Illum previous editions

ILLUM 7 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1337050

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

I l-Partit Nazzjonalista bħalissa għaddej minn proċess ieħor ta' tiġ- did fil-kompożizzjoni tal-istrutturi politiċi tiegħu. Tiġdid li qed ifisser taħlita ta' esperjenza u entużjażmu ġdid ta' żgħażagħ u nies oħra li qed jimpen- jaw rwieħhom fil-politika għall-ewwel darba permezz tal-Partit Nazzjonalista flimkien ma' oħrajn li ilhom jagħtu l-kontribut tagħhom. B'hekk jiżdiedu u jissaħħu l-ideat u l-Partit Nazzjonalista jiżviluppa l-politika aħjar, li trid issir ukoll b'diskussjoni wiesgħa u kon- sultazzjoni mifruxa anki ma' min mhux impenjat fil-politika, ma' organizazz- jonijiet li għandna f 'pajjiżna, u anki billi nikkonsidraw żviluppi li jkunu qed jiġru f 'pajjiżi oħra. Formazzjoni politika It-tiġdid iġib miegħu inizjattivi ġodda. Din il-ġimgħa ipparteċipajt f 'seminar organizzat mill-Forum Professjonisti tal- Partit Nazzjonalista. Is-suġġett kien dwar l-etika fil-politika. Suġġett importanti għal żewġ raġunijiet. Qaqelxejn kull min ikun impenjat fil-politika (għalkemm l-etika hi mifruxa aktar minn hekk) għandu jkun gwidat minn standards etiċi u imġieba li tkun ta' eżempju. Diskussjoni dwar l-etika hi fundamentali fil-formazzjoni politika għal min irid jidħol fil-politika. It-tieni raġuni għaliex din kienet diskussjoni importanti għaliex tpoġġi taħt il-lenti il-mod kif il-Gvern Laburista baxxa l-istandards politiċi. Hi ħasra li din hi raġuni għaliex l-etika għandha tiġi diskussa, imma din hi realta' li jkun żball li xi ħadd jaħrab minnha. Gvern Laburista li nawwar l-istandards għolja Dawn l-aħħar snin rajna nuqqasijiet kbar fil-mod kif tmexxa pajjiżna mill- gvern laburista. Ir-rapport neġattiv li għadu kemm ħareġ mit-Transparency International dwar il-korruzzjoni tal-Gvern hu riżultat ta' dak li ħema dan il-Gvern stess. Mhux biss mill-2013 'l hawn imma anki fil-ħames snin ta' qabel meta l-Partit Laburista kien fl-oppożizzjoni. Sa minn meta kienu fl-oppożizzjoni kienu qed jagħżlu l-ingredjenti u meta telgħu fil-gvern ħawwduhom flimkien u ħmewhom. B'dak li għamel il-Partit Laburista u l-Gvern Laburista nawwar il-politika. Nawwru l-politika u rajna kas wieħed wara l-ieħor ta' korruzzjoni. Nawwru l-politika u qatlu ġurnalista. Nawru l-politika u saru alleanzi korrotti. Nawru l-politika u l-ħażin bdew u komplew jgħidulu sewwa. B'dak li għamel il-Gvern Laburista qed jingħata l-agħar eżempju lil min ġenwinament jemmen fil-politika. Ingħata l-agħar eżempju lill-istudenti u liż-żgħażagħ. U aktar ma ddum ma ssir ġustizzja aktar hemm il-periklu li ssir ħsara. Il-fatti dwar il-korruzzjoni, il-flejjes li għaddew u min ħadhom ilhom magħrufa għal xhur u snin. Il-probabbilità hi li nafu ftit mill-ħafna li sar. Il-proċeduri legali fil-qorti kontra l-korrotti messhom ilhom li bdew. Din il-ġimgħa erġajna rajna lil Konrad Mizzi dieħel għall-interrogazzjoni. L-istess Keith Schembri. Jekk se tibqa' tingħata l-impressjoni li dawn l-interrogazzjonijiet huma bħal hop on hop off f 'titdwira se tkompli ssir aktar ħsara u tkompli titnawwar il- fiduċja fl-istutuzzjonijiet u fil-politika. PN miftuħ għal min irid politika onesta Pero' dak li ġara u dak li għadu qed jiġri għandu jkun ir-raġuni għaliex min hu ġenwin għandu jidħol fil- politika. Mhux jiġu skoraġġiti imma jiġu miġbuda. U l-Partit Nazzjonalista hu l-Partit li hu miftuħ għal min irid iwettaq ħidma politika b'mod ġenwin u onest. Jien ma ngħidx li l-Partit Nazzjonalista għandu jkun ir-risposta għall-Gvern Laburista fejn tidħol l-etika. Il-Partit Nazzjonalista m'għandux ikun meqjus li xogħolu hu biex nagħtu risposta jew biex ikun alternattiva għal ħażin tal-labour. Aħna, fil-Partit Nazzjonalista, irridu nkunu fuq in-naħa tas-sewwa, dejjem. Irridu nimxu bi standards u korrettezza politika, il-ħin kollu. Irridu nwettqu l-prinċipji u l-valuri tagħna ma' kulħadd u b'mod konsistenti. Jien nemmen li l-etika fil-politika għandha tiddistingwina, irrispettivament minn x'jagħmel il-labour jew ħaddieħor. In-nies iridu jduru fuq il-Partit Nazzjonalista mhux għaliex iqisuna differenti mill-labour, imma għaliex jaraw fina Partit li jemmen u jimxi b'etika. Bi prinċipji, valuri u standards għolja. L-etika għalina mhix il-libsa tal- okazzjoni. Għalina l-etika hi l-konkos b'saħħtu li fuqu tinbena binja u mhux il-laqgħa żebgħa li tgħatti teba. L-etika għall-Partit Nazzjonalista hi l-identita' tagħna daqskemm l-arma u l-istorja huma parti mill-identita' tagħna. L-etika għalina mhix dokument, imma hi r-ruħ tal-politika. Eddie Fenech Adami Eddie Fenech Adami ddistingwa ruħu għal diversi ħwejjeġ fil-politika. Għandu l-karatteristiċi ta' dak kollu li għandu jkollu politiku: prinċipji, valuri, viżjoni, persuna li jisma', jagħti kas, jiżen u jwettaq. Politiku li biddel lill-pajjiżna meta kien fit-tmexxija u bil-politika li wettaq. Persuna li l-etika dejjem gwidatu. Meta Eddie Fenech Adami ġie biex jagħmel l-għażliet, għamilhom b'mod tajjeb għaliex kien magħġun f 'valuri sodi. Ir-riga kienet konsistenti u dritta. Eddie Fenech Adami fl-għażliet li għamel, dejjem għażel it-triq it-tajba. Id-direzzjoni li dejjem kienet taqbel l-aktar għall-poplu Malti u Għawdxi u għal pajjiżna. Għalhekk dejjem għamel għażliet għal aktar opportunitajiet … f 'kull qasam. Pajjiżna obligat lejn l-istatista li għamel lil pajjiżna Nazzjon modern u Ewropew. Pajjiż ta' opportunitajiet. Nawguralu f 'għeluq sninu llum. Roberta Metsola hija l-Ewwel Viċi President tal-Parlament Ewropew u MEP tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola 19 opinjoni illum • IL-ĦADD 7 TA' FRAR 2021 L-etika fil-politika

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 February 2021