Illum previous editions

ILLUM 14 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1339765

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 aħbarijiet IL-ĦADD 14 TA' FRAR 2021 • illum 'Pjan onest u kredibbli għal quddiem l-UE inkella l-Air Malta mhux se tgħix' Il-Ministru Clyde Caruana huwa ċar: Jekk il-Kummissjoni Ewropea mhix se taċċetta il-pjan li se jressaq il-Gvern ix-xahar id-dieħel biex jagħti "għexieren ta' miljuni" f'għajnuna lill-Air Malta, il-kumpanija mhux se tgħix ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-linja nazzjonali tal-ajru l-Air Malta qed tagħmel telf operazzjonali enormi ta' xejn inqas minn €170,000 kuljum. Dan ifisser li bħalissa l-Air Malta qed tagħmel total ta' telf operazzjonali ta' it iktar minn €5.2 miljuni fix-xahar jew madwar €62 miljun fis- sena. Terġa' u tgħid dan ma jinkludix xi telf ieħor li qed isir u li mhux marbut mal-pagi u l-ispejjeż relatati mal-ajruplani li huma koperti f 'dan it-telf operazzjonali. Dan żvelah mal-gazzetta ILLUM il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana f 'kummenti dwar il-linja tal-ajru li saħaq illi tinsab "fi stat tal-biki" wara l-pandemija. "Jekk qabel il-pandemija s-sitwazzjoni tal-linja nazzjonali tal-ajru ma kinitx feliċi, wara l-pandemija saret tal-biki," sostna l-Ministru mingħajr wisq kantunieri. Għalhekk ħabbar kif ġew identifikati numru ta' miżuri u bħalissa qed isir rapport tekniku bl-għajnuna ta' esperti barranin u dan sabiex sax-xahar id-dieħel il-Gvern iressaq it-talba quddiem il-Kummissjoni Ewropea biex il-kumpanija tkun tista' tingħata sussidju. Minkejja li s-sussidji jmorru kontra l-politika tal-UE għax huma meqjusin bħala mod kif tinħoloq kompetizzjoni inġusta, il-Kummssjoni Ewropea qed taċċetta li tgħaddi għajnuna lil- linji nazzjonali tal-ajru wara d-daqqa kbira li ħadu minħabba l-pandemija. Fil-fatt iktar kmieni din is- sena l-istess Kummissjoni approvat għajnuna ta' €73 miljun lill-Alitalia. Skont it- trattati tal-UE Stati Membri jistgħu jgħaddu għajnuna li tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali jew ċirkostanzi eċċezzjonali - minħabba n-natura eċċezzjonali u imprevedibbli tagħhom kif ukoll ir-riperkussjonijiet kbar fuq l-ekonomija. Il-Kummissjoni Ewropea qed tqis il-pandemija tal-Covid-19 bħala ċirkostanza eċezzjonali u allura qed tippermetti li tingħata l-għajnuna. Il-Ministru Caruana qal lil din il-gazzetta li dan is-sussidju se jiswa "għexieren ta' miljuni fl- ewwel sena biss." Qal li biex l-UE tagħti permess li jingħataw dawn il-miljuni l-pjan 'il quddiem irid ikun "onest u kredibbli". "Jekk il-Kummissjoni Ewropea ma tagħtix dan il-permess - u m'inix nara għaliex ma għandhiex tagħtih - l-Air Malta mhux se tgħix. Ikun fadlilha biss it ġimgħat ħajja." Huwa għamilha ċara li Malta trid turi li mhix qed tiċċajta u li għandha pjan fattibbli għall-linja nazzjonali tal-ajru. 'Dan huwa l-aħħar ċans' Il-Ministru Caruana spjega kif diġà ltaqa' ma tliet unjins - tal-Piloti, tal-Ekwipaġġ u tal- Inġiniera u li magħhom kien skjett: "Dan huwa l-aħħar ċans tal-Air Malta." "Smajna ħafna dwar l-Air Malta, ħafna pjanijiet - imma dejjem b'xi mod jew ieħor daħal il-politiku fin-nofs, inkluż b'indħil fuq livell maniġerjali. Il-politiku ma jistax jibqa' jieħu deċiżjonijiet li jtellfu lill-kumpanija. Jiena dan mhux se nagħmlu," wiegħed il-Ministru. Il-Ministru tal-Finanzi fakkar li l-Air Malta hija kruċjali għall- pajjiż hekk kif iġġorr madwar 30% tat-turisti li jiġu pajjiżna, apparti li matul il-pandemija kienet kruċjali biex persuni setgħu jmorru lura d-dar minn Malta jew inkella jinġiebu Malta minħabba li kienu qegħdin barra fuq xogħol jew vaganza. "Jekk irridu lill-Air Malta tibqa' ttir ma jistax jibqa' jkollna indħil politiku. Minkejja li donnu Ministru huwa popolari għax joqgħod idaħħal lin-nies l'hemm jew l'hawn, jiena żgur u mhux forsi, mhux se nagħmel dan fl- Air Malta, " sostna l-Ministru Caruana. Huwa temm jaċċerta lil din il- gazzetta li hu mhux se joqgħod lura milli jieħu d-deċiżjonijiet, anke jekk ikun hemm min ma jiħux pjaċir "għax jekk ma niddeċidux - u qed ngħidha b'ċertezza - il-kumpanija li rajniha ttir għal għexieren ta' snin tispiċċa u tieqaf." L-Air Malta qed tagħmel telf operazzjonali enormi ta' xejn inqas minn €170,000 kuljum Il-Ministru għall- Finanzi Clyde Caruana

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 February 2021