Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1345114
15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 28 TA' FRAR 2021 tliet snin u nofs ta' xhieda, arresti u żviluppi Iżda l-Koħħu ilu jissemma. Matul dawn it-tliet snin u nofs kien talab biex jingħata l-maħfra Presidenzjali fuq il-każ ta' Daphne, liema maħfra hu talabha għaliex kien hu li fil- fatt beda jikxef informazzjoni u li semma' lil Melvin euma - l-allegat intermedjarju fil-qtil - għall-ewwel darba, kien xehed l-eks avukat tiegħu Arthur Azzopardi. euma stess fil-Qorti kien qal li l-Koħħu "kien lest jikxef kollox dwar seba' omiċidji. Kollox ħlief is-serqa tal- HSBC (10 snin ilu)," li fil-fatt kien akkużat illi kien imdaħħal fiha. Il-Koħħu ingħata sentenza ta' 15- il sena priġunerija. Tal-Maksar: L-aħwa tal-Maksar, Adrian u Robert Agius, minn Ħaż Żebbuġ din il-ġimgħa issemmew hekk kif huma wkoll ittellgħu l-Qorti akkużati fil-qtil ta' Chircop - li kien sellef flus lil Ryan Schembri tas-Supermarket More - kif ukoll fuq il-qtil tal-ġurnalista. Lura fl- 2017 dawn l-aħwa kienu arrestati ma' seba irġiel oħrajn li qatt ma tressqu l-Qorti. Tal-Maksar huma t-tfal tad- dealer tal-karozzi Raymond Agius li inqatel wara li sparawlu fl-2008 waqt li kien fil-Butterfly Bar f 'Birkirkara. Kien euma mill-ġdid, li qal illi kien xi ħadd b'laqam ta' Tal- Maksar li kienu għamlu l-bomba li imbagħad intużat fl-assassinju. Caruana Galizia kienet kitbet dwar Agius fit-12 ta' Ottubru 2014 meta qalet illi Ryan Schembri ħalla €40 miljun dejn fin-negozju tas- supermarket More. Schembri kien imbagħad ħarab mill-pajjiż. Caruana Galizia kienet allegat li wieħed mill-aħwa kien qed jieħu self mingħand Schembri u li kien qed iwiegħdu 20% interessi fuq "laħam mill-Brażil." Tabib Adrian Vella: Fost dawk li ssemmew f 'dan il-każ f 'xhieda pjuttost interessanti, kien it-tabib ta' Yorgen Fenech li għal xi żmien kien it-tabib ta' Keith Schembri wkoll. It- Tabib Adrian Vella jispjega kif darba mar għand Keith Schembri wara li qallu Fenech biex jagħmel dan u l-eks Chief of Staff kien indikalu xi karti fuq il-mejda li kellu jieħu lil Fenech. Hu ħadhom għand Fenech li malli ra l-kontenut qal li: "Ma jistax ikun." Sabbat il-karti u qal "daqshekk!' L-Ispettur Keith Arnaud kien xehed illi skont it-tabib Vella Keith Schembri ma kellux x'jaqsam mal- pjan tal-ħarba ta' Yorgen Fenech, bit-tabib jinsisti li Fenech iddiskuta l-ħarba ma' zijuh Ray u ħuh Franco u dan wara li Melvin euma kien arrestat. It-tabib qal ukoll lill-Pulizija li meta Yorgen Fenech kien qed jiddiskuti l-ħarba tiegħu ma' ħuh Franco, sema' lil Yorgen Fenech jgħid: "Jekk ninżel jiena, inniżżel lil Keith miegħi." Ritratti: Xellug (minn fuq għal isfel): Yorgen Fenech - Allegat Mandant Keith Schembri - Eks Chief of Staff Melvin Theuma - Intermedjarju Alfred Degiorgio - Akkuzat Lemin (minn fuq għal isfel): George Degiorgio - Akkużat Adrian Vella - Tabib ta' Yorgen u Keith Vince Muscat - Ħati tal-qtil Chris Cardona - Eks Ministru Aqra fuq Tal-Maksar fl-artiklu