Illum previous editions

ILLUM 21 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1342441

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 aħbarijiet IL-ĦADD 21 TA' FRAR 2021 • illum Rekreazzjoni rurali: titjib tar-rikreazzjoni fil- beraħ permezz tal-parteċipazzjoni pubblika WASAL iż-żmien li nġed- du l-policy dwar l-użu tal-art għall-ikkampjar, caravanning u pikniks f'Malta, billi hemm domanda dejjem tikber għal aktar spazji ta' rikreazzjoni. Permezz tal-pubblikazzjoni ta' dokument ta' diskussjoni, l-Aw- torità tal-Ippjanar qed tistieden lill-pubbliku għall-opinjoni dwar rikreazzjoni fil-beraħ. Kull resident Malti għandu l-passatemp u l-attività preferu- ta tiegħu li jwettaq fil-post fa- vorit tiegħu - piknik bil-veduta, mixja fil-wied jew ikkampjar u caravanning taħt l-istilel. Varji kemm jkunu l-għażliet, il-kam- panja ta' Malta spiss tidher b'mod prominenti. Huwa post għan-nies biex jaħarbu mill- ħajja urbana, fejn l-għajnejn jistgħu jiġġebbdu lejn l-orizzont u jassorbu l-kuluri ħajjin sbieħ tal-Mediterran. Li tkun magħluq ġewwa waqt il-pandemija kabbar l-apprez- zament għal-postijiet rurali tal- pajjiż - art naturali li għandha titgawda, iżda wkoll protetta. Allura, sat-30 ta' Marzu 2021, l-Awtorità tal-Ippjanar qed tagħti s-setgħa lil dawk kollha li jgħixu f'Malta biex jagħm- lu eżattament hekk: li jgħidu tagħhom dwar kif iż-żoni rikreattivi rurali tal-gżira, kif identifikati fil-Pjanijiet Loka- li approvati, jistgħu jittej- bu, jiġu ppreservati u ġestiti għat-tgawdija tal-ġenerazz- jonijiet attwali u futuri. Biex tagħmel dan, l-Awtorità ħarġet dokument ta' diskussjo- ni "Camping, Caravanning and Picnicking Sites on the Maltese Islands" biex tinforma lill-pub- bliku dwar il-policy eżistenti fi ħdan il-Pjan Lokali relatat mal- użu tal-art rikreattiva. Id-doku- ment iqajjem ukoll kwistjoniji- et li għandhom jiġu kkunsidrati fl-għażla u l-implimentazzjoni ta' siti rurali għall-użu rikreat- tiv. Kwistjoni ewlenija tibqa' li l-art f'Malta hija limitata, li timplika li l-użi ta' art rikreat- tiva għandhom bżonn jiġu ppjanati b'mod sostenibbli u kondiviż. Fil-Pjan Strateġiku ta' Mal- ta għall-Ambjent u l-Iżvilupp (SPED), l-Awtorità tiddeskri- vi l-viżjoni tagħha li toħloq ambjent rurali fejn dawk li jgħixu fl-ibliet jistgħu jerġgħu jingħaqdu man-natura u jsibu serħan 'il bogħod mill-qalba tal- ħajja urbana. Id-dritt tan-nies li jgawdu l-ispazji miftuħa, naturali u mhux żviluppati ta' Malta hu- wa diġà appoġġjat fl-SPED, li tipproteġi wkoll l-agrikoltura, l-ambjent u l-wirt kulturali ta' Malta. Il-qafas jadotta sistema ta' sostenibbiltà li jipprova jil- limita l-iżvilupp fiż-żoni rurali stabbiliti tal-gżira biex jippre- vjeni t-tifrix u l-kunflitt ma' attivitajiet rurali oħra. Bl-istess mod, għalkemm, jekk mhux ippjanat tajjeb, l-użu rikreattiv tal-art jista' jwassal ukoll għal attivitajiet inkompatibbli, par- tikolarment jekk l-art tiġi al- lokata aktar milli ppjanata. Bl-użu ta' dan id-doku- ment, l-Awtorità qed tistieden lill-pubbliku biex jaqsam l-op- injonijiet tiegħu dwar il-fu- tur għall-użu u l-immaniġġjar ta' siti rurali għal tliet tipi ta' rikreazzjoni: ikkampjar, car- avanning u pikniks. Filwaqt li dawn l-attivitajiet huma spiss marbutin flimkien, il-karat- teristiċi u l-implikazzjonijiet tagħhom fuq l-użu tal-art ivarja. Għaldaqstant, id-dokument jid- definixxi kull wieħed b'mod ċar. Il-caravanning hija attivi- tà rikreattiva fil-beraħ, għal żmien qasir li tuża struttura, bħal campervan, iddisinjata għal abitazzjoni temporanja tal- bniedem u tista' tiġi mċaqalqa minn post għall-ieħor. Bl-istess mod, ikkampjar jirreferi għal akkommodazzjoni bil-lejl bar- ra mid-dar f'tinda, tipikament fil-kampanja. U fl-aħħar, piknik huwa eskursjoni bi nhar biex in-nies igawdu ikla fil-kam- panja miftuħa normalment mal-familja u l-ħbieb. Dawn l-attivitajiet jitolbu kunsiderazzjonijiet speċifiċi dwar l-użu tal-art. Il-karavans u l-kampijiet jieħdu spazju sostanzjali u jistgħu jħallu im- patt fuq l-ambjent tal-mad- war, partikolarment lill-fawna u l-flora, jekk jitwettqu b'mod mhux immaniġġjat. Jistgħu wkoll iwasslu għal intrużjoni viżwali, skart mhux ġustifikat u storbju u tniġġis ieħor jekk ikunu nieqsa minn immaniġġjar tajjeb. Dan hu għaliex huwa aħ- jar li jkollok siti allokati u ġes- titi minflok postijiet varji mhux ikkontrollati. Iż-żoni nominati jistgħu jiġu ġestiti, immoni- torjati u mtejba aħjar, li kollha jkunu diffiċli biex jagħmluhom b'sistema b'xejn għal kulħadd. Ir-riżultat bla dubju jkun espe- rjenza rikreattiva dejjem aktar pjaċevoli għal pubbliku. Sal-lum, numru ta' siti ta' rikreazzjoni ġew assenja- ti fil-Pjanijiet Lokali ta' Mal- ta. Pereżempju, il-Pjan Lokali għall-Għawdex u Kemmuna fih kampeġġ f'Kemmuna; il- Pjan Lokali għaċ-Ċentru ta' Malta jinkludi siti ta' kampeġġ u karavann fl-Għallis u f'Baħar ic-Cagħaq; u, il-Pjan Lokali għall-Majjistral ikopri madwar 11-il żona għal pikniks. Filwaqt li l-gvern qed jim- mira li jagħmel spazji rikreat- tivi aktar miftuħa disponibbli għall-familji, permezz tal-im- plimentazzjoni tas-siti appro- vati fil-Pjanijiet Lokali, l-SPED tenfasizza li l-protezzjoni tal-is- pazju miftuħ għar-rikreazzjoni pubblika hija kruċjali. Dawn iż-żoni, partikolarment dawk fuq art pubblika, huma assen- jati għal użu temporanju biss, biex jissalvagwardjaw l-għażla għal użi alternattivi futuri, u ż-żamma tal-karatteristiċi dis- tinti miftuħa tal-pajsaġġ nat- urali. Ikkampjar, karavaning u pikniks m'għandhomx iseħħu f'żoni ambjentalment sensittivi sakemm ma jiġux segwiti pjani- jiet ta' immaniġġjar li jidenti- fikaw siti speċifiċi. Minbarra li d-dokument jit- kellem dwar il-policies at- twali ta' Malta dwar l-użu tar-rikreazzjoni tal-art, id-do- kument iqajjem ukoll ħafna ħsieb inkluż il-ħtieġa li nibdew naħsbu mill-ġdid fuq il-kultura tagħna anke fejn hu kkonċernat ir-rikreazzjoni u nsibu modi ak- tar sostenibbli għall-mistrieħ u r-rikreazzjoni eqreb lejn lokali- tajiet infushom. U huwa hawn- hekk fejn l-opinjoni pubblika hija essenzjali. L-Awtorità qed tfittex l-opinjonijiet tan-nies dwar it-tipi ta' faċilitajiet li jist- għu jiżdiedu biex jiġu aġġornati żoni rikreattivi - siti tal-kara- vans b'mod partikolari - u kif l-immaniġġjar tagħhom tista' titjieb. Barra minn hekk, sidien ta' artijiet li s-siti rurali tagħhom ġew identifikati fi Pjanijiet Lokali għal użu rikreattiv hu- ma mistiedna jesprimu l-inter- ess tagħhom li jkollhom l-art tagħhom riabilitata għal skopi- jiet bħal dawn, u biex jispjeg- aw kif is-sit tagħhom jista' jiġi mmaniġġjat u liema rwol jista' jkollhom fl-immanġġjar tas-sit. Id-dokument ta' diskussjoni "Camping, Caravanning and Picknicking Sites on the Mal- tese Islands" huwa disponib- bli fuq il-websajt tal-Awtorità www.pa.org.mt/consultation. Biex tikkontribwixxi f'din il-kwistjoni nazzjonali impor- tanti, tissottometti opinjonijiet, suġġerimenti għal bidliet u tit- jib, u espressjonijiet ta' inter- ess lill-Awtorità tal-Ippjanar permezz ta' outdoors@pa.org. mt. Is-sottomissjonijiet huma miftuħa sat-30 ta' Marzu 2021.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 February 2021