Illum previous editions

ILLUM 17 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1330258

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 17 TA' JANNAR 2021 Il-Ministru jfakkar li tmur fejn tmur fid-dinja, anke fl-aqwa ekonomiji tad- dinja se ssib faxxa ta' nies li mhux tilħaqha biżżejjed minħabba diversi raġunijiet. Fost dawn ir-raġunijiet jista' jkun hemm mard, diżabilità jew inkella diffikultà biex persuna tlaħħaq mal-pass tat-tkabbir u bidliet ekonomiċi. "Pero li hu żgur huwa li qabel l-2013 in-numru ta' dawk f 'riskju ta' faqar kien jaqbeż il-100,000 u llum dan niżel għal 84,000," jisħaq Falzon. Huwa jfakkar li dawn huma nies li jeħtieġu l-għajnuna biex ma jaqgħux fil- faqar u huwa propju għalhekk, ikompli jispjega, li l-Gvern qed jgħaddi din l-għajnuna. Imbagħad hemm dawk li huma severament deprivati, jiġifieri nies li jinsabu fil-faqar fejn jgħid illi anke hawn għalkemm għad hemm madwar 14,000 persuna li jinsabu fil-faqar dan huwa ħafna inqas mit-43,000 li jgħid illi kien hemm qabel l-2013. 'Tragward' Inkomplu billi nistaqsu dwar l-Att dwar it-Tfal li dan il-Gvern għadda fl-aħħar ġimgħat u li dwaru sar rappurtaġġ estensiv fuq din il-gazzetta stess. F'liema stadju waslet din il-liġi u xi jħoss li huma l-aktar tibdiliet importanti li se ġġib magħha? "Bħala liġi din hija tragward importanti wara 40 sena ta' stennija," qal il-Ministru li saħaq illi hemm erba' punti kardinali f 'din il-liġi. L-ewwel li tgħid ċar illi kull deċiżjoni li ssir għandha ssir fl-interess tat-tfal, it- tieni li kull deċiżjoni amministrattiva tkun suġġetta għal reviżjoni ġudizzjarja, li l-adozzjonijiet ikunu aktar possibli u fattibbli u finalment li kull deċiżjoni li tittieħed tkun appellabbli. L-ILLUM kienet irrappurtat ukoll kif b'dawn il-bidliet se tkun eżaminata mill- Gvern il-possibilità li iben jew bint li twieldet barra ż-żwieġ tneħħi l-kunjom tal-missier bijoloġiku b'għażla tagħha jekk ikun ippruvat li l-missier ma kienx u lanqas huwa preżenti fil-ħajja tat-tifel jew tifla u ħoloq problemi mentali jew oltrè lit- tfal. Il-Ġnus Magħquda qed jipproponu wkoll li titneħħa kull referenza tal-fatt li tfal ikunu twieldu barra ż-żwieġ fiċ-ċertifikat tat-twelid, biex b'hekk titneħħa l-istigma fuq tali tfal, filwaqt li l-istess rapport, qed jipproponi li t-tfal ikollhom dritt bil-liġi li jsiru jafu lill-ġenituri naturali tagħhom - jekk ikunu adottati u jekk ikunu jixtiequ huma. "Bħala Ministeru wrejna sensittività, permezz ukoll ta' konsultazzjoni pubblika, billi smajna lil kulħadd ... nemmen li kull istituzzjoni trid tkun aktar sensittiva, inkluż il-Qrati, mhux għax iħaddmu il-liġi ħażin imma li jikkunsidraw is-sensittivtà umana" sostna l-Ministru. Ifakkar li sa l-ewwel ta' Lulju hu bħala Ministru kien jiffirma l-care orders, iżda issa din ir-responsabilità tinsab f 'idejn il- ġudikatura. "Jiena espert m'inix, social worker m'inix, psikoterapista m'inix u allura dejjem imxejt mal-pariri tal-esperti. Imma fuq hawn ukoll l-irwol tal-Ministru ġie mnaqqas biex tkun il-Qorti li tiddeċiedi. Issa rridu naraw kif qed titħaddem is- sistema li qegħda f 'idejn ħaddieħor." Childrens' allowance u l-ġustizzja soċjali Din il-gazzetta tistaqsi dwar iċ-children's allowance u tirrimarka kif kritika li ssir ħafna drabi hija li dan il-benefiċċju soċjali jingħata lil kulħadd. Persuna li taqla' €45,000 fis-sena mhux qed tistenna ċekk ta' €200 fis-sena f 'benefiċċju. Allura ma jkunx jagħmel aktar sens li minflok tagħti li min għalih dan iċ-ċekk huwa karawett tirdoppja ċ-childrens' allowance ta' persuna li taqla €12,000 fis- sena u li għaliha dan il-beneffiju jfisser ħafna? Il-Ministru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali fakkar li ċ-children's allowance kienu ilu ma jiżdied snin: 11-il sena għal dawk bi qligħ aktar baxx u 30 sena għal dawk bi qligħ akbar, li kienu jieħdu l-flat rate. Falzon qal li l-Gvern żied suppliment għal dan il-benefiċċju fejn dawk li jaqilgħu inqas jieħdu €70 bħala suppliment u dawk fis-saffi ogħla jieħdu €50 aktar. "Allura hemm differenza. Issa jekk għandux ikun differenti jew aktar kuraġġuż dan is-suppliment nistgħu niddiskutuh," saħaq. L-indja l-aktar popolari għall- adozzjonijiet Biex intemmu s-suġġett tat-tfal, nistaqsu dwar l-addozzjonijiet. Liema huwa l-aktar pajjiż li minnu Maltin qed jadottaw tfal? Hu qal li pandemija fissret li s-sena l-oħra l-addozzjonijiet kienu jgħoddu għal it waħdiet biss. Spjega kif l-adozzjonijiet isiru l-aktar mill-Islovakkja, il-Portugall, il-Bulgarija u l-Indja minn Malta, għalkemm qal illi l-aktar popolari huma l-adozzjonijiet mill-Indja. Falzon qal illi l-Indja hija preferuta għaliex minn hemmhekk koppji jistgħu jadottaw tfal li jkunu għadhom żgħar, anke inqas minn sentejn, li hija preferibbli għal bosta, apparti li jistgħu jadottaw wild wieħed. Jgħid illi minn pajjiżi oħrajn, jekk hemm aħwa, dawn iridu jkunu adottati flimkien. Hawnhekk isemmi kif waqt il- pandemija l-Ministeru kellu sfida kbira hekk kif tliet koppji li kellhom il-proċess tal-adozzjoni mill-Indja lest, ma setgħux imorru għalihom minħabba l-għeluq tal- fruntieri. "Jiena nemmen ħafna li għandu jkollna adozzjonijiet lokali," jisħaq il-Ministru. Imma l-gazzetta tirrimarka kif adozzjonijiet lokali jistgħu jkunu ħafna aktar ta' sfida, għax mod tadotta mingħand mara jew istituzzjoni n-naħa l-oħra tad- dinja u mod minn persuna jew istituzzjoni, żewġ kantunieri 'il bogħod. Jaħseb il- Ministru li l-inizzjattiva li tħabbret fil- baġit b'inċentiva fiskali ta' €1,000 għal adozzjonijiet lokali se tirnexxi? Falzon jibda billi jispjega illi fejn qabel foster carer kellu jdum 10 snin sabiex ikun jista' jadotta t-tfal li qed jieħu ħsieb, issa l-Gvern niżżel dan il-perjodu għal ħames snin. "U f 'każi eċċezzjonali biss - meta dak it-tifel jew tifla m'għandu lil ħadd altre mill-carer li jista' jieħu ħsiebu - il-foster carer ikun jista' jadotta wara tliet snin." Huwa staqsa kif ladarba f 'Malta hawn mal-400 tifel u tifla li mhumiex fil-kustodja ta' familja m'għandniex aktar adozzjonijiet lokali. 'Żidna l-pensjonijiet bi €8 fil-ġimgħa' Induru fuq il-pensjonanti. Fhiex waslu wegħdi li għamel il-Gvern għal għajnuna fejn kien hemm anomaliji, per eżempju? Falzon jibda jwieġeb billi jispjega kif tul l-aħħar tliet snin u nofs il-pensjonijiet żdiedu bi €8 fil-ġimgħa u jisħaq illi qabel, "mhux talli ma kinux qed jiżdiedu l-pensjonijiet talli lanqas biss kienu jieħdu l-COLA kollha." Huwa qal illi l-priorità tal-Gvern se jibqgħu jkunu il-pensjonanti u qal li anke hawnhekk ġew indirizzati diversi anomaliji, fosthom tal-eks ħaddiema tax- xatt, tal-Electricity Board u tal-Korpi. 'Ħa niddikjaraha bla tlaqliq jiena soċjalist' Resqin lejn it-tmiem tal-Intervista. Imexxi l-qasam soċjali ta' Gvern suppost soċjalista, li ġie akkużat bosta drabi li biegħ ruħu għall-flus. Hekk jaħseb Falzon? Jemmen li dan il- Gvern sar wieħed tas-sinjurun à skapitù tal-ħaddiem? Falzon jibda b'dikjarazzjoni ċara: "Ħa niddikjaraha mill-ewwel. Jiena soċjalist u ngħidha bla tlaqliq. Imma biex tkun soċjalist trid tkun ukoll pro-business u pro-market għax fir-realtajiet tal-lum il- Gvernijiet ċkienu u allura lill-ekonomija trid tgħinha, imma mhux tagħmilha int." Huwa qal illi minkejja dan iżda l-valur tiegħu jibqa dak favur l-għajnuna għal min jinsab fis-saffi ta' isfel fis-soċjetà. "Ma nemminx li tlifna r-ruħ soċjai. Kieku tlifna r-ruħ soċjali la ġibna l-maġġoranzi li ġibna u lanqas għamilna l-miżuri li għamilna," temm jgħid Falzon. Il-gazzetta ttemm bl-aħħar mistoqsija. Jaħseb Falzon li wara dak kollu li seħħ - tajjeb u ħażin fl-aħħar erba' snin, minn riżenji sa pandemiji, il-PL se jirbaħ bl- istess marġini? U jemmen li ħaqqu jirbaħ bl-istess margġini tal-aħħar elezzjonijiet? "Li se nirbħu żgur ma ngħidhiex. Dik ngħidha biss nofs siegħa wara s-sorting tal-voti. Imma iva ħaqqu jirbaħ bl-istess marġini jekk mhux b'aktar. Għax filwaqt li aħna qed ninkludu dejjem aktar nies, il- PN qed jeskludi." rbaħna bil-maġġoranza li rbaħna u għamilna'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 January 2021