Illum previous editions

ILLUM 21 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1342441

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 21 TA' FRAR 2021 • illum ATT TAL-2016 DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-AMBJENT Regolamenti dwar il-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali (L.S. 549.46) KORREZZJONI TA' AVVIŻ IPPUBBLIKAT FL-14 TA' FRAR 2021 DWAR DOKUMENTAZZJONI AĠĠORNATA FUQ IR-RAPPORT TA' VALUTAZZJONI TAL-IMPATTI AMBJENTALI Żvilupp propost għal użu multiplu magħruf bħala 'City Centre', inkluż tħaffir ta' sit ITS preċedenti & Wesgħet Lewis V. Farrugia/Wesgħet George Portanier, twaqqigħ ta' strutturi moderni, sanzjonar ta' bini mhux skedat parzjalment imwaqqa', żamma ta' bini skedat ta' Grad 2 u 'substation' tal- Gwerra Bierda, kostruzzjoni ta' Lukanda ta' 5 Stilel (386 kamra) Klassi 3B, 179 residenza, spazju għall-uffiċini kummerċjali (Klassi 4A), suq tal-ħwienet (Klassi 4B) u ristoranti (Klassi 4C u 4D) u parkeġġ taht l-art u fil-livell tat-triq. Il-proposta tinkludi wkoll iż-żamma u l-integrazzjoni ta' blokki militari ta' Grad 2, 'substation' tal-Gwerra Bierda u l-integrazzjoni ta' strutturi eżistenti oħra. Sit fl-Ex sit tal-ITS, Wesgħet George Portanier & Wesgħet Lewis V. Farrugia, Triq il-Profs. Walter Ganado, Triq Pietru D'Armenia, Pembroke & Triq il-Profs. Walter Ganado, Ix-Xatt ta' San Ġorġ, San Ġiljan, Malta PA 03807/17 B'dan qed jiġi avżat li t-terminu għas-sottomissjonijiet tal-pubbliku b'rabta mal-Valutazzjoni tal- Impatti Ambjentali msemmija hawn fuq, kif maħruġ fl-avviż ippubblikat fl-14 ta' Frar 2021, qiegħed jiġi kkoreġut mit-13 ta' Marzu 2021 għas-17 ta' Marzu 2021. Kopji diġitali tad-dokumentazzjoni aġġornata fuq ir-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali jistgħu jinkisbu mill-indirizz elettroniku tal-ERA: https://era.org.mt/era-project/pa03807-17/ Il-pubbliku jista' jara wkoll kopji digitali tal-istess dokument fl-uffiċċji tal-Kunsill Lokali ta' Pembroke, San Ġiljan u fl-uffiċċji tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi. Kull min jixtieq jagħmel sottomissjonijiet dwar kwistjonijiet ambjentali għandu jikteb lid-Direttur tal- Ambjent u r-Riżorsi, L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, Hexagon House, Telgħet Spencer, Il-Marsa MRS 1441, jew jibgħat e-mail lil eia.malta@era.org.mt, sas-17 ta' Marzu 2021 Data: 21 ta' Frar 2021 Disclaimer: L-Awtorità hija impenjata li tipproteġi d-data personali u l-privatezza tal-pubbliku. Għaldaqstant qed tkun infurmat li meta tagħmel sottomissjonijiet, id-data personali tiegħek ma tiġix żvelata jew ippubblikata sakemm fi żmien tnax (12) -il siegħa tagħti l-kunsens tiegħek lill-Awtorità biex tiżvela d- data personali. B'dana illi f'certu kazijiet l-Awtorità tista', fejn hu meħtieg, tiżvela d-data personali tiegħek biex tikkonforma mal-Liġijiet applikabbli. Il-gazzetta ILLUM tista' tiżvela illi għall-aħħar ta' Jannar 2019, persuna għolja sew fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru kienet bagħtet messaġġ fuq il-Whatssapp lil Yorgen Fenech. Din il-gazzetta hija infurmata illi fih dan qal lil Fenech biex imexxi 'l quddiem storja li tidher fuq e Times jew inkella e Malta Independent u li hija kontra kollega tiegħu stess fil-Gvern. Din il-gazzetta tinsab infurmata illi Fenech kien bagħat jirrispondi u jgħid li kellem lil "Ivan" u kien ħaseb fih billi tah €10,000. Mhux magħruf jekk fil-fatt dawn il-flus għaddewx minn Fenech għal għand "Ivan". Dan il-messaġġ iżda jiaħ tieqa fuq ir-rabta bejn Fenech u ġurnalist mit-Times of Malta, li din il-ġimgħa reġa' ssemma' fil-Qorti meta l-Ispettur Keith Arnaud qara messaġġi tal- Whatssapp bejn Yorgen Fenech u zijuh Ray Fenech, nhar id-19 ta' Novembru 2019 - jiġifieri ġurnata qabel ġie arrestat - illi fihom l-akkużat bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia jgħid lil zijuh: "'Portomaso Marina hawn Ivan tat-Times." F'messaġġ ieħor li qara Arnaud - l-investigatur ewlieni fil-qtil - Fenech ippreċiża: "Ivan qalli jiena għax kien fin-newsroom u semagħhom jgħidu." Fit-tielet messaġġ lil zijuh Ray jgħid illi Ivan qallu li jidher illi xi ħadd mill-appartamenti (Portomaso) kien għadda xi informazzjoni lill- pulizija. Dak iż-żmien e Times kienet timpjega żewġ persuni bl-isem 'Ivan': Ivan Camilleri u Ivan Martin. Camilleri kien tkeċċa minn xogħolu l-għada li l-istess (Dakinhar Spettur) Arnaud qal fil- Kumpilazzjoni tal-Evidenza, illi Yorgen Fenech kien infurmat dwar l-arrest tiegħu minn ċertu "Ivan mit-Times." Minn naħa tiegħu Ivan Martin ċaħad bil-qawwa allegazzjoni li saret fuq il-midja soċjali illi l-'Ivan' fil-fatt huwa hu. "Jiena qatt ma kkomunikajt ma' Fenech ximkien viċin id-data tal-arrest tiegħu. Qatt ma ddiskutejt l-assassinju ta' Caruana Galizia ma' Fenech u l-uniku komunikazzjoni li kelli miegħu kien xhur qabel il- lejl tal-arrest," sostna Martin. Huwa kompla jispjega kif malli sema' bix-xhieda dwar "Ivan tat- Times" hu mill-ewwel offra aċċess sħiħ għat-tagħmir kollu li huwa juża' għall-komunikazzjoni fi "trasparenza sħiħa," sostna. Dan huwa biss wieħed mill- eluf ta' messaġġi li l-pulizija Maltija għandha f 'idejha u li qed tinvestiga . Kienet din il-gazzetta wkoll lura fis-6 ta' Settembru 2020 li żvelat kif kienu għaddew eluf ta' messaġġi ta Yorgen Fenech lil diversi persuni pubbliċi. Ivan Camilleri - magħruf għar-rapurtaġġ aħrax kontra l-Partit Laburista u l-Gvern - kien ukoll involut f 'każ ta' serq mis-Supermarket Valyou, storja żvelata mill-gazzetta Maltatoday u kkonfermata mill-persuna li tmexxi l-istess supermarket. Ray Mintoff kien qal illi Camilleri kien ħallas madwar €5,000 mit-€12,000 dejn li għamel għal prodotti li seraq. Għalkemm l-Edituri u t-tmexxija ta' e Times għall- ewwel appoġġjat lil Camilleri, iktar tard meta deher iktar ċar li l-istorja tal-Maltatoday kienet veritiera huma ħadu lura l-appoġġ li kienu taw lil Camilleri. Fenech jgħid li ħallas €10,000 lil 'Ivan' biex jikteb kontra xi ħadd Ivan Martin ċaħad kategorikament li 'Ivan tat-Times' imsemmi minn Fenech kien hu Ivan Camilleri

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 February 2021