Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1327027
04 aħbarijiet IL-ĦADD 10 TA' JANNAR 2021 • illum Trasport Pubbliku: Numru ta' ħaddiema jitwaqqfu mix-xogħol bla paga jew suppliment tal-paga ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-qagħda finanzjarja tat- trasport pubbliku - immexxi mill-Malta Public Transport (il-Kumpanija Spanjoli ALESA) - hija mwiegħra, bl- 2020 tara tnaqqis kbir ħafna fid-dħul, minħabba tnaqqis kbir fil-passiġġiera. Fil-fatt din il-gazzetta kienet infurmata li kien hemm tnaqqis ta' madwar 50% fid-dħul tal- kumpanija, bis-Segretarju tat-Taqsima GWU Marittima u Avjazzjoni Sandro Vella jikkonferma u saħansitra jgħid li d-dħul fl-2020 "naqas b'aktar minn 50%." Huwa ddeskriva s-sitwazzjoni bħala waħda mwiegħra, hekk kif jidher illi eluf ta' nies għażlu li jżommu 'l bogħod mit-trasport pubbliku minħabba l-pandemija. Dan minkejja li - kif jikkonferma Vella wkoll - il-vetturi qed jiġu maħsulin u ffumigati kuljum u wara kull vjaġġ. Apparti dan, naturalment, it-trasport pubbliku ħa daqqa kbira oħra minħabba t-turiżmu, hekk kif proporzjon qawwi tat- turisti li jiġu Malta jużaw dan il- mezz ta' trasport, mhux karozza tal-kiri jew taxis, biex jivvjaġġaw bejn post u ieħor. In-nuqqas kien evidenti f 'rotot lejn Tas-Sliema u Buġibba, fost oħrajn. "L-aħħar diskussjonijiet li kellna mal-kumpanija kienu ftit tal-jiem ilu stess, wara li qalbet is-sena u s-sitwazzjoni għadha li kienet, ħażina. Kellha iktar minn 50% tnaqqis kemm fil-passiġġiera kif ukoll fi dħul," jispjega Vella mal-ILLUM. Minkejja diversi mistoqsijiet li din il-gazzetta bagħtet lill- kumpanija din għażlet li ma tweġibx. Intant Vella spjega kif minħabba n-nuqqas ta' xogħol madwar 60 part timer kellhom jitwaqqfu, bla paga u bla suppliment tal-paga tal- Gvern. Fil-fatt ikkonferma wkoll informazzjoni li waslet għand din il-gazzetta minn xi ħaddiema, illi l-impjegati tal-ALESA lanqas biss kienu eliġibbli għas-suppliment tal- paga minħabba li l-kumpanija qed tieħu sussidji mill-Gvern. Is-Segretarju tal-GWU qal illi għal uħud minn dawn in-nies dan l-impjieg part time kien ix- xogħol primarju tagħhom. Wara diskussjonijiet li saru bejn il-kumpanija, il-UĦM - li hija l-unjin rikonoxxuta fit- Trasport pubbliku - kif ukoll l-GWU, li għandha numru ta' ħaddiema membri, wħud minn dawn ingħataw flus mill-Gvern bħala suppliment tal-paga. "Il-ftit li ħadu imma, irċevew madwar €300 għal sitt xhur," qal Vella b'ton ta' diżappunt. Vella qal li s-sitwazzjoni hija tali li xi xufiera rrappurtaw illi waqt l-aħħar ġimagħtejn tas- sena fi vjaġġ sħiħ kien jitla' passiġġier wieħed jew tnejn sa massimu ta' erbgħa. "Ħlief filgħodu u fir-rush hours ta' filgħaxija, ftit li xejn hemm xogħol. Kellna xufiera jirrapportaw illi f 'ġurnata sħiħa kienu qed jagħmlu b'madwar €6 xogħol biss fuq ċerti rotot. Daqshekk hija mwiegħra s-sitwazzjoni!" Huwa qal illi għalkemm qed isir minn kollox mill-kumpanija, ħafna nies għadhom qed jibżgħu jaqbdu tal-linja, inkluż eluf ta' anzjani li normalment jużawha. Temm ifaħħar ukoll lill- kumpanija talli qed tipprova tagħmel l-almu tagħha biex iżżomm lill-bqija tal-ħaddiema fid-dawl ta' din is-sitwazzjoni ħażina, u fid-dawl ukoll tal-fatt li numru ta' ħaddiema tagħha minn pajjiżi terzi spiċċaw weħlu Malta u ma jistgħux imorru lura pajjiżhom minħabba restrizzjonijiet fl-ivvjaġġar. Kif diġa' rrappurtat, din il- gazzetta bagħtet numru ta' mistoqsijiet lill-Malta Public Transport, inkluż dwar iċ- ċifra eżatta ta' telf li sofriet il- kumpanija fl-2020 u x'miżuri qed tieħu biex tissalvagwardja l-impjiegi għaż-żmien li ġej iżda kelliema qalet illi l-kumpanija ma tixtieqx tirreaġixxi f 'dan l-istadju. Id-Direttur tal-ALESA Felipe Cosman u ħdejh il-Ministru għat-Trasport Ian Borg The Flying Carpet Importers of hand-knotted Oriental carpets THE FLYING CARPET - OLD RAILWAY TRACK, ATTARD Mon - Tues, Thurs - Sat 10am – 12pm • Wednesday morning closed Mon - Fri – 4.30pm - 7pm Importers of: Various hand knotted carpets and Kilims, Non Slip Underlay, Dry and Liquid shampoo. Mobile No. 7953 7664