Illum previous editions

ILLUM 10 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1327027

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

23 opinjoni illum • Il-ĦADD 10 TA' JANNAR 2021 I l-ehim storiku li ntlaħaq lejliet il-Milied bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea mhux biss iwassal ir-rieda tar-riżultat tar-referendum li sar fir-Renju unit fl-2016, imma wkoll joffri ċertezza u kontinwità. Din mhix biss hi aħbar tajba għan-negozji fir-Renju Unit imma wkoll għan-negozji, kemm kbar kif ukoll żgħar, li joperaw minn Malta. Il-ehim li ntlaħaq jimmarka l-ikbar ehim kummerċjali fid- dinja (f 'terminu ta' volum), u anke jekk nafu li għall-bidu se jkun hemm xi ostakli amministrattivi li rridu ngħelbu, fl-aħħar mill- aħħar nafu li dan se jwassal biex l-ekonomiji tagħna jiorixxu. Il-ehim jiżgura li ma jkunx hemm tariffi jew kwoti kif ukoll l-aċċess għas-suq; jipprovdi għas-sigurtà futura kif ukoll l-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi waqt li jsostni sħubija miuħa fl- oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni fix-xjenza. Fuq kollox, issa għandna ċertezza li se mmexxu 'l quddiem relazzjoni bilaterali futura li se tibqa' tkun mibnija fuq ir-rabtiet fondi tal- istorja u r-rabtiet uniċi bejn il-popli tagħna waqt li tħares b'importanza lejn il-futur. Ir-Renju Unit dejjem ħares b'mod wiesgħa, għaraf jaħdem biex isolvi l-problemi u stinka biex ikun forza għall-ġid komuni globali. Nagħraf li anke' Malta hu pajjiż li jgħożż ħafna minn dawn il-valuri. Hu għalhekk li nara futur brillanti ta' ħidma konġunta, inkluż grazzi għall-Commonwealth, fuq ħafna mill-isfidi globali li qed naffaċċjaw; mill-pandemija tal-COVID-19 sal-impatt li ġġib magħha l-bidla fil-klima. Issa għadda ż-żmien li nħarsu lura lejn dak li stajna tlifna jew irbaħna u allura ejja naħtfu l-opportunità li noħolqu dak kollu li nistgħu għall- ġenerazzjoni futura mibnija fuq l-intraprenditorija, ix-xjenza, il-mediċina, l-akkademja, l-inġinerija u l-kultura fost ħafna aspetti oħra li jarrikkixxu s-soċjetajiet tagħna. Dan il-ehim hu biss il-bidu ta' sħubiji ġodda fl-Ewropa. Hi b'din il-konvinzjoni li r-Renju Unit issa qed jifrex madwar id- dinja. Bħala nazzjon b'ideat kbar, ninsabu lesti li noħolqu u nisfruttaw opportunitajiet ġodda. Fl-isfond ta' dan, ir-Renju Unit jgħożż ir-relazzjoni speċjali ma' Malta u hu għalhekk li ntenni l-kliem tal-Prim Ministru Robert Abela li stqarr r-relazzjoni diġa' b'saħħitha bejn ir-Renju Unit u Malta tista' biss tissaħħaħ għall-ġid tan-negozji u l-popli tagħna. Fil-bidu tas-sena l-ġdida, inħares 'il quddiem li l-Kummissjoni Għolja għar- Renju Unit taħdem mill-qrib tal-imsieħba tagħna f 'Malta biex inwettqu din il-viżjoni. Cathy Ward 2021: Opportunità għal futur iktar b'saħħtu bejn Malta u r-Renju Unit Cathy Ward hija l-Kummissarju Għoli tar-Renju Unit f'Malta Fuq kollox, issa għandna ċertezza li se mmexxu 'l quddiem relazzjoni bilaterali futura li se tibqa' tkun mibnija fuq ir- rabtiet fondi tal-istorja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 January 2021