Illum previous editions

ILLUM 10 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1327027

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Fl-ewwel disa' xhur tal-2020 - is- sena tal-pandemija Covid-19 - ġew Malta biss 15,000 turist għal skopijiet ta' tagħlim tal-Ingliż (TEFL). Dan huwa tnaqqis qawwi ta' 77% jew 52,000 student inqas fl-ewwel disa' xhur tas-sena meta mqabbel mal-2019, f 'liema sena kienu ġew Malta 67,000 student jitgħallmu l-Ingliż Malta. Dan jirriżulta minn rapport ta' Deloitte u l-Federazzjoni tal- Organizzazzjoni tat-Tagħlim tal- Ingliż f 'Malta (Feltom) li jħares lejn dan is-settur illi kien fost l-agħar li ntlaqat bil-pandemija minħabba l-waqfien ta' vjaġġar u ajruporti li għalqu. Jekk wieħed iħares lejn iċ-ċifri f 'dan ir-rapport, xahar b'xahar, jara illi għax xhur ta' April, Mejju u Ġunju - ix-xhur tal-ewwel mewġa tal-Covid-19 - in-numri kienu negliġibbli b'700 student b'kollox jiġu Malta f 'dawn it-tliet xhur. In- numri żdiedu it fit-tliet xhur tas-Sajf, għalkemm kif mistenni baqgħu ferm 'l bogħod minn numri tal-2019. F'Lulju tal-2020 ġew Malta 2,700 student (2019: 15,500), f 'Awwissu 2,800 student (2019: 7,600) u 1,000 f 'Settembru (2019: 7,100). Jekk wieħed jara it-tnaqqis f 'termini perċentwali jara kif it- tnaqqis fl-ewwel kwart tas-sena kien ta' 45%, jitla' għal 97% fit- tieni kwart u allura matul l-ewwel mewġa - bl'għeluq tal-ajruport - u tnaqqis ta' 79% matul ix-xhur tas- Sajf. Tnaqqis fil-ġimgħat - żieda fit-tul tal-vaganza Kif mistenni wkoll kien hemm tnaqqis fin-numri ta' ġimgħat li studenti tat-TEFL qattgħu f 'pajjiża, fil-fatt fl-ewwel disa' xhur tal- 2020 kien hemm tnaqqis globali u qawwi ta' 122,000 ġimgħa - minn 177,000 ġimgħa fl-2019 għal 55,000 fl-2020. L-akbar tnaqqis kien reġistrat f 'Lulju meta l-istudenti qattgħu 7,300 ġimgħa (2019: 36,600 ġimgħa) u f 'Awwissu meta l-istudenti qattgħu 7,500 ġimgħa (2019: 24,300 ġimgħa). L-unika aħbar tajba għal dan is-settur kien it-tul ta' żmien li l-istudenti kienu qagħdu hawnhekk. Fil- fatt dan żdied sena għal sena, juri dan ir- rapport. 'Bidliet pożittivi fis-Suppliment tal-paga' - James Perry F'kummenti mal-gazzetta ILLUM il-Kap Eżekuttiv tal-Feltom James Perry sostna illi s-sitwazzjoni għall-iskejjel tal-Ingliż baqgħet dik li kienet, jiġifieri sitwazzjoni ħażina b'diversi skejjel ibatu. Minkejja dan, Perry mill-ewwel jirrikonoxxi l-miżuri li ħa l-Gvern l-aktar il-Wage Supplement u jfaħħar ukoll il-mod kif din l-inizzjattiva ġiet midbula biex min kellu l-akbar telf, jieħu l-akbar suppliment. Fil-fatt il-Gvern ħabbar illi dawk in-negozji li raw tnaqqis ta' aktar minn 55% tax-xogħol/bejgħ se jibqgħu jieħdu s-suppliment sħiħ ta' €800 għal kull ħaddiem, kull xahar. Dawk li tilfu bejn 45% u 54% se jieħdu suppliment ta' €640 għal kull ħaddiem. Dawk li tilfu bejn 35% u 44% se jieħdu €480 kull ħaddiem għal kull xahar u dawk li raw tnaqqis ta' bejn 25% u 34% se jieħdu s-Suppliment tal- Paga li tlaħħaq it-€320 għal kull ħaddiem. Perry ifakkar lil din il-gazzetta li f 'dan iż-żmien normalment kienu jiġu pajjiżna studenti Kolombjani u Brażiljani - fost oħrajn - li kienu jiġu għal ġimgħat sħaħ. Dan is-settur din is-sena intilef ukoll hekk kif ħafna ajruporti huma magħluqin jew l-ivvjaġġar huwa ħafna iktar ristrett. Mistoqsi jekk hemmx negozji li waslu fix-xifer, Perry qal li ma jistax jgħaddi stqarrija ġenerali dwar is-settur kollu hekk kif kull skola topera b'mod differenti. Sostna iżda illi xi kultant operaturi żgħar jistgħu jkunu aktar reżiljenti hekk kif l-ispejjeż tagħhom ikunu ħafna inqas. "Aħna wieħed mill-it pajjiżi li bqajna nilqgħu studenti u dan huwa tajjeb. Huwa importanti għalhekk li fiż-żmien li ġej inkomplu nagħmlu ħilitna biex inbiegħu aħjar is- servizz li qed nagħtu ħalli nattiraw aktar studenti," temm jgħid Perry mal-ILLUM. 05 illum • IL-ĦADD 10 TA' JANNAR 2021 Impjieg Parzjalment iffinanzjata mill- Unjoni Ewropea taħt il- Fond Soċjali Ewropew – Fond Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Il-Ministeru għas-Saħħa tilqa' applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta' Amministratur tal-Proġett Għall-Proġett "ESF 02.053 – Developing Allied Health Capacity to Sustain Health Care Needs" Aktar dettalji dwar din il-pożizzjoni jinsabu fuq il-website http://recruitment.gov.mt u l-Gazetta tal- Gvern ippubblikata fit-8 ta' Jannar, 2021. Persuni nteressati għandhom jissottomettu l-applikazzjoni, flimkien ma' Curriculum Vitae dettaljat li juri l-kwalifiki u l-esperjenza, sa mhux aktar tard minn 17.15 (Ħin Ċentrali Ewropew) ta' nhar il- Ġimgħa, 22 ta' Jannar, 2021. Tnaqqis ta' 77% fl-industrija tat-TEFL b'52,000 inqas studenti sa Settembru 2020 Il-Kap Eżekuttiv tal-Feltom James Perry jgħid mal-ILLUM li jeħtieġ ikun hemm aktar ħidma biex jinbiegħ il-prodott li qed joffru l-iskejjel u jfaħħar il-bidliet li għamel il-Gvern fis-Suppliment tal-Pagi... James Perry

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 January 2021