Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1337050
Dun Anġ Seychell huwa l-fundatur ta' Dar Nazareth 22 opinjoni IL-ĦADD 7 TA' FRAR 2021 • illum Dun Anġ Seychell Insellem lil Joe Micallef Stafrace I nħoss id-dmir li nsellem lil Joe Micallef Stafrace għax kont ngħoddu ħabib tiegħi tul bosta snin. Imma fl-okkażjoni tal-mewt tiegħu skoprejt ħolqa oħra li toħloq rabta bejnietna. Waħda mill-impjegati tal- Fondazzjoni Nazareth li qed tieħu ħsiebi fix-xjuħija tiegħi jisimha Pauline Chiappa. Meta semgħet bil-mewt ta' Micallef Stafrace, ġiet ħdejja u tatni l-aħbar li hi għandha tiiriet għeżież tal-familja Micallef Stafrace. Spjegatli li kienet taf ħafna lil waħda li kienet tgħin regularment lill-familja tiegħu u din, meta ma kinitx tista' tmur tagħti servizz lill-familja Micallef Stafrace, kienet titlob lil Pauline biex tmur minn flokha. Saret taf lil Joe, saret taf lil uliedu , imma fuq kollox saret taf lill-mara tiegħu Yvonne u għadha tapprezza l-ġentilezza tagħha fir-relazzjonijiet magħha. Billi jiena ma kontx f 'qagħda li nista' nattendi l-funeral ta' Joe, ħadt l-okkażjoni u bgħatt lilha u lil Joseph Micallef, wieħed mir-residenti għeżież tiegħi biex flimkien jirrappreżentawni fil-funeral ta' Joe. Sod fil-prinċipji tiegħu Joe trabba fin-naħa t'isfel tal-Belt Valletta, in-naħa fqira tal-Belt Kapitali u qatt ma nesa l-għeruq tiegħu. Sa minn kmieni beda jieħu interess fil-kwistjonijiet soċjali u sa minn kmieni beda juri ruħubħala bniedem li jaf ikun sod fil-prinċipji tiegħu. Meta qamet il-kwistjoni politiko-reliġjuża fi żmien il- Perit Mintoff, Micallef Stafrace wera ruħ sod fil-prinċipji tiegħu u ta xhieda li kien lest ibati għalihom. Qatt ma ħeba t-twemmin reliġjuż tiegħu u qatt ma ħeba l-fehmiet politiċi tegħu. Baqa' sod fit-traġedja li qasmet il-pajjiż fi tnejn. Imma Micallef Stafrace qatt ma kien insolenti fil-kitba tiegħu. Joe Micallef Stafrace żamm sod fl-imħabba tiegħu lejn dik li kellha ssir martu Yvonne. Il-kwistjoni politiko reliġjuża kellha konsegwenżi negattivi meta hu u Yvonne ġew biex jiżżewġu. Wara li fallew it-taħdidiet biex jinstab kompromess għax Joe kien wieħed minn dawk li weħlu l-interdett, iż-żwieġ sar fis-sagristija iżda ż-żwieġ tagħhom xorta kien xhieda taż-żwieġ Nisrani għax kellu l-kwalita tal-fedeltà bejn raġel u mara u ta xi tfisser familja Nisranija. Wasal biex irriżenja Iżda Micallef Stafrace wera kemm hu sod fil-prinċipji anke meta ma qabilx mal-Prim Ministru tiegħu u minħabba f 'hekk ħass li kellu jirriżenja minn Ministru. Kien pass kuraġġuż għax Micallef Stafrace kien jaf li ta' madwaru mhux kollha se jċapċpulu u jaqblu miegħu. Imma hu baqa'sod fil-prinċipji tiegħu anke fil-qasam politiku imma ma kienx lest li jbaxxi rasu meta ma jaqbelx. Ma nistax nifhem għaliex bħalissa jinżamm is-skiet dwar ir-riżenja ta' Micallef Stafrace mill-Gvern tal-Prim Ministru, bħallikieku xi ħaġa ta' diżunur. Ħabib tad-Dumnikani Micallef Stafrace baqa' viċin il-Knisja billi żamm il-ħbiberija tiegħu mal-patrijiet u s-sorijiet Dumnikani. Trabba fl-ambjent tad- Dumnikani sa minn twelidu u baqa' juri l-ħbiberija sabiħa tiegħu anke tul u wara l-kriżi politiko-reliġjuża. Micallef Stafrace u martu kellhom l-okkazjoni jżuru l-artijiet tal-missjoni tad- Dumnikani fl-Amerika Latina u kellhom ix-xorti jaraw wieħed mill-patrijiet tad- Dumnikani jiġi kkonsagrat Isqof fl-Albanija, fejn għadu jeżerċita l-missjoni tiegħu. Id-Dumnikani baqgħu l-ħbieb tiegħu u tal-familja tiegħu u laqgħu lilu u lil martu billi tawhom kenn f 'dak li kien l-isptar tad-Dumnikani f 'Ħ'Attard. Jalla f 'Malta jkollna politiċi ta' prinċipju fil-partiti politiċi kollha għax din hi l-unika politika li sseddaq il-ġid komuni tal-poplu Malti. Jalla f'Malta jkollna politiċi ta' prinċipju fil-partiti politiċi kollha għax din hi l-unika politika li sseddaq il-ġid komuni tal- poplu Malti