Illum previous editions

ILLUM 17 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1330258

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

23 rakkont illum • Il-ĦADD 17 TA' JANNAR 2021 Sharon Calleja M issieri kien sajjied. U anke n-nannu! Minn meta kont għadni daqxejn ta' qrempuċu żgħir, kont il-ħin kollu nhewden kif la nikber għad inkun kaptan ta' vapur imdaqqas, inbaħħar ibħra infiniti, niġġieled mal-mewġ qalil u noħroġ rebbieħ. Id-dgħajjes qiegħda fuq il-baħar ma kienux idardruni. Lanqas kieku kelli nagħmel ġurnata sħiħa nrejjex bil-ħarira, inħares lejn il-baħar ċelesti kristall taħti, nimmaġina ħajja hemm taħt li kienet misteru għalija. Ħajja differenti. Ħajja marina. "Minjaf kemm hemm tipi ta' ħut differenti!" kont noqgħod naħseb waħdi. "Minjaf kemm kien hemm affarijiet mgħarrqa hemm taħt. Affarijiet rikki. Vapuri. Teżori. Dehbijiet! U anke nies li kienu baqgħu hemm taħt, tilfu nifishom mal-mewġ mingħajr ħadd ma kien jaf x'kien sar minnhom!" Kont noqgħod hemm, inħares lejn missieri jistad u nieħu gost inħossni 'l bogħod mill-agħa tal- ħajja urbana, bejn sema' u ilma. Nirrilassa. Nistagħna fil-ġmiel tan-natura. "La mmut irridkom tidfnuni fiċ-ċimiterju li hemm 'l barra mill- port il-kbir," kont ngħidilhom lil tal-familja. Għax hekk xtaqt. Inkun parti minnu. Mill-baħar. Għalkemm kont naf li wara l-mewt, il-ġisem ma setgħa jħoss xejn, minn dejjem kelli x-xewqa li nsir parti mill-ilma, li nħalli l-partiċelli ta' ġismi jitħalltu mal- baħar infinit. F'dik id-dimensjoni akkwatika. U maż-żmien bdejt insir espert. Mhux għax kont ħadt kors biex inkun kaptan. Mhux għax kont ħadt is-sengħa tal-familja. Imma għax kont inħossni tal- qatgħa. Tal-qatgħa biex nilħaq kaptan. L-ewwel dgħajsa li kelli kellha x-xeħta ta' frejgatina żgħira. Fuqha kienu joqgħodu biss tnejn minn nies u bil-garanzija li kieku kellek tersaq naqa' lejn it-tarf bis-salt, għid li d-daqxejn ta' qoxra kienet tirbola u tiġi żaqqha 'l fuq fil-wiċċ. Imma mbagħad bdejt nirfina. Aktar ma beda jgħaddi ż-żmien, aktar bdejt insir niem. U aktar bdejt inkabbar. Kont noħroġ nistad qabel is- sebħ. U qabel billejl tard ma kontx nidħol lura. Dak iż-żmien, il-ħut kienu jġibu l-flus. Kont naf x'kelli nagħmel. Kont espert biex insib fejn kelli mmur. U kont naqbad ħut bl- addoċċ. Naf. Naf li jiena kont ix-xempju tal- għira ta' sħabi s-sajjieda l-oħra. "Ara Mario x'qabda ħut qabad illum!" kienu jistagħġbu dawk, bix- xbieki tagħhom vojta. U jien kien ikolli ngħid lil xi ħadd jgħini nġorrhom. U nbiegħhom. Il-mara ma kinitx tħobbu l-ħut u tfal ma kellniex. Allura kont inwarrab żewġ vopiet għalija u l-bqija kont naqlagħhom flus. Meta kont ġejt avviċinat għal din il-biċċa xogħol, kont kważi bqajt b'ħalqi miuħ. Lanqas ridt nemmen li kienu għażlu propja lili! Kienu jafdaw fija. "Ton, għandna missjoni għalik," kienu tefgħuhieli. Kont ħarist madwar l-uffiċju mdaqqas, mimli nies iħarsu lejja qishom lanqas biss ma kienu jafu x'kien laqathom. "Għandna vapur merkanzija. Irridu neħduh lejn in-naħa ta' fuq tal- Italja. Nafu li int kapaċi. Ċerti li inti l-persuna ideali." U għal mument kont bqajt sieket. Nomgħod il-kliem li kienu għadhom kemm qaluli imma kont għadni ma bdejtx nirreġistra. "Iva........kieku........." kont bdejt inlaqlaq kważi waħdi, inħares lejn l-uffiċju mimli karti u tajprajter sewda f 'nofshom kważi mgħottija għal kollox. L-irġiel kollha f 'dan l-uffiċju kienu lebsin libsa intera bl-ingravata b'kollox. Xagħarhom donnhom kien mimxut ta' kulħadd bl-istess mod, donnhom kellhom barbier wieħed. "Tajjeb Ton. Il-vapur li ser tkun qed issuq jismu Aurora. Issa għada nniżżlek sal-port ħalli tagħtih daqqa t'għajn u tkun forsi anke tieħu kaptu tiegħu." U donnu kollox ġara f 'salt. Donni dħalt f 'din il-biċċa xogħol hekk mhux mistennija. Il-merkanzija fuq il-vapur kienet ġiet mgħobbija xi jumejn qabel. Ħadid u paletti li kienu ser jintużaw għal xi biċċa xogħol barra minn Malta. Dik il-ġurnata li kont mort nittawwal lil Aurora, kont ħsibt bejni u bejn ruħi li kont qed nara kapulavur! Qatt ma kont rajt vapur attrezzat b'kollox! U kien jidher verament vapur ta' klassi! "Kemm int ixxurtjat ħanina!" kienu qaluli sħabi li kienu tgħallmu l-mestjer ta' kaptan bħali. Qajla kienet tmissek xorti bħal dik! Jien ġieli kont baħħart barra minn xtutna, imma ma kont għadni qatt m'allargajt daqshekk 'il bogħod! Għoxrin jum ilu. Daqshekk kienu għaddew minn dik il-ġurnata. Dakinhar li kellna nsalpaw, kienu ġew il-familjari jgħannquna u jagħmlulna kuraġġ. Lil marti kont tajtha bewsa ħafifa fuq xuejha għax kont stħajt it mill-ħmistax-il raġel li kelli miegħi bħala ekwipaġġ u li kienu qegħdin kollha warajja bħala rispett. U tlajt fuq ir-rampa tal-vapur. F'dak il-mument eżatt ħassejtni tassew ferħan! "Ejja Ton! L-ewwel avventura ta' ħajtek!" smajt is-subkonxju jgħidli minn bejn dak l-istorbju ta' nies li kien hemm fil-Port il-Kbir. Il-ħsejjes kienu miżjudin b'dawk ta' xarretti jġorru kull tip ta' merkanzija li kienet ser tiġi esportata. Kont liebes uniformi skura u li kienet tgħannaqli l-figura pulita u twila ta' ġismi. Għajnejja ħarsu lejn il-port minn fuq il-vapur u f 'dak il-preċiż mument ħassejt dehxa bard tiela' ma' ġismi kollu hekk kif żiffa ħelwa mellsitli wiċċi. Tgħid minn xiex konna ser ngħaddu? Tgħid kont ser inkun kapaċi nagħmilha? Imma kelli lil Ġanni Debattista miegħi. U dan kien kaptan ukoll. Tgħid konna ser insibu baħar sabiħ? Konna ċċekkjajna sew u skont l-aħħar tbassir tat-temp, konna ser insibu temp sabiħ. Kien kważi qabad dieħel is-sajf u l-entużjażmu bejnietna ma setax ma jonqosx. "Kemm ser nieħu gost nara port ieħor!" kien qal wieħed minnhom. "Avventura tal-ġenn!" kien qal l-ieħor. Kienu għadhom kollha iżgħar minni. U kont qed inħossni xi it aktar matur minnhom. Qisu lbieraħ. Għoxrin ġurnata ilu eżatt. Dak il-jum li konna salpajna. L-Aurora kienet ħarġet mill-Port il-Kbir b'mod spettakolari u ħarġet minn bejn is-swar sbieħ u maestużi li aħna l-Maltin għandna tassew għalxiex niaħru bihom. Swar li raw storja kbira. Dak il-jum li mingħalina kien ser jeħodna lejn l-akbar avventura ta' ħajjitna. U llum ninsab hawn, nikteb dan il-ġurnal, inħares lejn il-kabina fejn kont qiegħed waħdi. Illum. U għada ma nafx x'ser insib. Kont għadni qed inħossni nirtogħod bil-biża'. Iva, kont qiegħed nibża'. Iżda ma kontx naf kellix ngħidilhom jew le. Ħarist lejn l-ekwipaġġ għaddejjin kollha b'xogħolhom hemm barra fuq il-pruwa, li kien jidher eżatt minn ġol-ħġieġ tal-kabina fejn kont qiegħed. Imma xi stajt naqbad ngħidilhom? Li konna ser nispiċċaw mitlufin? Li konna ser immutu kollha? Għalaqt il-ġurnal u ħriġt ir-ritratt ta' marti li kont qed inżomm fil-but tal-qalziet. Bist ir-ritratt b'għożża kbira. Ma kontx naf jekk kontx ser nerġa' naraha. (Tkompli nhar il-Ħadd li ġej) Aurora (L-ewwel parti minn erbgħa)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 January 2021