Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1342441
17 letteratura illum • IL-ĦADD 21 TA' FRAR 2021 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jiftaħ djalogu mal-kittieb tal-fantaxjenza Malti Mark Anthony Fenech. Id-diskussjoni tiffoka fuq ir-rumanz tiegħu It-Tawmaturgu. Qabelxejn Saliba jistaqsi lill-awtur rigward il- ġejjieni possibbli ta' dan il-ġeneru fil-letteratura tagħna. Imbagħad ifannad fid-diversi temi ewlenin tar-rumanz, bħall-kundizzjoni dejjem problematika tal-bniedem, it-twemmin fil-progress uman, l-inevitabbiltà tad-dekadenza fl- istorja ta' kull ċiviltà u d-destin spiss kiefer tal-eroj li jittantaw idawlu lill-bnedmin billi joħorġuhom mill-għerien tal-illużjoni. Min-naħa tiegħu Fenech iwieġeb billi jgħidilna kif – fid-dawl ta' dan kollu – biħsiebu jgħaddi mill- ħmura ta' filgħaxija għall-ħmura ta' filgħodu... u forsi wkoll mbagħad lura, bil-kontra... jispjega: "ħallew l-irmiġġi tagħhom u bl-ispinturi mixgħula bdew jinqalgħu mill-orbita". Il-kelma maħluqa riedet tagħmel sens billi tinbena minn kliem eżistenti li jiġi applikat f 'kuntest ġdid. Neoloġiżmu ieħor ġej miċ-Ċiniż u relatat mal-ikel – "ġjawżiet" ġej minn 餃子 jiǎozi. Hawnhekk, għal darb'oħra, ħallejt il-kuntest jispjega jew aħjar jagħti idea "...ħadet platt ġjawżiet u naqa soppa..." M'hemmx għalfejn tingħata deskrizzjoni dettaljata ta' kull ħaġa – biżżejjed tkun taf li dawn huma oġġetti tal- ikel. L-użu ta' kliem arjkajku u barrani flimkien ma' kliem ġdid li ħloqt għeni noħloq nisġa koerenti fir- reġistri. Kif semmejt fl-intervista ma' Melisande Aquilina, il-preżenza ta' vokabularju Semitiku u Romanz flimkien mal-influss ta' kliem mill- Ingliż tani l-għodda meħtieġa biex noħloq dawn ir-reġistri. K.S: Ejja ma ntellfux wisq mill- gost tal-iskoperta tan-narrattiva. Iżda tajjeb li jingħad li fost ix-xenarji mistħajla mressqa fir-rumanz insibu l-migrazzjoni tal-umanità fl-ispazju. F'dar- rigward laqtuni l-versi mis-silta Planet Caravan tal-Black Sabbath: "And so we pass on by / The crimson eye of great god Mars / As we travel the universe." Donnu hawnhekk qed tipproponi risposta – soluzzjoni konkreta did-darba – għall-għawġ tagħna f 'din id-dinja. Fl-intervista msemmija tiegħek stqarrejt illi fil-fond nett tabilħaqq tixtieq li xi darba dan iseħħ. F'dar-rigward ngħid għalija xettiku: qajla nifhem kif il- migrazzjoni tagħna fi pjaneti oħra tista' qatt issalva lil bniedem minn xi ħaġa, l-iżjed minnu nnifsu. Ġaladarba fuq dil-pjaneta donnu għaxxaqniha bil-kbir, ftit li xejn hemm x'jindika li ma nagħmlux l-istess fi mkejjen oħra. Hu x'inhu, il-perspettiva tiegħek hija ferm 'il bogħod minn tiegħi. Bħalma ddiskutejt ma' Rachelle Deguara matul l-intervista tiegħek għas-sensiela Taħt il-Qoxra, huwa sewsew dan illi ridt tfisser bis-sottotitlu idjomatiku Il-Ħmura ta' Filgħaxija. Tidentifika elementi ta' ħelsien u fidwa. Fl-istess intervejt aċċennajt għall-fatt illi s-sequel għal dan ir-rumanz li qed tħejji ser iġib is-sottotitlu, did-darba kuntrarju, Il-Ħmura ta' Filgħodu. B'dan ridt tfisser illi issa, wara l-ħelsien, il-bniedem xorta waħda ser isib ruħu fil-problemi. Għal liem problemi qiegħed tirreferi? Forsi 'qas ħaqq il-kedda mela. M.F.: Minnhom infushom il- bnedmin huma speċi migratorja. Ħarġu mil-Afrika u tkattru mad-dinja u komplew jitkattru sal-ġurnata ta' llum. L-istorja tal- umanità mimlija b'nies li vvjaġġaw fi bnadi fejn ħadd minn nieshom ma kien ivvjaġġa qabel – Leif Erikson, Marco Polo, Ferdinand Magellan, Amerigo Vespucci – il- lista tkompli. Il-Griegi waqqfu kolonji mal-Mediterran, ir-Rumani bnew wieħed mill-akbar imperi ta' żmienhom, il-Mongoli nfirxu mal- Asja. Illum il-ġurnata l-irkejjen fil- mapep fejn qabel kien hemm il-vojt imtlew, għandna mappa dettaljata ta' wiċċ il-qamar, bgħattna sondi spazjali bħal Voyager 1 u 2 li ħarġu lil hinn mis-sistema solari. Dan ifakkarni f 'dil-kwotazzjoni famuża minn Star Trek: "Space: the final frontier [...] To boldly go where no man has gone before!". Din tixhed l-għatx li hemm biex l-umanità bħala speċi titla' s-sema – u lil hinn minnu - bir-ruħ u bil-ġisem. Sintnedi, kif għedt tajjeb inti, it hemm x'jindika li mhux se nirrepetu l-istess żbalji, li m'aħniex se nġorru d-dnubiet tagħna kull fejn immorru. Pereżempju l-kolonja ta' Leif Erikson fl-Amerka ta' Fuq ma qabditx art. Meta sekli wara l-Ewropej waslu fl-Amerka ta' Fuq u t'Isfel ġabu l-mard u l-kunflitt u kkawżaw ġenoċidju. L-invażjonijiet ta' Genghis Khan u t'uliedu kkawżaw miljuni ta' mwiet fi gwerer. Madanakollu wara t-tellieqa spazjali li laħqet l-ogħla punt fl-inżul tal- Amerikani fuq il-qamar kien hemm spirtu ta' koperazzjoni bejn kulħadd bit-twaqqif tal-Istazzjon Spazjali Internazzjonali. Hawnhekk naraw li meta l-bnedmin jaħdmu flimkien tista' toħroġ xi ħaġa ta' ġid. Nittamaw li fl-ambjent ostili tal-ispazju – bl-isfidi kbar ta' akklimatizzazzjoni li se jiffaċċjaw l-ewwel bnedmin fuq Mars, jekk xi darba naslu hemm – ikun hemm dan l-ispirtu ta' koperazzjoni. Tama ta' xi ħadd baħnan u inġenwu? Jista' jkun, forsi. F'It-Tawmaturgu: Il-Ħmura ta' Filgħaxija mexxejt dik l-idea ta' tama, tal-umanità lesta biex toħroġ lil hinn mill-benniena tas- sistema solari. Fil-ktieb li jmiss, It- Tawmaturgu: Il-Ħmura ta' Filgħodu se nikteb dwar din il-migrazzjoni li żgur se ġġib magħha sfidi enormi għall-bnedmin. Barra minn hekk, se jkun hemm id-dnubiet tas-soltu bħall-egoiżmu fil-qsim tar-riżorsi u n-nuqqas ta' rispett għall-ambjent misjub. Hemm problema ewlenija oħra li se nittratta: meta l-bnedmin se iħabbtu wiċċhom mal-baħħ infinit tal-ispazju bix-xemx dejjem titbiegħed u ssir bħal kewkba kwalunkwe, dawn mhux bilfors se jkunu kapaċi jikkonċepixxu x'qed jaraw quddiemhom u jagħmlu sens minn ambjent ostili li ma jispiċċa qatt. Metru kapaċi nagħmlu sens minnu. Miż-Żejtun sal-Belt hemm għaxar kilometri. Mill-ajruport ta' Heathrow f 'Londra sal-ajruport ta' John F Kennedy fi New York hemm mal-5540 kilometru u tmien sigħat bl-ajruplan. Dawn kollha distanzi li nikkonċepixxu tajjeb meta naħsbu dwarhom. Imma unità astronomika waħda li tfisser 149,597,870.7 km? Din hija biss sempliċement id-distanza medja bejn id-dinja u x-xemx. Aħseb u ara mbagħad mela jekk nibdew ħerġin aktar 'il barra, lejn Alpha Centauri, bil-galassja tagħha magħmula minn miljuni ta' kwiekeb, iċ-ċirka 200 biljun galassja li nafu bihom s'issa. Id-distanzi tant huma kbar li jsiru biss statistika. Bit-teknoloġija preżenti nieħdu mal-mitt sena biex naslu s'Alpha Centauri li hi l-eqreb kewkba b'distanza medja ta' 4.367 snin ta' dawl (41,315,000,000,000 km). Kif se jirreaġixxu l-bnedmin quddiem dan kollu se tkun waħda mit-temi tal-ktieb li jmiss. K.S: Fl-intervista msemmija ma' Deguara rreferejt għall-allegorja tal-għar ta' Platun – narrattiva t'eroj traġiku li jispiċċa ħażin għax jiskopri verità li ħaddieħor ma jistax iġerraħ. Il-kaġun tiegħu jkunu l-istess nies illi jittanta jeħles mid-dlam tal-illużjoni. Tul is-snin din in-narrattiva nebbħet bosta kittieba, ngħidu aħna Francis Bacon, Thomas Browne, H.G. Wells, Ray Bradbury u José Carlos Somoza. Fil-letteratura Maltija, għall-inqas safejn naf jien, dehret għall-ewwel darba fir-rumanz Leli ta' Ħaż-Żgħir. (Qed niftakar dal-ħin ukoll – la ftit qabel semmejna l-mużika tqila – fil-prog suite ċelebri tar- Rush 2112.) Bosta drabi, għad illi mhux dejjem, dawn l-eroj jispiċċaw ħażin. Nistgħu nsegwu dan ukoll fin-narrattiva Kristjana. Fir-rumanz tiegħek, madankollu, dan l-eroj iseħħu jisboq u jvinċi fuq l-imgħoddi. Anke hawnhekk nagħraf element ta' narrattiva Kristjana, l-iżjed fl-episodji li jirrakkuntaw il-qawmien mill- mewt ta' Kristu. Għaldaqstant anke hawnhekk, minkejja kollox, fil-viżjoni tiegħek tirrenja ċerta pożittività. X'wassal għal din il-konklużjoni mhux wisq tas- soltu? Xi twemmin fil-progress uman? Tama li fl-aħħar mill- aħħar nerġgħu nsibu l-ħmura ta' filgħaxija? M.F: Ir-rumanz It-Tawmaturgu tnebbaħ minn diversi għejun, fosthom l-allegorija tal-għar ta' Platun u n-narrativa Kristjana. Xogħol ieħor li nebbaħni kien A Canticle for Leibowtiz ta' Walter M. Miller Jr fejn l-umanità tgħaddi minn ċiklu ta' apokalissi nukleari għal rinaxximent u wara għal illuminiżmu teknoloġiku u mbagħad fl-aħħar għal possibbiltà ta' bidu ta' apokalissi ieħor. L-istess żbalji li saru eluf ta' snin qabel, bażikament. Dinja oħra li nebbħitni kienet dik ta' Warhammer 40,000: dinja distopika għall-aħħar bit- tema ewlenija ta' gwerra dejjem għaddejja mifruxa fuq galassja bl- imperu tal-bnedmin jiġġieled sal- aħħar nifs. Din iċ-ċerta pożittività ġejja mill- fatt illi l-protagonist huwa mnebbaħ minn Ġesù Kristu bħala l-messija artifiċjali – is-superuman maħluq biex imexxi l-bnedmin lil hinn mill-benniena tas-sistema solari u fid-dlam interstellari. Hemm dik l-idea ta' tama fraġli, imma tama xorta waħda, ta' sulfarina tixgħel u miżmuma bejn il-pali tal-id, it- tama li x-xemx ittajjar l-għabra tal-lejl. Barra minn hekk, u hawn abbli se noħroġ ta' injorant, kelli ċertu nuqqas ta' sodisfazzjoni bil- konklużjoni tal-allegorija tal-għar. Niem ovvjament il-punt tal- allegorija, però fil-fond ta' qalbi dejjem xtaqt illi l-protagonist fl- allegorija joħroġ rebbieħ jew li almenu jasal jifdi lil niesu. John, il- protagonist fi Brave New World ta' Aldous Huxley, jispiċċa ħażin wara li jipprova jqajjem lin-nies 'mir- raqda' tas-soma. F'dan l-aspett tar-rumanz hemm dawn in-narrattivi għaddejjin f 'daqqa. Fl-interpretazzjoni tiegħi tal-allegorija tal-għar fil-prologu hemm l-idea li semmejt qabel: il-bnedmin mhumiex kapaċi jikkonċepixxu l-enormità tal- ispazju. Madanakollu hemm ukoll il-viżjonarju li għadda mit-tiġrib – il-wied tad-dmugħ – avolja lil sħabu m'għenhomx, maqbud kif kien f 'din it-turbulenza. Hemm l-aċċenn għall-mitoloġija Nordika u l-ġgant Ymir li jinqatel minn Odin, Vili u Vé u li mbagħad mill-fdalijiet tiegħu jissawwar il-kożmos. Spunt ieħor mill-mitoloġija Nordika huwa Ragnarok – sensiela ta' avvenimenti apokalittiċi fejn wara tliet xtiewi tfaqqa' gwerra kbira li fiha jmutu ħafna mill-allat. Madanakollu fl- aħħar, wara dawn id-diżastri, id- dinja terġà titwieled mill-ġdid u aħjar minn qabel. Kif aċċennajt inti hemm dak it- twemmin personali fil-progress uman, li minkejja d-diżastri, minkejja l-ostakli, minkejja l-pandemonju se ssib it-tama kif kienet misjuba f 'qiegħ il-kaxxa ta' Pandora. Bħall-puġilista li nisimgħu dwaru fid-diska e Boxer ta' Simon and Garfunkel: "the fighter still remains". K.S: "May the force be with you!"