Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1330258
14 aħbarijiet IL-ĦADD 17 TA' JANNAR 2021 • illum Issa jmiss il-mini u l-flyover ta' ħdejn l-Ajruport Infrastructure Malta se tagħti bidu għall-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP) Hekk kif jonqosha biss tagħmel l-aħħar irtokki biex tlesti l-Marsa Junstion Project u dak tal-mini ta' Santa Luċija, matul din il-ġimgħa Infrastructure Malta se tagħti bidu għall- Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP) fiż-żona ta' ħdejn l-Ajruport. Wara li f 'Awwissu kienu nħarġu l-permessi għal dan il- proġett, it-tħejjiet fuq il-post bdew fil-jiem li għaddew bit- tqegħid ta' barrikati fl-inħawi ta' fejn se jibdew l-ewwel xogħlijiet ta' tħaffir. Bil-KTAIP l-aġenzija se tibni żewġ mini oħrajn ġodda u flyover fil-junction tar-roundabout tal- Gudja biex ittejjeb l-aċċess lejn il-mini ta' Ħal Kirkop, il-Gudja, l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u l-Malta Freeport. Il-proġett se joħloq konnessjonijiet diretti, li se jkunu fi tliet livelli differenti, minn u lejn diversi rotot li jiltaqgħu f 'din il-junction. Fil-livell ta' taħt, iż-żewġ mini li se jinbnew taħt ir-roundabout se jgħaqqdu direttament il- karreġġjati tan-nofsinhar u tat- tramuntana ta' Vjal l-Avjazzjoni ma' dawk ta' Triq Ħal Far. B'dawn il-mini, dawk li jivvjaġġaw minn u lejn Birżebbuġa, inkluż vetturi kbar, li jkunu sejrin l-Ajruport, il-Freeport jew il-Qasam Industrijali ta' Ħal Far, ma jkollhomx għalfejn iduru mar- roundabout. Fuq il-mini, se terġa' tinbena r-roundabout b'disinn ġdid biex tiffaċilita l-aċċess minn u lejn il- Gudja u Ħal Għaxaq. Se tiġi mtejba wkoll il-bypass lane li tħaffef l-ivvjaġġar fid- direzzjoni tat-tramuntana mill- ħruġ tal-mini ta' Ħal Kirkop lejn Vjal l-Avjazzjoni. Fit-tielet livell, fuq ir- roundabout se tinbena flyover li sservi ta' pont bejn il- karreġġjata tan-nofsinhar ta' Vjal l-Avjazzjoni u Triq l-Ewwel Titjira, fid-direzzjoni lejn il- mini ta' Ħal Kirkop. Għaldaqstant, jekk tkun trid tiġbed lejn il-mini ta' Ħal Kirkop biex tibqa' sejjer Ħal Kirkop, l-Imqabba, l-Qrendi, ż-Żurrieq jew Ħal Safi mhux se jkollok bżonn aktar li ddur mar- roundabout. B'dan it-tibdil, tliet rotot li bħalissa jiltaqgħu u jaqsmu kontra xulxin mar-roundabout se jgħaddu mill-mini taħtha jew mill-flyover fuqha. B'hekk ikomplu jonqsu r-riskji t'aċċidenti u l-ħin tal-ivvjaġġar għal eluf ta' persuni li ta' kuljum jgħaddu minn din il-junction. Permezz tal-KTAIP, bħal kull proġett ieħor li qed twettaq, Infrastructure Malta se żżid ukoll il-faċilitajiet għal mezzi alternattivi fl-ivvjaġġar kif ukoll se toħloq rotot ġodda u siguri għaċ-ċiklisti li se jikkumplimentaw il-korsija għar-roti fi Vjal l-Avjazzjoni u l-pont għall-mixi u r-roti li sar fl-istess arterja. Id-disinn ġdid tar-roundabout ukoll se jinkludi faċlitajiet aktar siguri għal dawk li jgħaddu minnha bil-mixi jew bir-rota. Għall-mistoqsijiet tal-ILLUM, l-aġenzija kkonfermat li f 'ħidma mas-Sovrintendenza tal- Patrimonju Kulturali l-pjanijiet tal-proġett ġew imfassla b'mod li l-katakombi ta' Ħal Resqun mhux se jintmissu jew jiċċaqilqu minn fejn qegħdin, imma ser jibqgħu aċċessibbli għall- arkeoloġi kif inhuma llum. Ritratti: Disinji ta' kif se jkunu qed jidhru t-toroq u l-flyover tal- proġett