Illum previous editions

ILLUM 21 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1342441

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 aħbarijiet IL-ĦADD 21 TA' FRAR 2021 • illum 'Għalfejn dan id-dewmien kollu? Aħna ħsara fil-pulmun saritilna ta!' Eks Ħaddiem tat-Tarzna Carmel Formosa, eks ħaddiem tat-Tarzna jgħid li minkejja deċiżjonijiet fil-Qrati, wegħda fl-aħħar Baġit u għajnuniet lil diversi setturi tal-popolazzjoni, tat-Tarzna għadhom fil-għama dwar kumpens għall-mard li ħoloq l-asbestos ... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "Għalfejn dan id-dewmien kollu? Sibna flus għal kulħadd, għaliex għadna ma ħadnix dak li huwa tagħna?" Hekk sostna eks ħaddiema tat-Tarzna mal-gazzetta ILLUM, Carmel Formosa, wieħed minn madwar 300 ħaddiem li għadhom qed jistennew kumpens mingħand il-Gvern minħabba l-mard li kkawża l-asbestos fit-Tarzna meta sa madwar 12-il sena ilu kienet għadha f 'idejn il-Gvern. Fl-aħħar Baġit il-Gvern kien wiegħed illi se jibda jgħaddi din l-għajnuna wara li l-Qorti Ewropea Għad-Drittijiet tal- Bniedem fl-2014 kienet sabet illi l-Gvern kiser id-dritt tal- ħajja u d-dritt tar-rispett tal- ħajja privata u tal-familja, meta falla milli jieħu ħsieb is-saħħa u s-sigurtà ta' 21 eks ħaddiem tat-Tarzna li għal ħafna snin kienu esposti għall-asbestos. Fid-deċiżjoni tagħha il-Qorti Ewropea ordnat li l-Gvern iħallas €226,000 f 'kumpens lil dawn il-21 persuna - li kollha sofrew minn kundizzjonijet u li wieħed minnhom saħansitra miet minħabba kanċer relatat mal- asbestos. Iktar riċenti, f 'Jannar tal-2019, il-Qorti Maltija wkoll ordnat li 17-il ħaddiem ieħor tat-tarzna jingħataw kumpens. Dan wassal biex fl-aħħar Baġit il-Gvern ħabbar li l-ħaddiema tat-Tarzna se jkunu ikkumpensati fi skema, ladarba jkollu l-informazzjoni kollha relevanti biex jgħaddi dawn il- flus. "Minn Ottubru 'l hawn it li xejn smajna fejn waslu l-affarijiet ħlief li kellhom isiru xi verifiki. Dan suppost li beda jsir ħafna qabel ma tħabbar il-Baġit għax il-Gvern kellu f 'idejh numru ta' ċertifikati medici," sostna Formosa mal-ILLUM. Huwa qal illi ħafna pensjonanti li mardu minħabba l-asbestos illum għandhom bejn 70 u 80 sena, jew aktar. "Ironika li kważi kull gimgħa il-Gvern iħabbar għajnuna lill-għaqdiet volontarji, sportivi, każini u aħna xejn," sostna rrabjat ma' din il-gazzetta. "Dawn l-eks ħaddiema tat- Tarzna ħsara rreparabbli fil- pulmun saritilhom ta, mhux fl- ucuħ tar-raba'. Dawk il-ħaddiema li l-Gvern diġà kkumpensa, ingħataw għajnuna jew kumpens b'sens ta' rieda tajba, imma l-eks ħaddiema tat-Tarzna qed jistennew ġustizzja għax għandhom dritt legali u għax il- Gvern kien naqas li jipprovdi dak kollu meħtieg biex jiġu protetti mill-asbestos, ladarba hu kien responsabbli mit-Tarżna," kompla jgħid dan l-eks ħaddiem. Huwa appella biex il-Gvern jagħraf malajr kemm jista' jkun x'inhi l-priorità u jieħu kunsiderazzjoni tal-fatt li ħafna eks ħaddiema tat-Tarzna ma jifilħux jistennew minħabba l-età. "Dan fuq it mijiet ta' ħaddiema qed nitkellmu ta," sostna Formosa mal-ILLUM. Huwa talab biex tal-inqas jiġu infurmati bil-proċess, filwaqt li rringrazzja lil Mario Ghirxi għall- għajnuna li qed jagħti f 'dan il- proċess. Mijiet ta' eks ħaddiema tat- Tarzna ħadmu b'riskji kbar għal saħħithom minħabba l-asbestos Dawn l-eks ħaddiema tat- Tarzna ħsara rreparabbli fil-pulmun saritilhom ta, mhux fl-ucuħ tar-raba' ... l-eks ħaddiema tat-Tarzna qed jistennew ġustizzja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 February 2021