Illum previous editions

ILLUM 7 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1337050

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 7 TA' FRAR 2021 • illum Il-Grupp CATCO ma jweġbux lill-awdituri mqabbdin mid-Dar tal-Providenza Id-Dar tal-Providenza ħabbret illi minkejja li tapprezza l-ġest tal-CATCO Group permezz ta' donazzjoni mgħoddija mill-eks Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li kienet tlaħħaq il-€500,000 - hi mhix se taċċetta dawn il-flus. Dan wara li l-Grupp in kwistjoni ma riedx jgħaddi dettalji lill-kumpanija ta' awditjar, li kienet qed tagħmel analiżi ta' minn fejn kienu ġejjin dawn il-flus, minħabba id-daqs tad-donazzjoni. Il-kumpanija CATCO ma għandhiex sehem f 'Malta, l-ebda sehem fil-fatt u lanqas topera hawnhekk għajr għal sponsorship lit-tim tal-futbol ta' Tas-Sliema. Il- kumpanija hija bbażata t-Tuneżija u topera fil-qasam taż-żejt, gass u karozzi fl-Afrika u fi Lvant Nofsani. L-isponsorship li wiegħed il-grupp CATCO baqa' ma wasalx bit-tim tal-futbol ta' Tas-Sliema jiffaċċja diffikultajiet finanzjarji kbar bħala konsegwenza. Meta mistoqsi dwar id- donazzjoni li kien għamel u jekk kienx jaf dwar il-kumpanija u x'interess seta' kellha li tgħaddi dawn il-flus, Delia kien qal biss li hu kien qed ifittex kumpaniji li reġistrati jew imħajrin jiġu pajjiżna, sabiex dawn jagħtu d-donazzjonijiet għad-Dar tal- Providenza. Huwa kien qal illi malli sar jaf b'dan il-grupp, talab biex jara jistgħux jagħtu l-għajnuna. Meta n-negozjant Tuneżin li jmexxi l-Grupp, Fisal Abdullah Alokla, kien mistoqsi dwar r-rabta bejn din il-kumpanija u l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista hu kien qal li ħaseb li Delia kien il-Kap tad- Dar tal-Providenza, "u kieku kont naf li kien imexxi l-oppożizzjoni ma kontx nippermettiha mill- bidu." F'inizjattiva tal-Ministru għall- Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u tal- Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma (EWA), bdew diskussjonijiet mal-kunsilli lokali għal ħidma konġunta biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-kits biex ikun frankat l-użu tal-ilma. "Flimkien mal-Aġenzija għall- Enerġija u l-Ilma, qed naraw kif nikkontrollaw il-ħela tal-ilma. Dan jorbot mal-politika tagħna li jkollna effiċjenza anke fl-użu tal-ilma. L-Aġenzija diġà daret numru ta' lokalitajiet u se tkompli għaddejja b'din il-ħdima fil- jiem u fix-xhur li ġejjin", spjegat il-Ministru Dalli waqt żjara fil- mobile unit taż-Żurrieq. "Qed naħdmu biex niffaċilitaw l-aċċess għan-nies, speċjalment dawk li ma jlaħħqux jiġbru l-kit tal-ilma mill- istand tal-Aġenzija meta din tkun fil-lokalità tagħhom. Għalhekk qegħdin f 'diskussjonijiet mal- Assoċazzjoni tal-Kunsilli Lokali". Permezz ta' dawn id- diskussjonijiet, l-irwol tal-kunsilli lokali f 'din il-kampanja jiżdied. L-għan huwa li l-kunsilli jipprovdu għajnuna fit-tqassim billi jagħtu spazju addizzjonali fil-binja tal- kunsill lokali stess minn fejn ir- resident ikun jista' jiġbor dawn il- kits anke it żmien wara li l-mobile unit ikun mexa lejn lokalità oħra. Din l-inizjattiva se tibda b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali taż-Żurrieq u tkompli m'għadd ta' kunsilli lokali oħra li se jkunu qed jilqgħu l-kampanja 'L-ILMA – Ibda Minnek' fix-xhur li ġejjin. Il-kampanja mmexxija mill- Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma, hi mifruxa fuq tliet snin bil-għan li teduka dwar il-konservazzjoni tal-ilma. Apparti milli twassal messaġġi edukattivi, l-Aġenzija qed tqassam għodda li tista' titwaħħal ma' apparati tal-ilma fid-dar biex jonqos il-konsum tal-ilma. Id-donazzjoni ta' Delia f'isem il-CATCO Group irrifjutata mid-Dar tal-Providenza Ħidma konġunta mal-kunsilli lokali għad-distribuzzjoni tal- kits tal-ilma fil-lokalitajiet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 February 2021