistax naqbad u mmur innaddaf, għax mhux post pubbliku," ifakkar. Dan huwa kkonfermat fil-fatt minn dak li rat din il-gazzetta hekk kif fost it-telqa tal-post kien hemm kull xorta ta' ħmieġ, l-aktar plastik. Is-Sindku temm jgħid illi kieku għall-Kunsill Lokali "ilu li sar xi ħaġa fuq dan is-sit." Jgħid iżda illi kull darba li ssir proposta jkun hemm min jopponiha, "u daqqa għax għoli u daqqa għax baxx u daqqa għax appartamenti ... u ma sar xejn u baqa' hekk!" Proposti li ġew deskritti bħala 'żvilupp massiċċ' Proposti dwar l-art tal-Jerma ilhom isiru bl-Awtotità tal- Ippjanar tipproponi Pjan ta' Żvilupp għaż-żona fl-2020. Fosthom kienet ipproponiet li fejn hemm il-lukanda illum l-art tintuża għal skopijiet turistiċi, pero' wkoll residenzjali u ta' kummerċ. Seba' għaqdiet non governattivi kienu fetħu protest ġudizzjarju bl-awtorità sussegwentement tirrevedi dan il-Pjan ta' Żvilupp. Dan fost oħrajn minħabba li żona aċċessibbli għall-pubbliku kif ukoll sit ta' wirt storiku kienu inklużi fil-pjan ta' 100,000 metru kwadru. Propost li jsir kien hemm binjiet ta' 15-il sular li jinkludu lukanda u appartamenti. Il- grupp Porto Notos kien issottometta pjanijiet fl-2018 li qed jipproponu 166 appartament ta' lussu, 250 kamra ta' lukanda, parkeġġ taħt l-art, ċentru ta' negozju u lido. Minkejja l-emendi, seba' għaqdiet - fosthom il-Moviment Graffitti u Flimkien għal Ambjent Aħjar - baqgħu jopponu dan l-iżvilupp ta' "skala kbira" u li skont l-għaqdiet se twassal għal effetti detrimentali fuq ir-residenti. Il-grupp qal illi dak li ġie propost huwa aktar mid-doppju tal-iżvilupp eżistenti. Is-Sindku tal-lokalità kien esprima ruħu favur il-bini ta' appartamenti ta' lussu fiż-żona. Żgħażagħ fuq il-binja abbandunata tal-Jerma F'dawn il-jiem tibda produzzjoni li se tħalli l-miljuni fil-binja tal-Jerma Is-sit dilapidat ta' dik li kienet il-lukanda Jerma f 'Wied il-Għajn se tkun qed isservi ta' sit għal produzzjoni ta' serje b'investiment ta' miljuni ta' ewro, tista' tiżvela il-gazzetta ILLUM. Sorsi qalu lil din il-gazzetta li din il-produzzjoni se tkun qed tibda din il- ġimgħa stess u tibqa' għaddejja għal numru ta' ġimgħat f 'diversi postijiet, fosthom ukoll il-Malta Film Studios. Fuq il-post fil-fatt infetaħ parti mill-aċċess tal-binja fuq in-naħa ta' quddiem filwaqt li fuq grada mpoġġija fil-ġenb ir-residenti ġew infurmati li fuq is-sit se tkun għaddejja din il-produzzjoni. Is-sorsi tal-ILLUM mill-industrija tal-films qalu illi l-istat li fih tinsab din il-binja, minkejja li mhux sabiħ biex tħares lejh, qed iservi ta' attrazzjoni partikolari għall-produtturi u diretturi ta' films ambjentati, ġeneralment, f 'pajjiżi Għarab, waqt xi gwerra. U din ma tiġix b'sorpriża hekk kif il-binja, apparti li tmiss eżatt mal-kosta ta' Wied il-Għajn, għandha karatteristiċi li jixbhu binjiet f 'ċerti pajjiżi Għarab. Il-perit li ddiżinja din il-lukanda - li wara li għalqet kellha ssir il-Portomaso tan- Nofsinhar - kien Roger Westman. Il-Lukanda Jerma infetħet fl-1982 u kienet immexxija mill-Corinthia Hotels International flimkien mal-eks Dittatur Libjan Muammar Gaddafi, li kellu Presidential Suite fil-lukanda innifisha. Parti oħra mill-binja abbandunata tal-lukanda Jerma