Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1342441
18 opinjoni IL-ĦADD 21 TA' FRAR 2021 • illum Dritt ta' aċċess għax-xemx Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD I d-dritt li jkollna aċċess għax-xemx reġa' għal darba oħra qed jissemma b'in- sistenza. Dawk fostna li huma konxji li l-użu tax-xemx għall-ħtiġijiet tagħna jagħmel kemm sens ambjentali kif ukoll sens ekonomiku qiegħed dejjem jiżdied. Sfortunatament huma ostakolati mill-politika dwar l-użu tal-art li hi interessata biss biex taqdi lir-rebgħa li, jippruvaw jgħidulna li hi żvilupp. Li nagħmlu użu mill-enerġija li tiġġenera x-xemx jiddependi minn dak li jkun hemm jostakola l-wasla tar-raġġi tax-xemx meta jkollna ħtieġa tagħhom! Meta l-parti l-kbira tal-pjani lokali kienu approvati fis-sajf tal-2006, kien żdied bil-kbir l-għoli tal-bini permissibli f 'diversi lokalitajiet. F'xi każi l-ammont ta' sulari li jistgħu jinbnew żdiedu minn tnejn għal ħamsa, inkluż penthouse. Is-sitwazzjoni hi agħar fejn jista' jkun hemm garaxxijiet li jkunu parzjalment taħt il-livell tal-triq (semi-basement). Din il-bidla f 'dak li jista' jinbena effettwat ħafna żoni fejn kien hemm bini b'żewġ sulari. L-impatt ta' din il-bidla fl-għoli permissibli tal-bini qiegħed jiżdied biż-żmien għax issa qed isir żvilupp mill-ġdid ta' bosta propjetajiet li ilhom it ta' żmien li nbnew. Dan qed joħloq ħafna dellijiet fuq bosta djar residenzjali fl-ibliet u l-irħula tagħna. Bħala riżultat ta' dan il-pannelli fotovoltajċi u l-istallazzjonijiet li jsaħħnu l-ilma bix-xemx (solar water heaters) stallati fuq il-bjut ta' bosta residenzi issa qegħdin fid-dell għall-ħin twil u ġew ma jiswew xejn. Dawn huma investimenti li għamlu ħafna familji Maltin li ġew issagrifikati fuq l-altar tar-rebgħa tal-hekk imsejjaħ żvilupp. Sussidji użati bħala għajnuna biex niġġeneraw l-enerġija mix-xemx, inkluż dawk li oriġinaw minn fondi Ewropej, f 'numru mhux żgħir ta' każi spiċċaw moħlija. Dan kollu hu riżultat ta' politika dwar l-ippjanar tal-użu tal-art bla viżjoni fit-tul. Politika li falliet biex tqis u tindirizza impatti ovvji. B'mod speċifiku hi riżultat li teżamina l-proposta dwar l-għoli permissibli tal-bini għall-proċeduri stabiliti mid-direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (Strategic Environment Assessment Directive). Din hi direttiva li tfittex li teżamina politika (policy), pjani u programmi biex ikun stabilit u eżaminat l-impatt ambjentali tagħhom. Dawk minnha li huma familjari ma kif taħdem u ħadmet l-Awtorità tal-Ippjanar jafu li l-Pjani Lokali ġew approvati bl- għaġġla fis-sajf tal-2006. Dan sar l-għaliex iktar dewmien kien ikun ifisser illi dawn il-pjani kienu jkun soġġetti għal eżami dwar l-impatti ambjentali tagħhom skont kif tipprovdi d-direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (Strategic Environment Assessment Directive). Inevitabilment kien jirriżulta minn dan l-eżami li ż-żieda fil-għoli tal-bini li seta jingħata l-permess kien ser ikollu impatt negattiv fuq il-ġenerazzjoni tal-elettriku mix-xemx, kif fil-fatt qed jiġri llum! Dan l-impatt kien ikollu jkun indirizzat u l-għoli tal-bini kien ikollu jonqos. Kellna parti mill-Gvern taħdem favur il-ħtieġa li nagħmlu użu mix- xemx biex niġġeneraw enerġija nadifa. Imma kellna parti oħra mill-Gvern li kienet ostaġġ tal- lobby tal-iżviluppaturi li riedu iktar spazju fejn jistgħu jiżviluppaw. Il- bqija nafu x'ġara. Dak l-ispazju issa qed jiġi żviluppat u bħala riżultat spiċċajna bil-pannelli fid-dell fuq il-bjut! Iktar kmieni din il-ġimgħa, fil- Parlament, Miriam Dalli, Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari ta' Ryan Callus kelliemi tal- Opposizzjoni dwar l-Enerġija qalet li l-Gvern għaddej b'konsultazzjonijiet interni dwar dan kollu. Tant ilna niddiskutu dan kollu li mhux niem x'għandha f 'moħħha l-Onorevoli Ministru. Fil-fatt it hemm possibilitajiet x'jiġu kkunsidrati. L-iktar possibilità ovvja hi li fejn hu possibli jitreġġa' lura l-għoli permissibli tal-bini għal dak li kien fl-2006. Dan imma, hu diffiċli biex isir, u kieku kellu jsir immedjatament tasal talba għal kumpens ta' miljuni ta' euro. Hu possibli li jkunu introdotti drittijiet dwar l-aċċess għax- xemx f 'bini ġdid. Dan għandu jsir immedjatament. Hu possibli li jkunu emendati r-regoli tal- ippjanar b'mod li jkun assigurat illi fil-bini ġdid, b'mod partikolari fil- bini ta' flats, ikun possibli li minn fuq il-bjut tagħhom tkun ġġenerata l-enerġija mix-xemx. Dan għandu jkun biżżejjed u jagħmel tajjeb għall-konsum tal-elettriku fil- blokk tal-flats kollu. Dan ikun ifisser li l-arja ma tinżammx mill-iżviluppatur iżda tkun parti mill-blokk f 'idejn is-sidien tal-flats biex fuqha jinstallaw pannelli foto- voltajiċi. Dan jassigura li kull blokk ġdid ta' flats ikun carbon neutral, jiġifieri jiġġenera elettriku mix- xemx daqs kemm ikun ikkunsmat. Il-pannelli b'hekk jieħdu post il-penthouse. B'hekk nistgħu nibdew bil-mod insewwu l-ħsara li saret. Dan ikun ifisser li l-arja ma tinżammx mill-iżviluppatur iżda tkun parti mill- blokk f'idejn is-sidien tal-flats biex fuqha jinstallaw pannelli foto-voltajiċi. Dan jassigura li kull blokk ġdid ta' flats ikun carbon neutral Carmel Cacopardo