Illum previous editions

ILLUM 17 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1330258

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 illum • IL-ĦADD 17 TA' JANNAR 2021 analiżi biss ... l-ewwel sena ta' Robert! Gvern riformista ... indirizz sejru tan-nuqqasijiet istituzzjonali Fl-ewwel sena tiegħu Robert Abela għamel diversi bidliet pożittivi u importanti fil-qasam tal-governanza u saltna tad-dritt - primarjament il-mod kif jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija. Dan il-proċess fisser illi għall- ewwel darba fl-istorja il-ħatra tal-Kummissarju ma baqgħetx esklussivament f 'idejn il-PM imma inqasmet ukoll fi proċess ta' selezzjoni u proċess ieħor ta' evalwazzjoni mill-Parlament. Minkejja dan xorta kien hemm kritika għall-fatt li wara li jsir shortlisting jkun il- Kabinett li jiddeċiedi l-isem tal- kandidat għall-Kummissarju li mbagħad imur għall-iskrutinju parlamentari. L-għażla finali tal-Gvern għal Angelo Gafa' kienet waħda li sa issa tgħaddi mit- test tal-akbar kritiċi tal-Korp tal-Pulizija fl-aħħar snin bil- qabdiet ta' droga jkomplu pero' wkoll bi żviluppi kruċjali fl- aktar investigazzjonijiet politiċi jaħarqu tal-aħħar snin. Ma' dawn wieħed irid iżid ir- riforma kostituzzjonali li qed issir u li tfisser - fost oħrajn - illi l-President tar-Repubblika se jibda jinħatar biż-żewġ terzi. Riformi oħrajn fil- qasam ġudizzjarju - li jkopru l-Avukat Ġenerali, il-ġudikatura u l-Ombudsman, fost oħrajn - qabdu rittmu u irċevew tifħir mill-Kummissjoni Venezja. Captain Morgan u l-paroli populist! Il-kwistjoni tal-immigranti hija waħda sensittiva ħafna u li tqajjem rabja u anke tħassib u xi kultant anke biża' fost sezzjoni mdaqqsa tal- poplu. Matul l-ewwel sena tiegħu rajna lil Abela jagħmel aċċenn partikolari fuq kemm Malta hija "full up" u kemm din hija problema u kemm hawn komunitajiet li mhumiex iħossuhom siguri minħabba dan. Hawhekk dehret in-naħa ħafna aktar populista ta' Abela li fil-fatt - it li xejn ħa miżuri biex realment jonqsu l-barranin f 'Malta sabiex ma nibgħux full up u l-komunitajiet tal-Ħamrun, San Pawl il-Bħar, Birżebbuġa u oħrajn iħossuhom "siguri." L-aktar miżura jew soluzzjoni ta' ċerta portata kien meta żamm madwar 400 immigrant fuq vapuri tal-Captain Morgan. Apparti l-aspett ta' kif intagħżlu l-Captain Morgan, ħafna iktar importanti kien l-aspett uman u l-effettività tal-istess miżura. Mil-aspett uman - hawnhekk kellek mijiet ta' nies 'l barra fil-baħar fuq dgħajsa b'mod indefinit. Kienet ovvja li din is-soluzzjoni, minkejja li hija attentat biex Malta ssemma' leħinha, se tisplodi f 'wiċċna għaliex huwa ovvju u naturali li umani, ppakkjati fuq dgħajsa bla prospetti se jirribellaw, xi darba jew oħra. U fil-fatt hekk ġara u l-immigranti qajmu rewwixta fuq waħda mid- dgħajjes u ħadu kontroll t a g ħ h a , b l - 4 0 0 immigrant j i d d a ħ ħ lu k o l l h a f 'd a q q a . M i n k e j j a li la kien uman u wisq inqas effettiv, dan il-pass wassal għal appoġġ qawwi lil Abela minn fost settur kbir tal-popolazzjoni, li iżda malajr darilha u bdiet tikkritikah wara li daħlu numru ta' dgħajjes f 'pajjiżna minkejja li kienet għadha għaddejja l-pandemija u l-ajruport u portijiet kienu magħluqin. Divorzju, ugwaljanza ... u t-tikketta progressiva ta' Muscat 'Il-Moviment tal-Progressivi u l-Moderati' kienet stqarrija li kien ħareġ biha Joseph Muscat u li kien bena immaġini ta' mexxej liberali li jilleġiżla fejn ħaddieħor beża', ittituba jew ma riedx. L-aktar eżempju ċar ta' dan hija l-Unjoni Ċivili l-ewwel imbagħad il-Liġi ta' Żwieġ Ugwali kif ukoll il-liġi tal-Ġeneru. Dawn jibqgħu fost l-akbar kisbiet ta' Muscat, li żammew lis-settur aktar liberali ta' votanti - anke jekk mhux kuntenti b'ċerti skandli jew iddiżgustati b'assasinju u l-akkużi lejn nies bħal Keith Schembri - aktar predisposti li jivvutaw Labour. Dak il-momentum batta xi it bil-bidla fit-tmexxija tal-Partit Laburista. Għalhekk kien ċar li l-PM kellu jerġa jfakkar li l-Labour ta' Abela għadu qed iżomm 'l fuq it-tikketta liberali - u għamel dan permezz ta' bidliet fil-Liġi tad-Divorzju. Dawn il-bidliet qed jipproponu li jnaqqsu iż-żmien li koppja trid tkun ilha separata qabel tieħu d-divorzju u fil-proċess tnaqqas ħafna tbatijiet u litigar li ġieli jibqa' jkarkar xhur u snin. Il-problema ta' Abela hija li sab Oppożizzjoni ħafna inqas intranżiġenti milli sab Muscat u Kap tal-Oppożizzjoni li kien lest jaqbel u jipproponi miżuri oltrè (manteniment tat-tfal, per eżempju). Xorta iżda kemm dawn il-bidliet kif ukoll oħrajn, bħal-Liġi għall- Ugwaljanza fil- Parlament, huma pożittivi u jserrħu ras il-votant liberali li l-PL għadu garanzija ta' titjib fil-qasam tad- drittijiet ċivili, ġustizzja soċjali u l-wens tal- vulnerabbli. Ambjent: Bejn titjib u l-istatus quo Settur importanti għal pajjiż żgħir bħal Malta jibqa' dak tal- ambjent - fil-verità settur li fuqu kemm taħt Gvern Nazzjonalista u anke fl-aħħar tmien snin saru żbalji - uħud minnhom kbar - kif ukoll allura saret kritika qawwija. Hawnhekk il-ġudizzju dwar il- Gvern ta' Abela huwa xi it jew wisq mħallat, bejn it-tajjeb u bejn l-istatus quo - li frankament ifisser aktar qerda. Definittivament pożittiv il-fatt li Malta issa għamlet miri ċari dwar il-projbizzjoni tal- plastik. Minn din is-sena se jieqaf il-bejgħ tas-single use plastics u mid-dieħla (2022) se jkun projbit li xi ħadd ibiegħ jew jixtri dan it- tip ta' plastik. Il-Gvern imbarka fuq proġetti li se jiswew nofs biljun fil-qasam tal-immaniġġjar tal- iskart: L-impajnt Waste-To-Energy (Inċineratur), l-impjant organiku għall-produzzjoni tal-kompost u inċineratur ieħor żgħir buex jinħaraq skart kimiku. Naturalment dwar dan bosta jgħidu li l-bżonn ta' inċineratur huwa falliment tas-sistema u li mhux qed ikunu meqjusin biżżejjed alternattivi oħrajn. Ir-residenti taż-żoni (Naxxar - Baħar iċ-Ċagħaq u Magħtab) ma tantx huma ferħanin lanqas. Saru wkoll diversi inizzjattivi pożittivi ta' 'greening' f 'lokalitajiet bħal Birżebbuġa u Ħal Tarxien bl-użu ta' siġar indiġeni. Minn angolu mhux daqstant pożittiv huwa l-fatt li matul dawn ix-xhur komplew diversi proġetti li fissru aktar talbiet jew proposti biex tittiekel aktar art - it minnha fertili u li qed tintuża mill-bdiewa - bħal fil-każ t a l-Imr ieħel, biex jitkabbru toroq. Il- ħmieġ fit-toroq - minkejja li baqa' jonqos - mas-snin baqa' problema pjuttost kbira u naturalment it-tniġġiż fl-arja - għalkemm naqas minħabba l-pandemija - baqa' problema wkoll b'Malta fost il-pajjiżi bl-ogħla rata ta' karozzi ras għal ras.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 January 2021