Illum previous editions

ILLUM 21 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1342441

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 21 TA' FRAR 2021 Tliet irġiel jippruvaw jitilqu minn Malta b'ċertifikat falz ta' test tal- Covid-19 Żewġ irġiel ingħataw sentenza ta' sentejn ħabs sospiżi għal erba' snin, wara li nqabdu jippruvaw jitilqu mill-pajjiż b'riżultat falz ta' test tal- Covid-19, filwaqt li raġel ieħor Libjan ingħata l-libertà proviżorja wara li għen lill-pulizija jintraċċaw lill- persuna li kienet qed tipproduċi dawn iċ-ċertifikati foloz. Il-Qorti talbet divjet fuq l-isem tal- Libjan sabiex ma tkunx ppreġudikata l-investigazzjoni fir-rigward tal-persuna li qed tipproduċi tali ċertifikati foloz. Huwa ammetta l-ħtija li kien konxju tal-fatt illi kien qed juża dikjarazzjoni falza. L-Ispettur Silvio Magro li kien qed imexxi l-Prosekuzzjoni qal li dan l-akkużat ikkopera mal-pulizija u mar lilhinn minn dak mistenni minnu. Id-difiża tmexxiet mill-avukat Charles Mercieca. Il-Kummissarju tad-Dipartiment tat- Taxxi Interni Marvin Gaerty ma għadux taħt police bail, ikkonfermaw l-avukati mas-sit maltatoday. Gaerty ingħata l-ħelsien mill-arrest f 'Diċembru wara li kien iffaċċjat b'mistoqsijiet dwar messaġġi bejnu u Yorgen Fenech, akkużat bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. L-avukati Franco Debono u Amadeus Cachia ikkonfermaw illi Gaerty kien interrogat mid-Dipartiment tar-Reati fil-Korp tal-Pulizija. Gaerty fil-fatt kellu l-mowbajl skrutinizzat b'konverżazzjoni partikolari tagħti l-impressjoni li kienet qed issir pressjoni, wara li l-awtoritajiet tal-VAT sabu irregolaritajiet fi spezzjoni li kienu għamlu fl-uffiċini ta' Yorgen Fenech f 'Portomaso. In-negozjant, sussegwentement kien ħallas multa amministrattiva. Il-pulizija kienu rrappurtati jgħidu illi l-mowbajl ta' Gaerty huwa 'kaxxa ta' pandora' u li l-pulizija kienu qed jistennew l-awtorizzazzjoni tal-Prim Ministru biex jipproċedu fir-rigward tal-mowbajl ta' Gaerty, xi ħaġa li l-Gvern kien ċaħad. Kien ġie rrappurtat ukoll li Abela kien ikkuntattja lil Gaerty biex javżah jew jiċċekkja dwar l-investigazzjoni tad-Dipartiment fil- kwistjoni ta' ħlas ta' taxxa minn Bernard Grech, wara storja żvelata fuq din il-gazzetta. Abela kien ċaħad li pprova jinfluwenza dan il-proċess b'xi mod u sostna illi meta tkellem ma' Gaerty dwar il-kwistjoni tat-taxxa ta' Grech, l-investigazzjoni kienet diġa' spiċċat. Marvin Gaerty ma jibqax taħt 'police bail'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 February 2021