Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1337050
23 rakkont illum • Il-ĦADD 7 TA' FRAR 2021 Sharon Calleja J iena ma tantx kont nem- men fis-seħta. Ma tantx kont bniedem superstizzjuż. Iżda ma stajtx niem eżatt x'kien ġara f 'dak il-preċiż mument li konna ltqajna ma' dik id-dgħajsa. Mal-Victoria. Ix-xena li kont rajt, baqgħet tberren f 'moħħi. Eżatt malli tlaqna, bdejt nipprova nsejjaħ l-għajnuna minn fuq ir- radju. Iżda oħroġ il-għaġeb, donnu ma baqax jaħdem sew. Kull tant ħin kont qed nisma' qisu tpexpix u f 'ħinijiet oħra, kien ikun mejjet għal kollox. Bla ħoss. Xejn. Għajr il-ħoss taċ-ċaqlieq tal- baħar jaħbat mal-vapur tagħna, ma kontx tisma' ħoss. L-ekwipaġġ tagħna kienu għadhom kollha kemm huma mismutin, u ħadd ma seta' jiem eżatt x'kien ġara minn dawk iż-żewġ sħabna qalbiena li kienu telgħu fuq il-Victoria ħalli jaraw x'kien ġara u ma reġgħux irritornaw lura. Imma kont beħsiebni nirrapporta kollox eżatt malli nasal fil-port. "Mur strieħ," smajt leħen minn warajja. Inħsadt. Kont ħallejt il-ħsibijiet jeħduna 'l bogħod u lanqas biss kont għadni qed inħares lejn il-boxxla li kelli quddiemi. Kien Ġanni. Għamiltlu iva b'rasi u dħalt fil- kabina tiegħi, inħoss delli tqil u l-atmosfera ta' fuq l-Aurora waħda tensa għal kollox. U qbadt dan l-imbierek ġurnal. Minflok ma qgħadt nikteb ir- rakkonti tas-soltu, qbadt inpinġi x-xena li kont rajt quddiem għajnejja. Lil Pietru u lil Karmnu mixħutin fuq xulxin f 'għadira demm. Kelli d-dmugħ nieżel minn għajnejja u bdejt intappan il-paġni tal-ġurnal. Dlonk għalaqtu u ħallejt l-għejja tieħu kontroll ta' ġismi u ntfajt fuq il-gverta li kelli biswiti. Il-ħedla ħallietni kwiet għal xi siegħat. U rqadt. Iżda ma nafx eżatt kemm domt fid-dinja tal-ħolm, għax stenbaħt f 'salt wieħed, hekk kif ħassejt rasi taħbat mal-ġenb tal-kabina fejn kont mixħut. Bumm. Bummmmmm. Ftaħt għajnejja beraħ u mingħajr ma xħitt xi ħaġa fuqi għall-irdoss, ħriġt niġri barra fuq il-pruwa f 'tebqa t'għajn! Tbellaħt! Kienu kollha qegħdin jippanikjaw! Il-baħar li sa it ilu kien kajman kemm tridu, ried donnu jibla' kull m'hawn! Ġanni kien qed jissielet mal- kontroll tal-vapur u l-ekwipaġġ kienu qegħdin jippanikjaw u jippruvaw jagħtu daqqa t'id! "Mhix taħdem il-boxxla, Ton!" qalli Ġanni bid-dmugħ f 'għajnejh! Indunajt li f 'dawk il-it mumenti li jiena kont b'moħħni mistrieħ fuq is-sodda, dawn kienu kollha qegħdin jaħlu saħħithom jippruvaw iżommu kontroll ta' dak il-maltemp li kien qam f 'salt wieħed! Kienet qamet tempesta qalila! U dak il-lejl kien wieħed tal- biża! Kont mort ngħin lil Ġanni. Kont ippruvajt. Konna għamilna l-almu tagħna. U kien irnexxielna. Konna għelibna l-maltempata. Imma ma konniex ħriġna rebbiħin fuq il-maltemp kif xtaqna! Kienu saru xi ħsarat. Il-makkinarju tal-Aurora kienu ġrawlu xi difetti! Ma stajniex nerġgħu nieħdu kontroll tal-bastiment! Ma stajniex immorru fejn irridu! Il-boxxla ma kinitx qiegħda taħdem! Il-magni kienu mitfija! Ir-radju ma kienx jiffunzjona! "X'ser nagħmlu?" staqsieni Ġanni, hekk kif ressaqni fil-ġenb ħalli ħadd mill-oħrajn ma jinduna kemm konna beżgħana. Tajtu daqqa t'għajn u ħarist 'l bogħod lejn is-sema skura, lejn il-baħħ, lejn ix-xejn u dak il-ħin kont qed nimmissja t-tgħanniqa ta' marti. Kont qed nimmissja l-ħsejjes tat-toroq. Kemmkemm ma kontx qed nimmissja t-tgergir ta' dak ix-xwejjaħ antipatku li kien jgħix maġenbi u li ta' kull filgħodu kien joħroġ igerger u jgħid fuq in- nies! U l-ħoss tal-qniepel tal-knisja tar-raħal! "Nitolbu Ġann………….hekk biss," weġibtu mingħajr leħen. Imma kien fehmni. Kien għamilli iva b'rasu u nduna li kemm jiena u anke hu, konna fallejna. U minn dak il-ħin, beda l-abbiss. Beda l-ġuħ. Il-biża'. Taqtigħ il-qalb. Ma konniex nafu fejn konna sejrin. Il-bastiment kien qed ibaħħar waħdu. Il-magni tiegħu kienu għamlu ħsarat permanenti li ħadd minnha ma seta' jirranġa. Kollox. Donnu fuq l-Aurora kienet waqgħet is-seħta. L-ikel li kellha maħżun kien spiċċa. L-ilma wkoll. Konna mitlufin. U l-unika tama li kellna, kienet li xi darba konna ser naslu viċin xi port. U qbadt nikteb. Iffissajt. Dan il-ġurnal bdejt inżommu qisu teżor. Kont ngħaddi ġranet sħaħ inħares barra mit-tieqa, bil-ġurnal f 'idejja u nikteb. Dak li nħoss. Dak li konna għaddejjin minnu. Kollox. Xuejja kienu xotti. Idejja qabdithom ir-rogħda minħabba nuqqas ta' nutrijenti. Il-biża' li konna ser nibqgħu mitlufin għal dejjem kienet il-ħin kollu tberren fuq moħħi. Tgħid ħadd ma kien ser isibna? Kont ngħaddi ġranet inħares u nfittex fl-orizzont tal-baħar, f 'dik il-linja fejn il-baħar jaħbat mas- sema, forsi nilmaħ xi vapur, xi ħaġa……….forsi ma tafx kif! Kienu bdew igerrbu l-ġranet. Wieħed wieħed bdejna nitilfuhom. Rajthom ibatu. Rajthom jissieltu għal ħajjithom. Rajthom imutu. Konna ngeżwruhom ġol-gverta tagħhom u narmuhom il-baħar. Konna qegħdin immutu kollha! Iżda dik il-ġurnata ma ninsieha qatt! Konna għadna hemm, jien u Ġanni. Bħala ekwipaġġ kien għad fadal tnejn biss oħra. Kellna wiċċna mqaxxar bix- xemx, xuejna kollha dmija, kont qed inbati anke biex noqgħod bilwieqfa, dahri kien qed juġagħni, rasi kienet maqsuma bl-uġigħ u kultant ħin kont qed nistordi. Il-ġurnal kien għad fadallu paġna waħda biss vojta! Rajna vapur! Bdejna nippruvaw nagħmlu l-istorbju! Bdejna naħarqu u nisparaw għall-għajnuna! "Ajjut!" bdejna nippruvaw ngħajtu iżda ħadd minnha ma kien għad fadallu saħħa fi griżmejh! U ndunajna! Iva, indunajna li kien rana! Il-vapur kien rana! X'taħsbu li kien l-ewwel ħsieb li kien ġie quddiem għajnejja? Platt ikel. Ilma. Marti. Sħabi. U n-nies! Id-djar! It-toroq! Kont mixtieq minn kollox! U rajniehom jersqu qrib! Jitilgħu fuq l-Aurora. Irġiel. Lebsin il-ġagagi għax donnhom kienu qegħdin jibżgħu minna! Xħin bdejna nkellmuhom, lanqas biss bdew jagħtu kasna! Kienu donnhom mehdijin sabiex jirrappurtaw li kienu sabu l-Aurora! U kienu qegħdin jitkellmu b'lingwa oħra li aħna ma stajniex nimu! Wara it siegħat, sibna ruħna miġbudin ħalli jeħduna lejn xi port. U wara aktar ħin rajna l-gżejjer Maltin mill-bogħod! Kemm ħadt gost! Malta. Malta tagħna! U l-Aurora daħlet fil-Port il- Kbir. Dakinhar kien jum storiku! Il-bastiment li kien intilef minn fuq ir-radar, kien instab fil-kosta Libjana. Il-maltemp kien ħadu 'l bogħod. Kien ilu mfittex għal dawn l-aħħar xhur. Ħadd ma kien basar li kien ser jinstab! Kienu daru kullimkien! Ħadd ma seta' jsibu! La bl-ajru u lanqas minn fuq il- baħar stess! L-aħħar traċċi li kellhom tal- Aurora, kien eżatt f 'post fejn malli kien sparixxa minn fuq is-sistema, kienu ħarġu jfittxuh u sabu dgħajsa mitlufa fuq l-ilmijiet. Il-Victoria. U ġo fiha kienu sabu żewġ kadavri appartenenti tal-ekwipaġġ tal-Aurora. U dakinhar, hekk malli daħal fil- port, il-familjari ta' dawk kollha li kienu baħħru fuq l-Aurora kienu marru bi ħġarhom ħalli jaraw dan il-bastiment grandjuż dieħel lura. Iżda meta kienu sabuh, kienu ndunaw li ħadd mill-ekwipaġġ li kien abbord ma kien salva. Kienu mietu kollha kemm huma! Fuq il-vapur kienu nstabu erba' kadavri. U dan il-ġurnal. Il-ġurnal li fih hemm miktuba din l-istorja. L-istorja tal-Aurora. Aurora (L-aħħar parti minn erbgħa)