Illum previous editions

ILLUM 17 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1330258

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 17 TA' JANNAR 2021 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt L -2020 kienet is-sena illi matulha kemm il-Partit Laburista u anke l-Partit Nazzjonalista biddlu lill-per- suna fit-tmun tagħhom. Robert Abela - li kien għadu relattivament ġdid fil-Kabinett u anke fil-PL u Bernard Grech li għal fini ta' partit u strutturi kien komple- tament ġdid. Din il-gazzetta diġa' tat ħarsa lejn l-ewwel 100 jum ta' Bernard Grech bħala Kap nhar il-Ħadd li għadda u l-ewwel sena ta' Robert Abela dan il-Ħadd (ara paġni 8 u 9). Imma issa ejja nħarsu 'l quddiem. Nibdew bil-Prim Ministru. Abela - tajjeb u ħażin, taqbel jew le, reġa' daħħal sens ta' normalità wara ġimgħat sħaħ illi fihom dan il-pajjiż kien qed jesperjenza tensjonijiet politiċi perikolużi b'uħud mill-ogħla persuni fil-Gvern implikati jew akkużati - f 'xhieda fil-Qorti jew inkella f 'interrogazzjonijiet - mal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia - primarjament Keith Schembi u Chris Cardona. Dan apparti l-gelgul ta' akkużi u rapporti mill-FIAU, il-każ tal- VGH u naturalment il-kumpaniji li Konrad Mizzi u Keith Schembri marru jiħu minn wara dahar kulħadd f 'ġurisdizzjoni maħmuġa li wara insiru nafu, skont email minn Nexia BT, li fihom kellhom jidħlu eluf ta' flus kuljum minn operazzjonijiet differenti f 'pajjiżi bħal Bangladesh u l-Indja. Minkejja l-ġid li kien inħoloq u l-bidliet fit-tajjeb li Malta kienet esperjenzat, dan kollu ħoloq klima ta' reżistenza, dubji, mistoqsijiet u sħaba kerha fuq il-pajjiż pero' wkoll fuq il-Gvern innifsu. Robert Abela, dan beda jbiddlu. In-nies li kellhom jitilqu tellaqhom - primarjament Cardona u Mizzi u n-nies li kellhom jitneħħew, tneħħew bħal Lawrence Cutajar minn Kummissarju tal-Pulizija. Il-Gvern ta' Abela beda jaħdem fuq elenku ta' riformi ġudizzjarji u politiċi fl-istituzzjonijiet, speċjalment f 'dawk li qalgħu l-aktar kritika fl-aħħar snin, l-aktar il-Korp tal-Pulizija. Dawn kienu bidliet li kienu ilhom biex iseħħu deċenji, kienu ilhom jiġu diskussi u fl-istess ħin injorati minn Gvernijiet differenti, imma seħħew issa. Dan jeħtieġ ikun rikonoxxut. Wieħed jirrikonoxxi wkoll in-numru kbir ta' miżuri li ħa l-Gvern waqt il-pandemija li għenu biex il-pajjiż jibqa' fil-wiċċ, waqt li konna qed niffaċjaw l-eqqel mewġ li qatt rat Malta mit-Tieni Gwerra Dinjija. Il-PM iżda għandu diversi sfidi wkoll. L-ewwelnett l-isfida tal-Covid-19 - li għadha qed tagħfas fuq eluf ta' negozji u eluf ta' ħaddiema u li għadha qed tkun qawwa imprevedibbli. Tant hi hekk li l-vouchers li kellhom joħorġu dan ix- xahar mhux se joħorġu għalissa. Pass tajjeb fiċ-ċirkostanzi, imma naturalment wieħed li se jfisser ħafna aktar tbatijiet għal ħafna familji u negozjanti. Abela jeħtieġ jara illi jkun hemm bilanċ bejn iż-żamma tal-ordni u l-liġi u s-sens komun. Irid joqghħod attent li d-dixxiplina ssir imma ma' kulħadd l-istess u b'moderazzjoni mhux bl-eseġerazzjonijiet u l-vendikazzjonijiet. Irid iżomm taħt kontroll l-arroganza li bdiet tinbet f 'xi dipartimenti, fost xi nies li jitkellmu għall-Gvern jew għall-partit, li forsi jitrattaw lin-nies ta' dubbien. Irid ikun rikonċiljattiv mhux diviżiv. Minkejja li xi kultant ir-rabja tista' tkun ġġustifikata lejn nies bħal Charles Azzopardi (eks Sindku Laburista Rabti), jekk ir- risposta tal-partit għat-tgħajjir xejn dinjituż lejn xi ħadd, sempliċiment għax ma qabilx miegħu jew għax ikkritikah, se jkun is- silenzju mela allura l-Partit Laburista se jkun qed jagħmel l-istess żball tal-aħħar snin tal- PN fil-Gvern. Il-PN hekk għamel filwaqt illi kull min ikkritikah kien qed jiġi mżebblah, mgħajjar u kkalunjat - qagħad kwiet u ma fittix ir-rikonċiljazzjoni. U ħadha r-risposta u baqa' jeħodha! Finalment ħafna mid-destin ta' Abela se jorbot mal-programm tal-vaċċin. Sa issa, tajjeb u ħażin, jinħass illi l-għoti tal-vaċċin qed isir wisq bil-mod. Forsi għal uħud għaġġla ma hemmx għax ma tagħmilx wisq differenza. Imma għal eluf oħrajn, dewmien eseġerat li jaqbeż sew is-sajf ikun ifisser falliment ċert. Niddubitaw li dawn ikunu ħerqana wisq biex jerġgħu jivvutaw lill- Partit Laburista f 'elezzjoni li mistennija tasal fis-sena/sena u nofs (massimu) li ġejjin. Grech għandu sfidi ugwalment kbar quddiemu. L-ewwel u qabel kollox irid jinjetta l-ħeġġa u t-twemmin fost in- nazzjonalisti li l-PN jista' verament jibda jikseb riżultati tajbin, jiġifieri jnaqqas b'mod effettiv id-distakk bejn il-partiti li fl-aħħar elezzjoni tal-Parlament Ewropew saħansitra qabeż it-42,000 vot. Din hija sfida kbira li jidher illi pprova jindirizza fl-ewwel programm ta' 'Reno Bugeja Jistaqsi' - imma għad fadal ħafna xi jsir. Bir-rispett kollu lejn kulħadd - għax kulħadd validu fil-modi differenti tiegħu - Bernard Grech jeħtieġ jibni t-tim tiegħu. Tim ta' nies ġodda, friski, mimlijin enerġija u lesti biex jibdew ibiddlu l-partit. Inbidel il-captain, pero' t-tim (li tpoġġa hemm bħala interim) baqa' l-istess. Nies li ilhom fil- partit minn meta beda Eddie Fench Adami! Wasal żmien il-bidla fil-PN u wasal iż-żmien li Grech idaħħal it-tim tiegħu fit-tmexxija, jekk għandu! Pero' aktar minn hekk. Il-PN jeħtieġ isir rilevanti. Jeħtieġ ikollu fergħat li huma rilevanti. Mhux fergħat tal-pappagalli u l-istqarrijiet u l-priedki lil min jiġri x'jiġri se jibqa' Nazzjonalist. Imma fergħat li jkunu huma l-forza tal-bidla u l-ideat ġodda u li ma jibżgħux jipproponu u joħolqu diskussjonijiet, anke jekk mhux kulħadd jaqbel ma' dik il-pożizzjoni fil-partit stess. Finalment il-PN u Grech ma jistax jibqa' jserraħ fuq żbalji jew diżillużjoni lejn Abela jew inkella r-rabja u l-antipatija li sezzjoni tal-poplu għandu lejn dak kollu li huwa Laburist. Inkella se jibqa' partit tal-bużżieqa, tal-istess nies, bl-istess ideat, jgħixu fil-passat li jagħmlu ħafna ħoss bejniethom. Jeħtieġ jibda jħares ukoll lejn is-settur bil- wisq akbar ta' votanti li mhumiex skomdi bil-Labour, jew li gawdew minn liġijiet jew miżuri li għamel il-Partit Laburista, li ma jobgħodux lill-Partit Laburista anzi vvutawlu pero' li forsi jkunu predisposti jivvutaw PN jekk joffri alternattiva serja, fattibbli u onesta għall-Gvern preżenti. Tal-aħħar - Grech għandu jaċċerta li l-aħħar it "anġli" fuq il-pedestalli fil-PN, li tkaxkira elettorali wara l-oħra għadha m'għallmithomx ikunu umli, iniżżilhom minn hemm! Ħadd mhu akbar mill-poplu sovran u l-poplu ma vvutax lill-Labour b'maġġoranzi ta' 40,000 vot għalxejn jew għax mhux intelletwali biżżejjed! L-isfidi huma kbar, imma ż-żmien mhux twil wisq. Bħal dan iż-żmien sena jaf inkunu wasalna għal għażla importanti oħra. F'idejn Abela u Grech issa, biex jikkonvinċu! Mija u sena

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 January 2021