Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1337050
YENDRICK CIOFFI Tħobb jew ma tħobbx il- festi, ma tistax ma tirrikonoxxix li fil-kultura tagħna, l-istatwa jew l-istatwi tal- qaddisin li tagħhom niċċelebraw il-festi, huma parti essenzjali mill-identità tal-ibliet u l-irħulha tagħna. Apparti li huma xogħlijiet tal-arti i m p r e z z a b b l i , huma xi ħaġa li l-komunitajiet tagħna jħossuhom parti minnhom u bir-raġun għax kienu huma li ħadmu u għadhom jaħdmu biex dawn saru, iżżejnu u jiġu kkonservati għall- ġenerazzjonijiet futuri. Propju għalhekk li l-gazzetta ILLUM tieħu gost u tagħti wkoll prominenza mhux biss lill-festi li niċċelebraw, imma anke meta waħda minn dawn ix-xbiehat tgħaddi minn proċess ta' restawr. F'dan il-Ħadd, il-gazzetta se tkun qed tagħti ħarsa lejn ir- restawr li sar fl-aħħar xhur fuq il-vara ta' San Ġużepp ta' Ħal Għaxaq, il-mimmi ta' għajnejn il-Ġużeppini ta' dan ir-raħal antik u pittoresk, magħruf ukoll għall-festi kbar li jiċċelebra. Kien ilu jinħass il-bżonn li jsir intervent ta' restawr fuq din l-istatwa u anke l-pedistall tagħha. Ritratti, li ttieħdu dakinhar li l-istatwa ttieħdet għar-restawr, juru l-ħsara li din kellha, inkluż qsim fl-għonq tal-vara u anke ħsara fl-induratura tagħha. Għalhekk wara diversi diskussjonijiet bejn il-kumitat tal- Għaqda Mużikali San Ġużepp u l-fratellanza ddedikata lill-istess qaddis, intagħżlu l-artisti Michael u Adonai Camilleri Cauchi u l-induraturi Mario, Ruben u Austin Camilleri Cauchi, li flimkien kellhom jaħdmu fuq ir-restawr kemm tal- istatwa u anke tal-pedistall tagħha. Fil-fatt, l-istatwa nħarġet mill-Knisja ta' Ħal Għaxaq nhar il-25 ta' Settembru 2019 u qabdet triqitha lejn il-gżira Għawdija, għall-maħżen fin- Nadur ta' Michael u ibnu Adonai Camilleri Cauchi. Mill-banda l-oħra Mario, Ruben u Austin Camilleri Cauchi ħadu ħsieb li ssir l-induratura mill-ġdid tal- pedistall. L-artisti kollha flimkien ħadmu biex reġgħu taw lura lill-Għaxqin l-istatwa ta' San Ġużepp fil-glorja u l-ġmiel kollu tagħha, mill-karnaġġjon, għall- iżgraffir tal-libsa ta' San Ġużepp u d-dettalji fil-pedistall tal-vara. Tfaqqa' l-pandemija u San Ġużepp jinqabad Għawdex Min kellu jgħid lill-Ġużeppini Għaxqin li fl-2020 kellha tfaqqa' l-pandemija. Fil-fatt l-istatwa tant għażiża għalihom ukoll inqabdet Għawdex u kellhom jagħmlu aktar minn sena mċaħħda minnha. Ta' min ifakkar li kif kien se jiġri fil-lokalitajiet kollha li fihom issir festa lil San Ġużepp, is-sena li għaddiet, anke f 'Ħal Għaxaq kienu maħsuba li jsiru festi kbar li kellhom ifakkru l-150 anniversarju minn meta l-Beatu Papa Piju IX kien ipproklama lil San Ġużepp bħala Patrun tal-Knisja Universali. L-inawgurazzjoni tax-xogħol ta' restawr fuq din il-vara kellu jkun il-qofol ta' din il- festa speċjali, iżda kollox kellu jitħassar u l-preparamenti kollha taru mar-riħ. 2021 sena providenzjali għall- Ġużeppini Għaxqin Iżda kif jgħid il-Malti, min jistenna jithenna. Fit-8 ta' Diċembru li għadda, il-Papa Franġisku ħareġ ittra appostolika bl-isem 'Patris Corde' jew aħjar 'B'Qalb ta' Missier' u ddikjara din is-sena bħala Sena Ġużeppina. Għalhekk, il-Ġużeppini Għaxqin ħatfu l-opportunità, xammru l-kmiem u bdew jaħdmu biex fl-aħħar setgħu jilqgħu lura lil San Ġużepp f 'Ħal Għaxaq. Iċ-ċelebrazzjonijiet li ġew organizzati mill-Għaqda Mużikali San Ġużepp, b'kollaborazzjoni mal-kappillan Dun Andrew Schembri kienu verament storiċi hekk kif l-istatwa ta' San Ġużepp ġiet inawgurata fil-Katidral tal- Assunta fiċ-Ċittaddella. Fil-fatt, nhar is-Sibt 23 ta' Jannar, saret Akkademja Mużikali, bit-tema 'B'Qalb ta' Missier' mill-banda ta' San Ġużepp taħt id-direzzjoni tas-Surmast Reno Busuttil fil- Katidral ta' Għawdex. Mad-daqq tas-silta "Fanfare of Saint Joseph," wara sena u erba' xhur, l-Għaxqin li telgħu bi ħġarhom Għawdex, setgħu jerġgħu jitfgħu ħarsithom fuq l-istatwa ta' San Ġużepp, issa fil- glorja kollha tagħha. Iċ-ċelebrazzjonijiet komplew l-għada, il-Ħadd 24 ta' Jannar, meta saret quddiesa solenni fil-Katidral ta' Għawdex u wara l-istatwa ta' San Ġużepp intregħet mill-fratelli Ġużeppini 14 kultura u festi IL-ĦADD 7 TA' FRAR 2021 • illum Il-Ġużeppini Għaxqin jgħannqu mill-ġdid sena mċaħħda mix-xbieha tiegħu X'nafu dwar il-vara ta' San Ġużepp ta' Ħal Għaxaq? L-istatwa ta' San Ġużepp meqjuma fil-parroċċa ta' Ħal Għaxaq hija xogħol id-ditta Fratelli Bertarelli ta' Milan. Din ħadet post statwa oħra li llum tinsab meqjuma fis-sede tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp. Din ix-xbieha, minquxa fl-injam, waslet f 'Malta f 'Novembru tal-1932 u ġiet irregalata lill- fratellanza ta' San Ġużepp. Sena wara, f 'Mejju tal-1933 nħarġet għall-ewwel darba f 'purċissjoni. L-istil ta' din l-istatwa huwa wieħed naturalista, imma romantiku tal-bidu tas-seklu għoxrin u għalhekk imneżża' mid-disinn elaborat tal-barokk. Madanakollu l-istatwa hija devota ħafna u tirrifletti l-imħabba bejn San Ġużepp il-missier u Ġesù l-iben. Dettall ħelu f 'din l-istatwa u li juri r-rabta bejn San Ġużeġġ u Ġesù huwa l-ġilju. Normalment, fix-xbiehat, San Ġużepp jidher iżomm f 'idu zokk, bħal bastun, bil-ġilju, simbolu tas-safa. F'din l-istatwa, il-ġilju jgħaddi minn idejn Gesù għal idejn San Ġużeġġ Il-pedistall mill-isbaħ ta' din il-vara kien sar it taż-żmien wara u nħadem fuq disinn ta' Karmenu Tonna mir-Rabat Malta. Ritratt ta' Conrad Attard