Illum previous editions

ILLUM 21 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1342441

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 21 TA' FRAR 2021 'Is-sid ħaqqu qligħ ġust imma ħadd mill-inkwilini mhu se jitkeċċa' Il-Ministru Edward Zammit Lewis jgħid mal-gazzetta ILLUM li hija prijorità tal- Gvern li jindirizza l-kwistjoni tal-kirjiet protetti. Jisħaq ukoll kif minkejja li l-inkwilini se jsibu l-Gvern bħala tarka, dawn ma jistgħux jingħataw garanziji li jagħmlu x'jagħmlu se jibqgħu protetti YENDRICK CIOFFI "Is-sid se jieħu dak li ħaqqu, imma l-inkwilini li ħaqqhom jibqgħu fil-proprjetà se jsibu lill- Gvern bħala tarka biex permezz ta' mekkaniżmu ġust dawn jibqgħu ssalvagwardjati u protetti f 'darhom." Hekk saħaq il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza, Edward Zammit Lewis, mal-gazzetta ILLUM li ltaqgħet miegħu biex tistaqsih x'beħsiebu jagħmel il-Gvern biex jindirizza l-kwistjoni tal-kirjiet ta' qabel l-1 ta' Ġunju 1995. Fl-aħħar ġimgħat, din il-gazzetta ltaqgħet kemm ma' inkwlini li jinsabu inwketati u mwerwra li s-sid se jkeċċihom 'il barra minħabba deċiżjonijiet tal-qrati lokali u anke dik Ewropea għad-Drittijiet tal- Bniedem, iżda anke ma' sidien li qed jisħqu li l-liġi kif inhi qed tiddiskrimina kontrihom u tikser id-dritt fundamentali tagħhom li jgawdu l-proprjetà. Il-Ministru Zammit Lewis saħaq li l-Gvern jaf u jiem din il- kwistjoni u dak li qed jintqal u qed jaħdem biex jassigura li s-sid jieħu "qligħ ġust," filwaqt li l-inkwilini, partikolarment dawk li ma għandhomx mezzi, iserħu rashom li mhux se jitkeċċew 'il barra. "Jiena s-sitwazzjoni naa sew għax bħala avukat jiena wieħed minn dawk li l-aktar ħdimt f 'dan is- settur tal-kirjiet u taċ-ċnus," insista Zammit Lewis. Fakkar kif bħala Kelliem tal-Oppożizzjoni, lura fl- 2009, kellu sehem ukoll fir-riforma li kien wettaq il-Ministru ta' dak iż- żmien, John Dalli. Dak iż-żmien kienu daħlu fis- seħħ emendi biex jibda jinħoloq aktar bilanċ bejn id-drittijiet tal- inkwilini u l-interessi tas-sidien. Ovvjament kienu emendi li jħarsu lejn ir-realtajiet ta' dak iż-żmien. Iżda sentenza wara l-oħra tal-qrati, partikolarment f 'dawn l-aħħar it snin, bdew jiddeċiedu li mhux qed jiġi rrispettat il-prinċipju tal- proporzjonalità u s-sid mhux jieħu qligħ ġust mill-proprjetà tiegħu. 'Hemm inġustizzja għas-sid. Inutli nitfawha taħt it-tapit...' Il-Ministru Zammit Lewis fakkar ukoll li f 'dawn l-aħħar snin seħħ fenomenu ieħor fejn il-valur tal- proprjetà sploda, partikolarment f 'dawk il-lokalitajiet fejn hemm ħafna minn dawn il-kirjiet protetti, inkluż il-Birgu, il-Belt u Tas-Sliema. "Il-prinċipju tal-proporzjonalità beda jinkiser b'mod aktar sfaċċat," insista l-Ministru. "Hemm inġustizzja għas-sid. Inutli nitfawha taħt it-tapit. Minkejja li kien hemm ir-riforma Dalli fl-2019, ħadd ma kellu l-gazz politiku li jindirizza din il-kwistjoni." 'Il-Gvern għandu obbligu ... kulħadd għandu jibqa' f 'dahru' L-ILLUM staqsiet lill-Ministru x'inhuma s-soluzzjonijiet li qed iħares lejhom il-Gvern "Hemm soluzzjoni waħda. Ma hemmx ħafna soluzzjonijiet," insista Zammit Lewis. Beda jisħaq li l-ewwel u qabel kollox il-Gvern għandu l-obbligu li jassigura li kulħadd jibqa' f 'dahru. "Se nkun ċar. Il-prinċipju ewlieni huwa li l-Gvern għandu obbligu li jħalli lil kulħadd f 'dahru u b'mod sigur," saħaq il-Ministru. Li jrid isir, kompla jisħaq Zammit Lewis, huwa li jkun hemm mekkaniżmu li jistabbilixxi din il- proporzjonalità fid-dawl ta' dawn is-sentenzi. Saħaq li Gvern Laburista diġà offra tip ta' soluzzjoni fl-2018 meta kien indirizza l-kwistjoni tal-kirjiet li joħorġu miċ-ċnus. Fi kliem sempliċi, hemm mekkaniżmu li jagħti l-opportunità lis-sid biex jieħu l-każ tiegħu quddiem il- Bord tal-Kera u jkun jista' jieħu sa massimu ta' 2% tal-valur tal- proprjetà. "Dik is-sistema, bit-tajjeb u l-ħażin tagħha, jekk inħares lura lejha, ngħid li ħadmet. Irridu nsibu mekkaniżmu simili," saħaq il- Ministru. 'Il-Qrati qatt ma qalu li s-sid ħaqqu jieħu l-prezz tas-suq' Iżda l-ILLUM tfakkar lill- Ministru li hemm sidien li mhu kuntenti b'xejn dan u jridu aktar. "Il-politiku qiegħed hemm mhux biex iżomm lil kulħadd kuntent u kulħadd iċapċaplu," wieġeb Zammit Lewis. "Irridu ntuhom il-biċċa tagħhom." Hawn irrefera mill-ġdid għas- sentenzi tal-qrati, anke dik ta' Strasburgu u saħaq li dawn qatt ma qalu li s-sid ħaqqu l-valur tas-suq, imma li jersaq viċin lejh. Staqsa wkoll jekk fi żmien il- pandemija l-valur tal-proprjetà għadux ta' sena ilu, għax fi kliemu anke l-kirjiet f 'suq liberalizzat qalgħu daqqa. "Imma iva nemmen, li s-sidien ħaqqhom li jkollhom qligħ ġust imma mhux il-qligħ li jiddetta s-suq," kompla l-Ministru. "Mill- banda l-oħra, irridu niggarantixxu li l-inkwilin iserraħ rasu li se jibqa' fil-post." Fil-fatt, il-Ministru insista li l-maġġoranza ta' dawn l-inkwilini għandhom 'il fuq minn 60 sena u għalhekk it li xejn għandhom potenzjal li jdaħħlu aktar flus, għax jew qegħdin jew ħerġin bil- pensjoni. "Il-Gvern irid isib mekkaniżmu biex iwieżen lil dawn il-familji," saħaq. 'F'ċertu sitwazzjonijiet il-kirja għandha tispiċċa' Mill-banda l-oħra, kompla jgħid il-Ministru, is-sid dejjem għandu jkollu aċċess għall-Bord tal-Kera u aċċess b'mekkaniżmu li f 'ċertu ċirkostanzi l-kirja tista' tispiċċa. "Ma nistgħux nagħtu garanziji li inti tagħmel x'tagħmel se tibqa' fil-proprjetà. Jekk jiena rbaħt miljun ewro f 'lotterija, għandi nibqa' f 'kirja li hija ssussidjata? Il- ġustizzja soċjali hija li aħna ngħinu lil min verament għandu bżonn il- protezzjoni," insista l-Ministru. Għalhekk tenna li huwa importanti li l-Bord ikun aktar effiċjenti biex is-sid ikun aktar faċli għalih li jaċċessah u jieħu r-rimedji, dejjem sakemm ma jihiemx dirett mas-sid, kif jiġri ħafna drabi. Saħaq li fl-opinjoni tiegħu, din hija t-triq 'il quddiem. "Ma rridux ninsew ukoll il-proġetti tal-Gvern ta' akkomodazzjoni soċjali li se jagħtu aktar għodda lill-Gvern biex jgħin lil min hu l-aktar vulnerabbli," kompla. 'Mhux se nitfgħu l-problema taħt it-tapit' Saħaq li l-intenzjoni tal-Gvern mhijiex li jitfa' din il-problema taħt it-tapit u se jkun qed jiffaċċjaha. "Se niffaċċjawha bil-prinċipju ċar li l-ġustizzja ssir mas-sid iżda l-inkwilini nserħulhom rashom li se jibqgħu jgħixu f 'darhom kif qed jagħmlu llum, sakemm iċ- ċirkostanzi tiegħu jibqgħu l-istess," insista l-Ministru. Madanakollu, mistoqsi meta l-Gvern se jwettaq din ir-riforma u jekk il-Kabinett iddiskutix proposti, il-Ministru ma weġibx. Qal biss li l-Gvern konxju, anke minħabba każi li hemm quddiem il-Qorti u ittri li rċevew in-nies. "Hija prijorità tagħna," temm jgħid il-Ministru. Il-gazzetta ILLUM tkompli ssegwi l-kwistjoni dwar il- kirjiet ta' qabel l-1 ta' Ġunju 1995 Il-Ministru Edward Zammit Lewis

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 February 2021