Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1342441
10 aħbarijiet IL-ĦADD 21 TA' FRAR 2021 • illum L-Iskozja se tiġġenera biżżejjed enerġija mill- offshore windfarms għal tmien miljun dar YENDRICK CIOFFI Nhar il-Ħamis li għadda, il- Partit Nazzjonalisa nieda l-viżjoni tiegħu, kemm fl- immedjat u anke fit-tul, għas-settur tal-enerġija u fost l-aktar proposti interessanti kien hemm dik dwar l-offshore wind turbines jiġifieri turbini tar-riħ fuq baħar fond. Dwar dan, il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Kelliem tal- Oppożizzjoni, responsabbli mis-settur tal-enerġija, Ryan Callus. Bdiet tistaqsih kemm l-Oppożizzjoni hi ċerta li proġett simili jista' jsir u huwa vijabbli għal Malta. Callus fakkar li din hija biss waħda minn sensiela ta' proposti li qed iressaq 'il quddiem il-PN. "Din diġà ġiet implimentata f 'pajjiżi viċini, bħall-Portugall u l-Iskozja, filwaqt li Spanja wkoll ħabbret li se tagħmel proġett simili," insista Callus. Kompla jispjega kif għal Malta, din it-teknoloġija tagħmel iktar sens għax l-ispazju fuq l-art huwa limitat imma l-baħar tagħha vast. "Ma hemmx dubju li proġett ta' dan it-tip huwa vijabbli fis-snin li ġejjin, aktar u aktar hekk kif din it-teknoloġija ssir komuni u torħos fil-prezz. Madanakolu, il- pjan għaliha ma jfissirx mill-lum għall-għada u għalhekk il-PN qiegħed jaħseb fit-tul," insista. Imma l-PN iddiskuta din il- proposta ma' esperti? Faċli twiegħed proposta bħal din iżda l-ILLUM tistaqsi lil Callus jekk ġietx diskussa ma' esperti jew inkella kumpaniji li ħadmu fuq proġetti simili. "Din l-istrateġija ġiet mibnija f 'konsultazzjoni u ħidma ma' numru ta' esperti f 'suġġetti varji, fosthom tal-interconnector, l-enerġija mir-riħ, u t-trasformazzjoni għall-karozzi tal-elettriku. L-istrategija hija waħda konkreta, bi proposti konkreti u fattibbli," saħaq Callus. U jekk tkun irriutata kif ġara bil-proġett tas-Sikka l-Bajda? Il-gazzetta ILLUM tfakkar ukoll lil Callus li fl-2015, dak iż-żmien il-MEPA, kienet irrifjutat applikazzjoni li saret minn Gvern Nazzjonalista għal windfarm fis-Sikka l-Bajda, fosthom anke minħabba l-effetti fuq il-passa tal-għasar. Din id- darba għaliex hija differenti? Callus ifakkar li t-teknoloġija żviluppat ħafna, bl-aktar avvanz importanti huwa li t-turbini ma jkunux ankrati mal-qiegħ. Għalhekk wieħed jista' joħroġ ħafna aktar 'il barra. " I l - p r o ġ e t t tal-2010 fuq i s - S i k k a l - B a j d a k i e n m a d w a r 4 . 5 k m 'il barra, m e t a b'din it- te k n ol o ġ ij a n i s t g ħ u noħorġu 'l barra madwar 10 jew 20km, fejn l-impatt viżiv jonqos sostanzjalment. Il-fatt li mhemmx bżonn li wiehed jinstalla f 'qiegħ il-bahar, tfisser ukoll impatt ambjentali inqas," insista Callus. Kemm jieħu żmien biex ikun implimentat proġett bħal dan? Il-gazzetta staqsietu wkoll jekk il-PN jafx kemm irid żmien biex jimplimenta proġett bħal dan. Callus spjega kif il-viżjoni tal- PN tieħu lill-pajjiż biex jibda jilħaq il-miri tal-2030 u l-2050. Insista li l-proposta dwar it-tieni interconnector tista' tidħol fis-seħħ qabel l-2030 anke biex il-pajjiż jilħaq għad- domanda li se tiżdied minħabba t-trasformazzjoni lejn sistemi li jaħdmu bl-elettriku u li llum jaħdmu fuq il-fjuwil, fosthom il- karozzi. "L-introduzzjoni tal-offshore windfarm għandha tidħol fis- seħħ fit-tieni perjodu bejn l-2030 u l-2050 tal-miri li għandu pajjiżna," saħaq Callus. Fuq kollox kemm se jonqsu l-kontijiet tad-dawl bi proġett bħal dan? Callus saħaq li bħala gżira, Malta ma għandha qatt tiddependi fuq sors wieħed tal- enerġija u għalhekk li l-offshore windfarm jikkumplimenta l-interconnector preżenti, it- tieni interconnector propost, it-turbini tal-gass u l-pannelli tax-xemx. "Il-kapacità ta' windfarm tiddependi minn numru ta' kwistjonijiet, fosthom id- domanda li jkollu bżonn pajjiżna. Li hu zgur, li huwa mistenni li fis-snin li ġejjin, din it-teknologija toffri enerġija bi prezzijiet li jħabbtuha mas- sorsi tradizzjonali li għandna bhalissa," saħaq Callus, Dwar it-traħħis fil-kontijiet, wieġeb biss li l-PN ippropona mill-inqas tliet miżuri kif jistgħu jorħsu l-kontijiet anke fl- immedjat. 'Interconnector ieħor qabel l-2030 u wara naħsbu għall- offshore windfarms' – Ryan Callus jispjega mal-ILLUM Il-gazzetta ILLUM titkellem mal- Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar il- proposta tal-PN biex Malta jkollha offshore windfarms simili għal dawk installati fl-Iskozja u l-Portugall Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni Ryan Callus Wieħed mill-offshore windfarms fl-Iskozja Il-gazzetta ILLUM tat ħarsa lejn dak li sar u qed issir f 'din l-industrija fl-Iskozja, liema pajjiżi huwa l-ewlieni fid-dinja f 'dan is-settur. Skont informazzjoni ppubblikata mill-Gvern Skoċċiż, dawn it-turbini tar-riħ fuq baħar fond għandhom il-potenzjal li jiġġeneraw biżżejjed enerġija għal aktar minn tmien miljun dar sal-aħħar tal-2030, jew inkella biżżejjed enerġija għal kull dar fir-Renju Unit. Fil-fatt it-tir tal- Iskozja huwa li fi żmien għaxar snin tkun qed tiġġenera xejn inqas minn 11-il gigawatts (GW) ta' enerġija minn dan is-settur. Mhux ta' b'xejn li l-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson saħansitra kkumpara lill-Iskozja mal-Arabja Sawdija, tal-aħħar magħrufa għaż- żejt u l-oħra għar-riżorsa tar-riħ. L-akbar offshore windfarm fl-Iskozja u r-raba' l-akbar fid-dinja, nfetaħ fl-2019. Dak magħruf bħala e Beatrice Offshore Wind Farm jinsab madwar 13-il kilometru 'l barra mill-kosta ta' Wick u jiġġenera biżżejjed enerġija biex tipprovdi l-elettriku neċessarju lil 450,000 dar. Dan il-proġett sewa aktar minn €3 biljun u jinvolvi 84 turbina. Il- kostruzzjoni ta' dan il-windfarm beda f 'Mejju 2016. Iżda dan huwa biss wieħed mill-offshore windfarms fl-Iskozja. Fl- 2017 infetaħ l-ewwel wieħed u għall-ewwel darba t-turbini ma ntrabtux mal-qiegħ iżda jiflowtjaw fuq il-baħar, minkejja li kull waħda minnhom hija saħansitra ogħla mill-Big Ben u dan jekk wieħed jeskludi dak li hemm taħt il-baħar u ma jidhirx. Kull turbina tiżen madwar 11,500 tunnellata u jinsabu 15-il kilometru 'l barra mill-eqreb kosta. Kull fergħa mill-iskrun hija twila 75 metru. Anke jekk l-impatt viżiv huwa minimu u t-tir tagħhom huwa li wara kollox inaqqsu l-emmissjonijiet, diversi għaqdiet pprotestaw minħabba l-impatt negattiv li dawn jista' jkollhom fuq il-passa ta' għasafar. Fil-każ ta' dan il-windfarms, it-turbini jiġġeneraw biżżejjed enerġija għal 20,000 dar. Bħalissa qed jinbena windfarm ieħor (Seagreen Wind Farm) li se jkun akbar minn dak inawgurat fl-2019. Dan waħdu se jkun kapaċi jipprovdi enerġija lil 1.3 miljun dar. Il-prezzijiet tal-enerġija ġġenerati minn dawn l-offshore windfarms huma baxxi ħafna, tant li skont analiżi ta' Carbon Brief (sit li l-għan tiegħu huwa li jqajjem kuxjenza dwar l-isfida tat-tibdil fil-klima) sal- 2023 dawn se jkunu rħas mill-enerġija ġġenerata mill-powerstations tal-gass eżistenti. Skont informazzjoni ppubblikata mill-Gvern Skoċċiż, fl-2019, l-Iskozja ġġenerat biżżejjed enerġija minn sorsi rinovabbli biex tilħaq l-ekwivalenti ta' 90.1% tal-konsum totali tal-elettriku. Dan meta sal- 2009, 27.2% biss tal-enerġija ġġenerata fl-Iskozja kienet ġejja minn enerġija rinovabbli.