Illum previous editions

ILLUM 17 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1330258

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 17 TA' JANNAR 2021 Iferraħ, idaħħak u jqajjem kuxjenza permezz ta' TikTok; L-ILLUM titkellem ma' Dieter Dalli Il-gazzetta ILLUM tesplora d-dinja tat-TikTok ma' Dieter Dalli wieħed mill-aktar Maltin magħrufa fuq din il-pjattaforma soċjali. Kif beda? Għaliex dawn il-filmati kollha? Idejquh il-kummenti ta' mibiegħda? YENDRICK CIOFFI Anke jekk forsi mal-adulti għadu mhux daqshekk magħruf, TikTok sar pjattaforma importanti ħafna fost iż-żgħażagħ u l-popolarità tiegħu, anke f 'Malta, kibret drastikament fi żmien meta ħafna kienu msakkra fid-djar minħabba l-pandemija. Kemm jekk filmat ta' xi ħadd jiżfen, jagħmel xi ċajta jew ta' xi ħadd jimita lil Eileen Montesin, kollha kemm huma jlissnu tbissima u bħalissa għandna bżonn ħafna minn din tal-aħħar. Diversi żgħażagħ Maltin niżżlu wkoll isimhom bħala tiktockers u saru jżommulek kumpanija kuljum bil-filmati qosra li jippubblikaw. Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' ma' Dieter Dalli, wieħed minn dawn it-Tiktockers li għandu 'l fuq minn 25,000 persuna ssegwih fuq din il- pjattaforma żagħżugħa. Dieter, żagħżugħ Belti, jtella' ħafna filmati, uħud minnhom idaħħkuk imma oħrajn isammruk mas-siġġu, għax Dalli juża wkoll din il-pjattaforma biex jgħaddi messaġġi lis-segwaċi tiegħu, anke kontra l-ibbuljar, kif għamel meta qabeż għal tifla ta' disa' snin li sfat ibbuljata mingħajr qatt ma għamlet xejn lil ħadd. "Fuq it-TikTok issa ilni disa' xhur," beda jispjega Dieter mal- gazzetta ILLUM. "Kien iż-żmien li bdiet il-Covid-19, jiġifieri tista' timmaġina, kull fejn tmur kulħadd jitkellem fuqu. Għall-ewwel niżżiltu biex noqgħod nara biss għax kont nisħti nagħmel il-filmati. Imbagħad għamilt wieħed fuq tat- tifla u issa ma noqgħodx jekk ma nippubblikax wieħed kuljum." Fil-fatt, minn filmat wieħed, Dieter illum huwa wieħed mill- aktar Tiktockers popolari f 'Malta. 'F'dan iż-żmien nipprova noħloq tbissima' Mal-ILLUM, spjega kif apparti li jieħu pjaċir jagħmel dawn il-filmati, u anke jimla l-ħin liberu tiegħu, jagħmilhom ukoll biex iferraħ lil ħaddieħor. "Naf li hemm nies li jieħdu pjaċir jaraw il-kontenut tiegħi u f 'dan iż- żmien diffiċli, nipprova noħloq it tbissima. Kull filmat jagħtini sodisfazzjon, imma meta nara l-kummenti tan-nies u jgħiduli li ndaħħaqhom, itini sodisfazzjon kbir," kompla jispjega Dieter. Ikun hemm min forsi jara dawn il-filmati bħala ħela ta' ħin. Ngħiduha kif inhi. Biex tagħmel filmat ta' 15-il sekonda, xi kultant jeħodlok siegħa jew aktar. L-ILLUM tistaqsi lit-tiktocker jekk iħossux qed jaħli l-ħin. Ammetta li ġieli jkun hemm drabi fejn iħossu qed jaħli l-ħin, anke għax f 'Malta diffiċli biex tikber ħafna bħal barra minn Malta, jew inkella tmur 'viral' kif jgħidu t-Tiktockers. Mill-banda l-oħra, Dieter Dalli saħaq li l-Maltin japprezzaw ħafna. "Anke nkun għaddej barra. Qatt ma stennejt f 'ħajti li se jasal iż-żmien li jwaqqfuni n-nies, speċjalment tfal, biex jieħdu ritratt miegħi," insista. "Ovvjament dan ipoġġi fuqi wkoll ċertu responsabbilità." 'Ġieli kien hemm min għajjar tfal jew bagħathom ineħħu ħajjithom' Il-kliem ta' mibiegħda u t-tgħajjir laħqu wkoll lit-TikTok. Ġieli titqalla' taqra l-kummenti ta' nies, ħafna drabi permezz ta' profili foloz, jgħajru u jwaqqgħu għaċ-ċajt nies li lanqas biex jafuhom. Dwar dan, il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll ma' Dieter Dalli li anke hu spiċċa vittma ta' attakki minn dawn il-persuni. Aktar milli lil Dieter, kien hemm min saħansitra attakka u pprova jwaqqa' għaċ-ċajt lil Bjorn, ħu Dieter, żagħżugħ bi bżonnijiet speċjali li wkoll sar protagonist permezz tat- TikTok ta' ħuh. "Ninkwieta ħafna meta nara li qiegħdin fis-sena 2021 u għad hawn nies jgħajru lill-persuni LGBTIQ, nies bi bżonnijiet speċjali u anke nies li forsi għandhom piż żejjed. Kien hemm ħafna kummenti li dejquni, speċjalment meta dawn ikunu indirizzati lil tfal żgħar. Ġieli kien hemm min għajjarhom jew saħansitra bagħathom ineħħu ħajjithom," kompla Dalli. ...anke ħuh Bjorn ġieli spiċċa fil-mira ta' kummenti ta' mibiegħda Insista li l-kummenti ta' xi wħud fuq ħuh Bjorn u bintu Jael, lanqas irid jiakar fihom għax, fi kliemu, kienu "tal-waħx." "Aħna nzertajna familja soda u nies bħal dawn ma rnexxilhomx iwaqqgħuna ħażin. Mhux se nigdeb. Ħassejtha għax bdejt nipprova niem x'seta' għamlilhom Bjorn biex qalu dak it-tip ta' kliem fuqu. Imma għaddiet. Lil min qal dak il- kliem ibblokjajtu. Sfortunatament għadni nirċievi kummenti bħal dawn, imma nħassarhom u nibqa' għaddej," insista Dieter. Anke Bjorn. Ftit li xejn inkwetawh dawn il-kummenti! Fi kliem Dieter, "Bjorn huwa t-top u rnexxielu jisraq il-qlub ta' kulħadd." "Bħalissa it li xejn għadu jidher miegħi. Qabel kont naqbad filmat u jiġi kif jiġi ntellgħu. Illum sibt nibqa' sakemm inġibu perfett. Nieħu aktar ħin u lil Bjorn nitliflu l-paċenzja. Imma serrħu rashom li ħa tibqgħu tarawh minn żmien għal żmien," kompla jgħidilna Dieter bi tbissima. Tiktockers Maltin jingħaqdu kontra l-ibbuljar.... Komplejna nitkellmu dwar il- kliem ta' mibegħda u kif Dieter kien wieħed mill-ewwel tiktockers li ħareġ għonqu għal tifla ta' disa' snin li sfat ibbuljata fuq din il- pjattaforma. "Kburi ħafna li jien kont l-ewwel li għamilt kuraġġ lil din it-tifla. Kif rajt dawk il-kummenti tal-waħx, bqajt nitkellem it magħha biex inżommilha kumpanija. Dħalt inkellimha it. Għamilt sas-siegħa ta' filgħodu nkellimha u saħansitra kienu kellmuni l-familja tagħha," saħaq Dalli. Fil-fatt, Dieter kien għamel filmat fuq dan u saħansitra ngħaqad ma' tiktockers oħra għal dan il-għan. "Għamilna grupp fuq TikTok jismu Weareonemalta, biex inqajmu kuxjenza kontra l-ibbuljar flimkien ma' Clinton Camilleri, Marlene Vassallo, Diandra Lanzon, Sarah Ferrante u Johnny Ionut. Iżda dan huwa wieħed biss mill- gruppi fuq TikTok li Dieter jinsab fihom biex permezz tagħhom joħolqu kontenut li jxerred il- pożittività u jferraħ in-nies. Fil- fatt, dan l-aħħar, ingħaqad ukoll mat-tiktocker Clinton Camilleri u ffurmaw il-grupp Crazyteammalta flimkien ma' Tiktockers oħra Maltin. 'Qabel tikkummenta, anke jekk b'ċajta, aħsibha darbtejn' Fl-aħħar nett, il-gazzetta ILLUM ħalliet f 'idejn Dieter biex jgħaddi messaġġ lil dawk iż-żgħażagħ li l-midja soċjali teħdilhom ħafna mill-ħin tal-ġurnata. Beda jappella biex ħadd ma jagħmel il-midja soċjali bħala ċ-ċentru u l-qofol ta' ħajtu. "Hawn ħafna affarijiet aktar importanti speċjalment il-familja. Sfortunatament, il-midja soċjali qerdet ħafna r e l a z z j o n i j i e t ukoll," insista Dalli. Appella lil dawk, li bħalu jqattgħu ħafna ħin fuq il- midja soċjali biex jużawh biex jieħdu pjaċir u mhux biex jagħmlu l-ħsara lil ħaddieħor. " D e j j e m akar li ma tafx min xiex ikun għaddej ħ a d d i e ħ o r. Anke jekk b ' ċ a j t a , a ħ s i b h a d a r b t e j n ," t e m m jappella. Screenshot mit- TikTok ta' Dieter Dalli Dieter flimkien ma' ħuh Bjorn

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 January 2021