Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1342441
23 storja illum • Il-ĦADD 21 TA' FRAR 2021 PATRI HERMANN DUNCAN Carlo Diacono twieled iż- Żejtun nhar l-1 ta' April, 1876. Huwa iben is- Surmast Orazio Diacono - li kien waqqaf il- Banda Beland taż- Żejtun - u Francesca Saveria, mwielda Darmanin. Dan il- kompożitur magħruf fi żmienu tgħallem taħt is- Surmast Paolino Vassallo fis- sena 1892 u wasal biex ikun l-id il- leminija tal- għalliem prolifiku li kellu. Vassallo stess kien stqarr li mingħajr il- ħidma siewja tal- istudent Carlo, l-opra "Frazir" li saret fit- Teatru Rjali fis-sena 1905, ma kinitx tikseb suċċess. Ix- xogħlijiet ta' Diacono saru popolari, u laħaq Maestro di Cappella fil-Katidral tal- Imdina wara l-mewt ta' Vassallo fis-sena 1923. Tajjeb li nżommu f 'moħħna li l-mużika Maltija fil-bidu tas- seklu għoxrin, kienet prinċipalment dik liturġika taħt il- patronċinju tal-Knisja Kattolika. Il- Knisja għamlet użu kbir mill-mużika biex twettaq ir-riti reliġjużi tagħha. Il-mużika kienet tirrikjedi l-ogħla kwalità u espressjoni fil- qima lejn Alla. Dan hu l-isbaħ rigal għall- Knisja Maltija li setgħet tagħżel mill-aħjar kompożituri li kienet mogħnija bihom, fosthom Carlo Diacono. Hu kien ukoll Maestro di Capella f 'Bormla, fiż-Żejtun, fl- Isla, fil-Birgu u f 'bosta parroċċi oħrajn. Biex jirnexxielu jtemm l-inkarigi waqqaf il-Kappella personali tiegħu li għelbet il-popolarità, kemm tal-Kappelli ta' Nani u saħansitra dik ta' Bugeja. Bosta mill-kompożżiżjonijiet ta' Diacono huma ta' valur kbir, intelligenti fit-teknika u fl-armonija, differenti fit- tema u li jissodisfaw l- ispiritwalità. Il-ħila tiegħu fil- mużika laħqet l- ogħla grad fl-opra tiegħu "l'Alpino" li ġiet esegwita għal disa' darbiet fit-Teatru Rjali fil-Belt Valletta, bejn is- 16 ta' April u t- 2 ta' Mejju tas- sena 1918, quddiem folol kbar ta' nies. Diacono kkompona aktar minn 45 quddiesa, 22 quddiesa requiem, tliet oratorji, antifoni, innijiet, għosrien (għasar), xogħlijiet orkestrali u mużika oħra sagra. Il-mużika tiegħu ndaqqet fl- Italja, fl- Amerika, fl-Eġittu u fl- Ingilterra. L- opra tiegħu Villa Azzurra ma kinitx mitmuma. Kellu fama tajba għax kemm Zandonai u Lattuada faħħruh. Refice ddeskrivieh bħala "lussu għal-Malta", u Mascagni kien sostna li Diacono nnifsu qatt ma għaraf il-kobor tat-talenti li kien mogħni bihom. Diacono b'diversi ħidmiet sekulari wkoll Issa se ngħidu xi ħaġa dwar ħajtu. Fi tfulitu wera' talent qawwi fil-mużika u tgħallem idoqq il-klarinett il-pjanu u l l-orgni b'ħila kbira. Minħabba li ħadem ma' Paolino Vassallo, bejn is- sena 1892 u 1902 u peress li dan kien jistudja fi Franza ma' Jules Massenet, dan wassal lil Diacono biex idaħħal l- element Franċiż li kien jispirah fil- kompożiżżjonijiet kbar tiegħu bħal: Il Cantico di Frate Sole (1927), Laudate Pueri (1937), u Messe di Gloria in E flat (1938). Fis-sena 1899 laħaq organista fil- Parroċċa taż- Żejtun. Fit-22 ta' Novembru tas- sena 1903 fil- Festa ta' Santa Ċeċilja, l-qaddisa Patruna Tal- Mużika, il-Motu Proprio (digriet) tal- Papa Piju X dwar il- mużika sagra, wassal biex ġab taqlib kbir fil-mużika liturġika Maltija. Kemm is- Surmast Carlo Diacono u anke Giuseppe Caruana - li kienu żewġ studenti li tħarrġu taħt Paolino Vassallo - xtaqu li jikkomponu l-mużika tagħhom skont id-digrieti l-ġodda maħruġa. Barra l-kompożżizjonijiet reliġjużi Diacono ħareġ xogħlijiet oħra sekulari li kienu jikkonsistu minn għanjiet tal- kunċert, tal-pjanu jew akkumpanjament bl-orkestra ta' kitbiet Taljani bħal 'Il Canto del Castillo' u 'L'Ave della Sera', barra tnejn li ssawru bil-lirika maltija. Waħda minnhom hija dwar 'Malta ġawhra tal-Mediterran' għal vuċi għolja, bil- vjolinċell u l-pjanu dwar poeżija patrjottika ta' Dun Karm Psaila. Fost il-biċċiet li ħareġ fuq il- pjanu nsibu Fantasia Impromtu (1928) li Diacono kien iddedika lil ħabibu, l-kompożitur Ildebrando Pizzetti. Kif rajna Diacono pprometta u kiseb l- ogħla ġieh għat- teatru bl-opra 'L'Alpino' fuq librett ta' Ramiro Barbaro di San Giorgio li jitratta storja ta' mħabba, tradiment u vendikazzjoni magħmulin fuq il-Front Taljan mill- moviment nazzjonalistiku Taljan imsejjaħ Italia Irredente - li kien jiġġieled biex jirbaħ l-imkejjen Awstrijaċi mimlijin bit-Taljani. Wara 'L'Alpino' ħareġ 'Villa Azzurra', storja romantika f 'Att wieħed fuq librett li kiseb mill-kittieb u Maġistrat Sqalli Giacomo Armo. Carlo Diacono għadda għal-ħajja ta' dejjem ġewwa Ħal- Lija fil-15 ta' Ġunju 1942. Ġieħ lil Carlo Diacono Issa se naghtu ħarsa lejn tiiriet li saru f 'ġieħ Carlo Diacono. Fl-20 ta' Ġunju tas-sena 2002 - egħluq is- 60 sena mill-mewt tal- kompożitur Żejtuni Carlo Diacono - saret quddiesa de Requiem, komposta minnu stess fil-Parroċċa qadima ta' San Girgor fiż- Żejtun. Kienu marru bosta nies għal din il-quddiesa li ġiet fi tmiemha bl-Agnus Dei. Fil-15 ta' Novembru tas- sena 2016, saret wirja fil- Każin tal-Banda Beland fiż- Żejtun dwar ħajjet u x-xogħlijiet tiegħu. Fost dawn l-oġġetti mtella' f 'dik il-wirja wieħed seta' jara bosta partituri u strumenti li kien idoqq, fosthom il-pjanu. Fil-25 anniversarju ta' mewtu twaqqaf bust tal-bronż maħdum mill-iskultur Ċensu Apap mal-faċċata tad-dar ta' Diacono fuq il- bieb prinċipali. Dan il-monument kien rrrestawrat fis-sena 2016 mill-Għaqda Wirt iż- Żejtun. L-iskola sekondarja tal-bniet jew il- Junior Lyceum hija msemmija għalih. Fl-1 ta' Lulju tas- sena 2017, f 'egħluq il- 75 anniversarju mill-mewt tal-kompożitur Carlo Diacono, l-Għaqda Wirt iż-Żejtun ippubblikat ktieb 'Għamlulna ġieħ: Carlo Diacono (1876-1942)'. L-awtur Ruben Abela xtaq ikattar it- tagħrif dwar dan il-kompożitur magħruf Żejtuni li ħallielna wirt kbir kulturali fil-mużika. Il-ktieb għandu kapitli fuq Diacono innifsu li għamel kunċerti, innijiet tal-banda u anke informazzjoni dwar l-opra Alpino, li xi biċċiet minnha tmexxew mill- orkestra Filarmonika Maltija fil-Kunċert ta' waqt il- Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea. Waqt l- ħruġ ta' dan il- ktieb raġel Żejtuni Karmenu Mercieca rrakkonta kif fi tfulitu kien jilgħab ma' Carlo Diacono u jistqarr li Carlo kien dejjem mehdi fil-mużika u ħsiebu biss li jħeġġeġ lilu u lill-oħrajn biex idoqqu l-kompożżiżjonjiet tiegħu. L-iżjed biċċa xogħol favorita ta' Carlo Diacono kien l-innu ta' Santa Katerina. Iben Carlo, Frankie wiret il-Kappella di Musica fis-sena 1946 u dan mexxa l- Alpino fi tliet esekuzzjonijiet fir-Radio City tal- Ħamrun. Bħal kompożituri oħra Maltin, Carlo Diacono ma' kisibx il- ġieħ li veramnt kien jistħoqqlu. Carlo Diacono: Kompożitur Żejtuni li ħalla wirt mużikali kbir