Illum previous editions

ILLUM 21 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1342441

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 21 TA' FRAR 2021 kollha mill-pajjiż. "Malli faqqgħet il-pandemija, bdew iħossu l-għafsa n-negozji. Il-Gvern għadda s-Suppliment tal-Paga, li naturalment tgħaddi għal dawk il-ħaddiema reġistrati u min iħaddem kellu għażla: Jew jirreġistraw lil dawn il-ħaddiema jew iwaqfuhom," spjega l-Ministru Caruana. Bżonn ta' soluzzjoni olistika u sostenibbli U l-problema tal-kirjiet? X'se jagħmel il-Gvern quddiem din il-kwistjoni li qed taffetwa settur dejjem jikber tal- popolazzjoni li qed jispiċċaw quddiem il- Qorti minħabba kirjiet ta' qabel l-1995? Caruana jibda billi jammetti illi din hija sfida oħra kbira u mhux sempliċiment każ ta' ftit għajnuna finanzjarja jew għajnuna skont il-bżonn ta' individwu. "Fejn nies qed jispiċċaw barra qed tidħol l-Awtorità tad-Djar li qed toffri akkomodazzjoni lil dawk li inkella jispiċċaw bla saqaf fuq rashom, imma lilhinn minn hekk neħtiġu soluzzjonijiet olistiċi għat-tul," spjega l-Ministru Caruana. Huwa jgħid illi l-Gvern se jindirizza din il-problema li ilha ġejja snin, imma li splodiet fl-aħħar ġimgħat minħabba kawżi quddiem il-Qorti li qed jinqatgħu favur is-sidien tal-proprjetà. Moneyval: 'Għad fadal xi jsir' Indawru ħarsitna fuq suġġett ieħor jaħraq, li ssemma' diversi drabi u li se jagħmel differenza kbira għal Malta, l-ekonomija u kemm tibqa' attratenti għall-investiment barrani: Ir-rapport tal- Moneyval. Jaħseb il-Ministru tal-Finanzi li Malta se tgħaddi minn dan it-test? Huwa qal li qed iħares 'l quddiem biex "tgħaddi din il-biċċa xogħol ħalli nkun nista' naħdem fuq materji oħrajn. Ma ninsewx li wara r-rapport tal-Moneyval għandna tal-FATF u allura għandna sa madwar April, Mejju ..." Il-Financial Action Task Force (FATF) hija l-għassies internazzjonali kontra l-ħasil ta' flus u l-iffinanzjar terrorsitiku. Minn naħa l-oħra r-rapport tal-Moneyval dwar Malta jidħol f 'diversi aspetti u allura l-eżitu tiegħu se jiddetermina ħafna kemm Malta tista' titqies bħala ġurisdizzjoni finanzjarja serja, wara li ntefa' ħafna dawl ikrah fuq pajjiżna bħala riżultat tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. "Għad fadal xogħol xi jsir f 'sens ta' lobbying, biex nuru li bil-ħafna xogħol li sar matul is-sena l-oħra, Malta laħqet u ssodisfat il-miri mitluba minnha," saħaq il-Ministru Caruana. Dwar dan il-punt hu temm jgħid illi minkejja l-apprezzament għal dan ix- xogħol li sar, li jemmen li se juru tal- Moneyval, "għad fadal xogħol xi jsir." 'Mhux żmien it-tisbit tas-saqajn' U finalment induru fuq kwistjoni oħra kruċjali għal pajjiżna u għad-dħul tal- Gvern: It-tassazzjoni. Il-Ministru Caruana donnu kkonċeda, xi ħaġa li l-ebda Ministru tal-Finanzi qablu ma għamel, li s-sistema ta' taxxa Maltija jaf ikollha tinbidel xi ftit minħabba pressjoni qawwija minn pajjiżi ikbar li jaraw illi Malta qed ddaħħal flus li suppost jitħallsu lilhom, għaliex ir-rata ta' tassazzjoni Maltija hija ħafna iktar vantaġġjuża. L-ebda Ministru qablu ma kkonċeda l-bżonn ta' xi bidliet. Għaliex ħass li kellu jagħmel dan hu? Hu beda mill-ewwel billi aċċerta illi hu mhux se jkun il-Ministru li jmur għand l-Unjoni Ewopea u jneħħi jew jagħti lill-UE dak li ġie mifthiem ma' pajjiżna. "Mhux se naċċetta li din tittieħed minn idejna ..." qal Caruana, li iżda saħaq illi s-sitwazzjoni bil-pandemija inbidlet b'tali mod li t-tisbit tas-saqajn jaf ikun kontro- produttiv. "Ċerti pajjiżi ħadu daqqa kbira. L-għatx għad-dħul finanzjarju f 'pajjiżi bħal Franza u l-Italja - li raw d-defiċits tagħhom jisplodu - huwa kbir. Il-finanzi tagħhom huma mkissrin," jgħid Caruana. Hu jgħid li apparti minn hekk l-OECD qed tmexxi diskussjoni fuq livell globali biex sas-sena 2024 ikun hawn livell minimu ta' tassazzjoni f 'ċerti pajjiżi, li jista' jfisser li Malta tintalab iċċaqlaq ir- rata ta' taxxa tagħha għal kumpaniji u korporazzjonijiet. Ifakkar li bosta jagħmlu l-argument u jfakkru li t-tassazzjoni hija materja li tibqa' f 'idejn l-Istati membri, u biex jinbidlu l-affarijiet ikun jeħtieġ qbil unanimu bejn il-pajjiżi kollha. Hawnhekk hawn ukoll l-użu tal-VETO. Filwaqt li jirrikonoxxi li dan huwa minnu jwissi illi l-UE "tista' tipprova tgħaddi mill-ventilatur, jekk ma tgħaddix mill-bieb." Imma kif? Caruana jispjega illi hemm artiklu ieħor fit-Trattati li jirregolaw lill-UE li fihom jingħad illi jekk s-suq ewropew jkun impattat minħabba deċiżjoni ta' Stat Membru wieħed, il-Kummissjoni Ewropea tista' timponi bidla b'maġġoranza kwalifikata, jiġifieri maġġoranza sempliċi ta' pajjiżi tal-UE. "Nemmen għalhekk li pajjiż bħal Malta jeħtieġ ikun aktar flessibbli. Irridu nuru li aħna noperaw in bona fede u li m'aħniex tax haven," temm jgħid il-Ministru tal- Finanzi Clyde Caruana mal-gazzetta ILLUM. huwa li mmorru għall-awsterità' RITRATT: JAMES BIANCHI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 February 2021