Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1337050
15 kultura u festi illum • IL-ĦADD 7 TA' FRAR 2021 Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn il-proċess tar-restawr tal-istatwa ta' San Ġużepp ta' Ħal Għaxaq u ċ-ċelebrazzjonijiet storiċi li organizzaw il-Ġużeppini Għaxqin biex jilqgħu lura din ix-xbieha tant għal qalbhom mill-ġdid lil San Ġużepp wara aktar minn u mxiet mill-Katidral sal-Bieb taċ-Ċittaddella. Fil-fatt, wara żmien nieqsa mill-festi, il-ħoss tal-banda, anke jekk bid-distanza soċjali u l-ħoss tal-murtali minn fuq l-Għolja ta' Gelmus, maħdum mill-Vampa Organisations, niżlu għasel mhux biss mal- Ġużeppini Għaxqin imma anke mad-dilettanti Għawdxin u Maltin li telgħu fil-pjazza taċ- Ċittaddella biex jassistu għal din iċ-ċelebrazzjoni storika. Imma l-festi ma spiċċawx hemm... Minn hemm, l-istatwa ta' San Ġużepp bdiet triqitha lura lejn Malta u lejn ir-raħal ta' Ħal Għaxaq. Iżda l-festi ma spiċċawx hemm! Kulħadd jaf kemm il- Ġużeppini jafu jiċċelebraw, anke jekk bir-restrizzjonijiet. L-istatwa ta' San Ġużepp ġiet armata fil-Knisja Parrokjali ta' Ħal Għaxaq biex setgħet titgawda minn dawk kollha li xtaqu jżuruha u jammiraw ix- xogħol li sar fuqha. Matul il-Ġimgħa ta' bejn il-25 u l-31 ta' Jannar, saru katekeżi dwar il-ħajja u l-persuna ta' San Ġużepp. Iċ-ċelebrazzjonijiet laħqu l-qofol tagħhom nhar il-Ħadd li għadda, b'quddiesa solenni fil- Knisja Parrokjali ta' Ħal Għaxaq, immexxija mill-Kappillan, il- Kanonku Andrew Schembri, taħt il-patroċinju tal-President ta' Malta George Schembri. "Żgur u mhux forsi li dawn is-sittax-il xahar li għaddew ma kinux faċli anke fid-dawl tal-fatt li f 'dak kollu li ġie organizzat dejjem ittieħdu l-miżuri kollha neċessarji u meħtieġa skont is-supretendenza tas-saħħa pubblika. Però bil-koperazzjoni u bil-kollaborazzjoni ta' dawk kollha nvoluti, żgur li nistgħu nħarsu lura lejn dak kollu li seħħ b'sodisfazzjon kbir," saħqu l-organizzaturi li tkellmu mal- gazzetta ILLUM. Filwaqt li rringrazzjaw lil dawk kollha involuti, inkluż ukoll lill- Kapitlu tal-Katidral ta' Għawdex, lill-Vampa Organisations u lis-Soċjetà Filarmonika Leone tar-Rabat Għawdex, awguraw li dawn l-attivitajiet ikomplu jsaħħu l-imħabba tal-Għaxqin lejn San Ġużepp. X'inhi s-Sena Ġużeppina? Kif spjegat fl-artiklu, fit-8 ta' Diċembru li għadda, il-Papa Franġisku ddikjara s-sena 2021 bħala Sena Ġużeppina, biex jiċċelebra l-150 sena minn meta San Ġużepp kien ipproklamat Patrun tal-Knisja Universali. Kien il-Papa Piju IX, illum Beatu, li fit-8 ta' Diċembru tal-1870, ipproklama lil San Ġużepp bħala Patrun tal-Knisja Universali. Dan ifisser li l-Papa ried li jipproklama lil San Ġużepp, il-missier putattiv ta' Ġesù, bħala protettur u l-ħarries tal-Knisja. Propju għalhekk li f 'ħafna pitturi, San Ġużepp jidher b'idu wieqfa jipproteġi xbiha ta' knisja. Piju IX kien devot kbir ta' San Ġużepp tant li fost kitbiet oħra, kien iddedika erba' dokumenti importanti dwar dan il-qaddis kbir u li permezz tagħhom kompla jxerred u jkabbar it-tagħlim fuqu, fosthom dwar l-irwol importanti li Ġużeppi kellu fl-istorja tas-salvazzjoni. Ta' min isemmi wkoll li fi żmien il- pontifikat ta' Piju IX, kien hemm diversi konċilji lokali li kienu rrakkomandaw il- promozzjoni tad-devozzjoni Ġużeppina, inkluż il-Konċilju ta' Vjenna, ta' Praga, tal-Kolocsa, tal-Ungerija, tal-Kolombja, ta' Bordeaux u ta' Baltimora. Fil-fatt, il-Papa Piju IX rċieva tliet petizzjonijiet jitolbuh biex jipproklama lil San Ġużepp bħala Patrun tal-Knisja Universali. L-ewwel waħda kienet iffirmata minn 118- il Isqof, it-tieni waħda minn 43 superjur ġenerali ta' ordnijiet reliġjużi u t-tielet kienet iffirmata minn 255 persuna, inkluż 38 kardinal, fosthom dak li kellu jkun is- suċċessur tiegħu u jieħu l-isem ta' Ljun XIII, il-Papa li kiteb it-talba ta' San Ġużepp. L-istatwa ta' San Ġużepp ħierġa mill-Katidral ta' Għawdex. Ritratt ta' Daniel Cilia L-inawgurazzjoni tar-restawr ta' San Ġużepp Dettall mill- pedistall ta' San Ġużepp Dettall tal-ħsara fuq l-istatwa ta' San Ġużepp