Illum previous editions

ILLUM 17 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1330258

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

22 opinjoni IL-ĦADD 17 TA' JANNAR 2021 • illum Dun Anġ Seychell Dun Anġ Seychell huwa l-fundatur ta' Dar Nazareth Qed issir bi tqila tkun taf il-verità F tit ġimgħat ilu sirt naf bil-ktieb ta' Hector Mac- donald jismu Truth: A Users' Guide ippubblikat mid-ditta BANTAM. Għall-ew- wel ħsibt li huwa ktieb li jitkellem fuq dak li llum nafuh bl-Ingliż bħala "fake news" jew is-soċjetà li qed ngħixu fiha llum magħrufa bħala soċjetà li ħadet post il-verità, il-moda ġdida li saret taħkem id-diskors tal-qasam politiku. Jew jit- kellem fuq kwistjoni eqdem miġbura fil-mistoqsija: il-verita' hija relattiva? Il-verità tiegħek hija tajba u valida daqs tiegħi? Imma kont żbaljat. Il-ktieb Truth: A Users' Giude jibda mill-ewwel bil-fatt li ċerti ħwejjeġ huma fatti u oħrajn huma foloz. Imma joħroġ bl-argument li l-verità li int taċċetta jew tistqarr tiddependi mill-fehma tiegħek, skont liema verità hi ta' siwi għalik u liema verita' tagħżel għax taqbel mal-fehma tieghek. Meqjusa veri Per eżempju fl-2015 dawn l-istqarrijiet kienu jitqiesu veri: "Għalliem li għandu salarju ta' €28,000 qed jaqla' inqas mid- dħul ġenerali" u "għalliem li jaqla' salarju ta' €28,000 qed jaqla' iżjed minn dak ġenerali" It-tnejn huma veri għax l-ewwel stqarrija hija ibbażata fuq il-qligħ ġenerali ta' dik is- sena ta' €31,000 u l-ieħor fuq il-qligħ medju ta' €22,000. Jew ejja inqisu fatt differenti jiġifieri li l-Kanada u l-Awstralja għandhom l-ogħla rata ta' nies li jinħatfu fid-dinja. Iċ-ċifri tagħhom huma ogħla minn dawk tal-Messiku u l-Kolombja imma taf għaliex? Għax il-Kanada u l-Awstralja jgħoddu magħhom l-kwistjonijiet ta' ġenituri bi problemi tal-kustodja tat-tfal. Hekk ukoll l-Iżvezja, għandha t-tieni l-ogħla rata ta' ħtif għax il-klassifika hija wiesa' ħafna aktar wiesa' minn dik f 'pajjiżi oħrajn. Ċertu fatti Trid toqgħod attent minn ċerti ażbarijiet li taqra. Hemm Ingliżi li b'ċerta kburija jgħidulek li l-familja Rjali lit-Teżor Ingliż qed tqumlu biss 56 pence fis-sena u mhux £35.7 miljun kull sena u hemm oħrajn li jiftaħru li l-Gvern Ingliż jagħti għajnuna għall- iżvilupp ex-kolonjali li jiswa biss £0.7 miluini sterlina kull sena liċ-ċittadini Ingliżi, waqt li fl-2016 l-ammont veru kien ta' £13.3 biljuni sterlini, iżjed mill- ispiża għal-universitajiet jew għall-pulizija. Skont kif tuża l-kliem Jiddependi ħafna wkoll minn kif tuża l-kliem. Fl-2013 l-għaqda dwar id- Djar imsejħa SHELTER ħarġet stqarrija li twissi li 80,000 tifel u tifla, se jkunu bla dar dan il-Milied. Tieħu l-impressjoni li dawn se jorqdu barra f 'xi kaxxi tal-kartun filwaqt li fir-realtà dan ifisser li dawn it-tfal se jorqdu f 'akkomodazzjoni tal- Gvern lokali u mhux fid-dar tagħhom. Hawn ukoll l-idea li min hu xellugi fejn jidħol l-użu ta' l-idejn għandhom ħajja iqsar minn dawk ta' idejhom il- leminija għax fl-1991 sar studju li ta l-impressjoni li l-ħajja tagħhom hija iżjed perikoluża minn dik ta' persuni li jużaw idejhom il-leminija. Hawn ukoll taħwida dwar min jismu Mohammed. Ftit snin ilu deher rapport fil-gazzetta Ingliża ta' kuljum 'THE SUN' li kien juri li dawk li jisimhom Mohammed qed iħallsu biex jinxurjaw il- karrozza iżjed minn dawk li jisimhom John. Il-verità x'kienet? Li dawk li jisimhom John kellhom it-tendenza li jkunu akbar fl-età minn dawk li jisimhom Mohammed u kellhom it- tendenza li joqgħodu fis- subborgi jew fil-kampanja. Komunikaturi Macdonald jgħid fil-ktieb tiegħu li fil-prattika hemm tliet xorti ta' kommunikaturi; hemm dak li jitkellem b'mod sempliċi biex jagħti messaġġ pożittiv. Hemm dak li jagħti verità dubjuża b'kumbinazzjoni jew bi żball u hemm dak li jagħmel hekk apposta. Fil-ktieb f 'kull kapitlu hemm noti li juruk kif għandek tintebaħ b'dawn it-tliet tipi ta' kommunikaturi. Sirt naf li l-awtur huwa konsulent dwar il- kommunikazzjoni. Għamel biċċa xogħol għaqlija u nemmen li min jaqraha żgur li jibdel il-mod kif jaqra l-aħbarijiet u kif iħares lejn id-dinja.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 January 2021