Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1330258
24 aħbarijiet IL-ĦADD 17 TA' JANNAR 2021 • illum Fl-2020, l-Awtorità tal-Ippjanar ta' Malta kompliet twettaq il- funzjonijiet ewlenin tagħha mingħajr waqfien. Għaċ- chairperson Eżekuttiv, Martin Saliba, is-sena li għaddiet tat prova li l-Awtoritá għandha n-nies kapaċi, l-istrateġiji u l-infrastruttura tat-teknoloġija f 'posthom biex effettivament taddatta u tirnexxi. Malta mhix l-istess pajjiż li kienet fl-2019. B'uċuħ ġodda fil- Gvern, pandemija li ilha għaddejja kważi sena, ekonomija li qed tinbidel u popolazzjoni li l-ħajja u l-għixien tagħha ġew trasformati, l-2020 kienet sena ta' sorpriżi. Din l-esperjenza enfasizzat kemm hu kruċjali li jkollna ppjanar effettiv għar-reżiljenza u l-kontinwità tan- nazzjon. Fl-aħħar tal-2020, is-Sur Martin Saliba kellu l-ewwel anniversarju tiegħu bħala Chairperson Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar. Jibda billi jgħid li: "Kienet sena b' bilanċ tajjeb". "Jien nilbes ħafna kpiepel bħala Chairperson; nissorvelja l-proċessi u s-servizzi tal-Awtorità, kif ukoll il-funzjoni ewlenija tagħna li nipproċessaw applikazzjonijiet għall-iżvilupp, l-infurzar, stħarriġ tal-art u mapping. Jien nippresjedi wkoll il-Kunsill Eżekuttiv, fejn jittieħdu deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet u policies speċifiċi biex niżguraw li l-pjanijiet tal-Awtorità jsegwu l-għanijiet nazzjonali tal-Gvern. " Ir-rwol jitlob investiment sinifikanti ta' ħin u dedikazzjoni, u iktar u iktar wara x-xokk enormi li rriżulta mil-COVID-19. "Il- Gvern ħa deċiżjonijiet malajr iżda kienu effettivi, u aħna segwejna l-eżempju," ikompli s-Sur Saliba. "L-ippjanar effettiv huwa mutur ekonomiku, allura kien hemm pressjoni fuqna biex ma nieqfux, minkejja l-inċertezza dwar kif l-Awtorità u l-bordijiet tal-ippjanar tagħna kienu se jaħdmu minħabba l-pandemija. Fortunatament, ħafna mix-xogħol tagħna huwa mingħajr karti u l-Awtorità diġà kellha infrastruttura robusta tal- IT f 'postha. Stajna nibdlu mill- ġdid l-operazzjonijiet tagħna għal struttura tax-xogħol mid-dar fi it jiem." "Madankollu, kienet sfida kbira biex is-sessjonijiet tal-bord tal- ippjanar virtwali jsiru legalment sodi. Ħafna drabi nħarsu lejn pajjiżi oħra għal gwida f 'termini ta' sistemi u proċessi. F'dan il-każ, ma kienx hemm, allura aħna ħloqna qafas legali ġdid u sistema operattiva innovattiva. Fi żmien ħmistax, għaddiet il-leġiżlazzjoni rilevanti, li kienet ġimgħat qabel li r-Renju Unit għamel il-bidliet legali tiegħu stess biex iżomm kumitati tal-ippjanar onlajn." Filwaqt li dan il-proċess ta' tagħlim kien diffiċli, l-Awtorità rċeviet rispons pożittiv immens dwar is-seduti ta' smigħ pubbliċi onlajn tagħha, speċjalment minn periti. Qabel il-pandemija, il- periti kienu jqattgħu ħafna sigħat tax-xogħol isuqu lejn l-Awtorità u jistennew sakemm il-każ tagħhom jitressaq fuq il-mejda tad-diskussjoni. Dan il-'ħin moħli' minn dakinhar inbidel f 'sigħat ta' produttività. Periti, kif ukoll kull membru tal-pubbliku, jistgħu jingħaqdu mal-laqgħa tal-bord tal- ippjanar mill-iskrivanija tagħhom u mbagħad ikomplu jaħdmu sakemm jissejjaħ il-każ tagħhom. "Rajna bidla notevoli fil-mentalità dwar kif ix-xogħol jista' jsir", isostni s-Sur Saliba. "Din in-'norma ġdida' beħsieba tinżamm u l-ħaddiema se jkomplu bil-flessibilità li jkunu jistgħu jaħdmu mid-dar, u aħna għandna fiduċja fl-impjegati tagħna biex jagħmlu dan, biex b'hekk inżommu l-moral tat-tim għoli u x-xogħol ikompli bl-istess pass. Però, xorta nħossu n-nuqqas tal- laqgħat wiċċ imb wiċċ. " Madankollu, f 'ħafna modi, laqgħat onlajn ippermettew lill- Awtorità twettaq talbiet għal deċiżjonijiet ta' malajr. It-tnaqqis ekonomiku u ż-żieda fl-inċertezza dwar il-futur immotivaw lin-nies biex jorganizzaw u jippjanaw il- proġetti tagħhom sabiex ikunu jistgħu jibdew jaħdmu hekk kif tintemm il-pandemija. "Nies li għandhom proġetti ppjanati ma jridux jitilfu aktar ħin; iridu jkunu lesti għal meta t-turisti jirritornaw u l-investimenti jistgħu jitwettqu," jgħid iċ-Chairperson. "Ir-riżultat kien pressjoni fuq l-Awtorità biex tħaffef il-proċessi tagħha sabiex l-iżviluppaturi jkunu jistgħu jibdew l-2021 b'applikazzjonijiet approvati f 'idejhom. Madankollu, din dejjem kienet l-isfida ta' kuljum fl-Awtorità: li tibbilanċja t-talbiet għall-iżvilupp mal- policies li jappoġġjaw id-direzzjoni lejn tkabbir sostenibbli li qed tiġi segwita mill-Gvern. " Meta rrifletta fuq l-ewwel sena tiegħu bħala Chairperson, is-Sur Saliba qal li rebħiet żgħar ta' kuljum dejjem jimlewħ bl-entużjażmu. "Kull darba li nieħdu deċiżjoni soda u ta' impatt huwa mument fejn nħossni kburi," huwa jgħid hekk bi tbissima. "Din is-sena, irnexxielna nagħlqu xi pjanijiet li ilhom diskussi, inkluż l-policy tal-pompi tal-fuel u r-reviżjoni tal- policy rurali. Imxejna 'l quddiem f 'xi pjanijiet kbar ukoll, inkluż is-sit ta' dik li qabel kienet il-Jerma Palace Hotel u l-Marsa Sports Hub. Dawn iwasslu għal proġetti komprensivi li jagħmlu sens ekonomiku minħabba li huma postijiet fejn jista' jsir investiment. "F'Malta, naraw wisq żvilupp li jħalli impatt negattiv fuq il-gżira. L-Awtorità għalhekk tipprova tiggwida lill-iżviluppaturi lejn postijiet li jistgħu jibbenefikaw b'mod pożittiv mill-impatti ekonomiċi u soċjali li żvilupp komprensiv jista' jġib miegħu. Fil- kas tal-Jerma, pereżempju tista' tbiddel il-lokalità ta' Marsaskala f 'destinazzjoni għal darb'oħra - bħalma rajna fil-waterfronts fil- Birgu u l-Belt. " Is-Sur Saliba huwa ppreparat għat-tieni sena tiegħu u ħerqan li se jara r-reviżjoni tal-Pjan Strateġiku għall-Ambjent u l-Iżvilupp (SPED) jieħu spinta. " L - S P E D huwa l-pjan tagħna għat-tkabbir urban u l-protezzjoni ambjentali f 'Malta, u din se tkun l-ewwel reviżjoni sħiħa tiegħu. Aħna se nagħmlu studji dwar il-kapaċità urbana, s-soċjetà, l-ambjent u l-ekonomija tal-gżejjer tagħna biex nimu f 'liema livell ta' żvilupp wasalna bħala pajjiż u fejn nistgħu mmorru minn hawn. Il-mistoqsija hi, x'inhi l-kapaċità spazjali tagħna għat-tkabbir? " huwa jistaqsi. "Iż-żieda kbira fil-kostruzzjoni ġewwa Malta rriżultat minn domanda kbira għall-proprjetà. Dan kien ikkawżat mill-mudell ekonomiku tal-Gvern u t-tkabbir tal-popolazzjoni li rriżulta minnu, u għalhekk il-ħtieġa għal aktar spazju biex tgħix, taħdem u tiddeverti. Rajna żvilupp industrijali, residenzjali, kummerċjali u turistiku, u ovvjament il-pjanijiet infrastrutturali tal-Gvern stess ħolqu atmosfera ta' kostruzzjoni kontinwa. L-impatt fuq l-ambjent huwa evidenti u ġibed kritika kemxejn ġustifikata. Aħna wkoll issa naqgħu taħt il- Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, u l-Ministru Aaron Farrugia huwa ħerqan biex jintroduċi iktar ekoloġizzazzjoni fl-iżvilupp. Allura s-sena d-dieħla se nassistu għal spinta miiehma lejn infrastruttura ekoloġika, u aħna kollha ħerqana" jikkonkludi ċ-Chairperson. Sena ta' progress għall-Awtorità tal-Ippjanar Martin Saliba Chairperson Eżekuttiv