Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1345114
16 letteratura IL-ĦADD 28 TA' FRAR 2021 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Għaliex nittraduċu? It-tradizzjoni tat-traduzzjoni f'Malta skont Charles Briffa Daqs tnax-il sena ilu l-ħabib tiegħi Fabio d'Amato kien bgħatli b'email għadd ta' mistoqsijiet rigward it-traduzzjoni. L-intervista, jekk nistgħu nsejħulha hekk, kienet kompitu mitlub mid-Dipartiment tal- Istudji tat-Traduzzjoni, it- Terminoloġija, u l-Interpretar tal-Università ta' Malta. Din l-intervista ġiet f 'idi b'ċikka m'ilux jien u nqaleb u norganizza bosta dokumenti – fil-biċċa l-kbira xogħlijiet tradotti minni – li ilhom snin maħżuna fil- kompjuter: uħud jitkarrbu għal reviżjoni, oħrajn għat-tlestija, oħrajn imbagħad għal xi għamla ta' pubblikazzjoni. Kull biċċa kitba memorja – tiira li sikwit, għall-inqas għal min jiktibha, maż-żmien tiġma' fiha tifsir ferm iżjed wiesa' mit-test innifsu. B'rabta mad-diskors ta' ħmistax ilu, anke attività bħal dan għalija hija – tajjeb jew ħażin, irrid jew ma rridx – ritwal fl-ipproċessar tal-memorji u xorta t'eżerċizzju fil-fehim tal-identità. Dak iż-żmien kont naħdem ta' traduttur mal-Unità Maltija tat-Traduzzjoni tal-Parlament Ewropew fil-Lussemburgu. Intant, kont diġà bdejt nistudja għal rasi t-traduttoloġija filwaqt li nittanta nittraduċi testi letterarji Franċiżi u oħrajn mit-tradizzjoni filosofika kontinentali. Sintendi dan esiġa immersjoni sħiħa fl-istudju tal- filosofija għax ħaġa minn ewl id- dinja li xejn ma jfid li tittraduċi testi li qajla tiem xi jridu jgħidu. Ma naqsux ukoll l-istudji intensivi fil-lessikografija – l-iżjed iżda mhux biss permezz tal- aqid kontinwu fid-dizzjunarji ta' Ġużè Aquilina u t'Erin Serracino Inglott – ġaladarba jien u għaddej b'dan kollu sirt naf illi filfatt kont naf it li xejn. Dan imbagħad wassalni wkoll biex nerġa' nibda nibda nistudja l-Franiċż – kważi mill-bidu bħaċ- ċuċ – sabiex inwessa' kemm jista' jkun il-fehim tiegħi rigward dak illi kont dħalt għalih bla ma naf sewwasew għaliex. Kienu l-iktar snin edukattivi u produttivi li qatt kelli. Fi it snin ittraduċjet u ktibt eluf ta' paġni. Qrajt kulma ma stajt insib fuq mitt elf ħaġa, inklużi fuq ħwejjeġ illi, almenu primavista, it li xejn kellhom x'jaqsmu mal- intenzjonijiet oriġinali li seta' kelli. Ħajja stramba din: kultant ikollok xorta ssib irkaptu ta' minn fejn bdejt, aħseb u ara ta' fejn għad tispiċċa. Mur sibt tarf, l-iżjed issa f 'dal-ħinijiet tas-Sibt filgħodu, t'avventura li fis-sew twieldet mir- rumanz La Nausèe ta' Jean-Paul Sartre (In-Nawżja, 1938) u sabet ruħha, biss it snin wara, f 'xi test bħal Il-Ktieb Tibetan tal-Mejtin. Hu x'inhu, qajla nista' nistħajjel – l-iżjed issa wara tant snin ta' staġnar relattiv – li forsi għada pitgħada ser jiġi perjodu li għad jisbqu. Madankollu, din l-intervista prattikament kwalunkwe ta' d'Amato – oħroġ il-għaġeb – f 'dal-aħħar jiem minn daqqiet saħansitra donnu spikkat fuq bosta xogħlijiet li kien seħħli nipproduċi dik il-ħabta. U dan minkejja li t-testi inkwistjoni, akkont, f 'għajnejja għandhom ferm iżjed valur. B'mod ġenerali l-mistoqsijiet kienu jirrigwardaw bosta aspetti prattiċi tat- traduzzjoni: x'inhi l-akbar diffikultà li jħabbtu wiċċhom magħha t-tradutturi Maltin?; xi żvantaġġi għandhom it-tradutturi Maltin apparagun ma' tradutturi f 'lingwi oħrajn?; xi strateġiji jħaddnu t-tradutturi Maltin biex joħolqu terminoloġija li għad m'hemmx ekwivalenti tagħha fil-Malti?; it-traduttur Maltin huma mħarrġin tajjeb fil-oqsma tagħhom?; x'opportunitajiet hemm għal dawk li jitħajru jidħlu fid-dinja tat-traduzzjoni?; x'inhuma l-kwalitajiet li għandu jkollhom it-tradutturi?; x'taħseb mill-kliem missellef minn lingwi oħra li qed jidħol fil-Malti?; taħseb li t-tradutturi għandhom responsabbiltà kbira?; kif inhi meqjusa l-lingwa Maltija min- nies ta' pajjiżi oħra?; tgħid f 'Malta għad tikber il-kultura tat-traduzzjoni letterarja? Kif nimmaġina li ormaj jaf ukoll tajjeb d'Amato, bosta minn dawn il-mistoqsijiet huma domandi tedjanti u ġeneriċi li it li xejn jixħtu dawl fuq il-kumplessitajiet ewlenin tal-istudji traduttoloġiċi. Din sieħeb li tmur tistaqsi lil xi kok tas-sengħa x'jagħmel jew ma jagħmilx biex il-minestra ma ssirlux soppa jew kuksu. Għandu mnejn jekk jinzerta jkun xi daqsxejn kiesaħ lanqas iwieġbek. Forsi ma tlumux. Il- Il-Professur Charles Briffa

