Illum previous editions

ILLUM 21 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1342441

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 21 TA' FRAR 2021 L-Aġenzija għall-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) se tara żieda fil-ħaddiema fid-direttorat tal-infurzar tagħha hekk kif huwa mistenni li n-numru ta' spetturi ser jirdoppja sal-aħħar tas-sena, flimkien ma' ingaġġ ta' esperti li se jagħmlu l-iskrutinju neċessarju fuq il-method statements. Intant ser jitnieda wkoll freephone ġdid, miżura li se tkomplu tagħti serħan il-moħħ lill-familji u li tiżgura li l-industrija tkun iktar sigura u sostenibbli. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia u mis-Segretarju Parlamentari għall- Kostruzzjoni Chris Agius waqt żjara fuq sit ta' kostruzzjoni bil- għan li jiskattaw sensiela ta' riformi neċessarji. Il-Ministru Farrugia qal li l-gvern se jkompli jaħdem għal industrija tal-kostruzzjoni aktar sostenibbli fil-gżejjer Maltin u spjega li ż-żieda fl-ispetturi se tkompli ttejjeb il- konformità u l-infurzar. Dawn l-ispetturi se jkunu inkarigati biex jagħmlu spezzjonijiet regolari fuq proġetti ta' kostruzzjoni u jiżguraw li huma konformi mal-proċeduri regolatorji u amministrattivi. Dawn għandhom jinvestigaw kull rapport ta' allegat irregolaritajiet u jiżguraw li n-notifiki ta' infurzar jiġu segwiti dejjem, u dan qed isir permezz ta' żjarat frekwenti fuq is- sit u jirrakkomandaw l-azzjonijiet meħtieġa, li jinżammu l-case files u li jżommu s-sistema tal- informazzjoni dwar l-infurzar aġġornata. Il-ministru qal li tnieda wkoll freephone ġdid (80049000) biex il-pubbliku jkun jista' jirrapporta irregolaritajiet fix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni ħalli jiġi indirizzat it-tħassib tal-pubbliku u jiżgura li kulħadd iħossu sigur f 'daru. "Dawn il-miżuri huma parti minn sensiela ta' riformi fl- industrija tal-bini u l-kostruzzjoni. Il-bżonn ta' twaqqif tal-Awtorità huwa l-qafas li fuqu hu miktub ir-rapport tal-inkjesta mmexxija mill-Imħallef Quintano. Fil- ġimgħat li ġejjin se nħabbru iktar riformi, skemi u miżuri id f 'id mal-istakeholders kollha biex flimkien niksbu r-riżultati li lkoll nixtiequ. Din ir-riforma se timmodernizza, tissalvagwardja u ssaħħaħ l-industrija filwaqt li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja u s-serħan tal-moħħ tal-familji Maltin u Għawdxin", qal il-Ministru. Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius ħabbar li riċentament il- BCA implimentat sistema ġdida għall-għoti tal-liċenzji tal-bennejja u kif dawn issa qegħdin fil-proċess li jiġġeddu wara numru ta' snin. Il-bennejja għandhom dejjem iżommu din il-liċenzja magħhom fuq is-sit ta' kostruzzjoni minħabba li dawn l-ispezzjonijiet jistgħu jsiru f 'kull ħin. Reġistru tal- liċenzji validi kollha tal-bennejja huwa disponibbli wkoll fuq s-sit elettroniku tal-aġenzija. Kostruzzjoni: Mistennija żieda fil-ħaddiema fid- Direttorat tal-infurzar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 February 2021