Illum previous editions

ILLUM 7 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1347838

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 aħbarijiet IL-ĦADD 7 TA' MARZU 2021 • illum 'Nieħu d-droga biex ninsa dak li qed ngħaddi minnu Il-prostituzzjoni: Ħafna huma dawk li jgħidu li din hi l-eqdem professjoni, oħrajn jgħidu li din hi l-eqdem oppressjoni. Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' Dar Hosea, għaqda mhux governattiva li tgħin vittmi tal- prostituzzjoni MARIANNA CALLEJA Mill-2018, is-sena li rat l-ewwel riforma sal-lum, il- prostituzzjoni baqgħet fil- ħsieb ta' ħafna. Huma bosta li għandhom opinjoni f 'dan ir-rigward iżda ftit huma dawk li jafu r-realtajiet wara l-prostituzzjoni. Il-gazzetta ILLUM din il-ġimgħa titkellem ma' social worker minn Dar Hosea - post ta' refuġju għall- vittmi tal-prostituzzjoni. 'Dejjem nimxu mal-pass tan- nisa tagħna' Mara sfurzata mir-raġel tagħha fil-prostituzzjoni u jheddidha li joħdilha t-tfal jekk ma tobdix. Mara li ġiet mġiegħla taħdem fil-prostituzzjoni minn ommha, nannitha jew qraba oħra. Tfajla li tistudja, x'tistudja taf li fl-aħħar mill-aħħar ħajjitha magħżula għaliha. Dawn huma n-nisa li jiltaqgħu magħhom f 'Dar Hosea. Nisa vulnerabbli li huma sfurzati jew saħansitra mrobbija fil-prostituzzjoni u li m'għandhomx għażla oħra. Dar Hosea għandha ukoll nisa li huma vittmi tad-droga. Is-social worker tiddiskrivi dan bħala ċirku vizzjuż. "Kellna każ fejn il-mara kienet tgħid: nieħu d-droga biex ninsa dak li qed ngħaddi minnu u ninżel għal prostituzzjoni biex nixtri aktar droga". Tgħid ukoll li hemm nisa oħra li "jekk ma jixtrux droga ma jirnexxilhomx jgħixu bihom infushom." Hemm nisa li m'għandhomx saqaf fuq rashom u "li għalihom bżonnijiet vera bażiċi qegħdin 'l bogħod. Hemm nisa oħra li għandhom diffikultajiet mentali, tarahom u l-vulnerabbiltà tagħhom tinħass," tispjega social worker li tkellmet mal-gazzetta ILLUM iżda bil-kundizzjoni ta' anonimità hekk kif titlob id-dar stess. Dar Hosea tilqa' ukoll nisa li sfaw attakkati filwaqt li pprovdiet, għajnuna, appoġġ u protezzjoni. Is-social worker kompliet tgħid kif, "issib nisa li għax issa ma jridux ikomplu fil- prostituzzjoni, u qed jippruvaw jimxu l-quddiem u jsibu saqajhom, qed jiġu attakkati." B'passjoni kbira, hi kompliet tgħid mal-ILLUM li dawn in- nisa jkollhom stima baxxa tagħhom infushom. Hemm min lanqas ikun irid jemmen li qed jingħata servizzi b'xejn għax fil-verità huma draw iħallsu b'kull m'għandhom, inkluż ġisimhom. Jekk eventwalment juru x-xewqa li jridu jieqfu "ħafna drabi ikollna ħafna xogħol x'nagħmlu," rrakontat. B'dan il-kliem is-social worker spjegat li meta mara turi x-xewqa li tieqaf l-ewwel trid temmen fiha nnifisha "għax inutli nagħmlu pjanijiet kbar jekk lanqas tirrispetta lilha innifisha biżżejjed". "Qatt ma ngħidulhom jieqfu, l-għan tagħna mhux dak. Dejjem nimxu mal-pass tan-nisa tagħna", tispjega. L-għan wara Dar Hosea jibqa' li mara tingħata għajnuna bla ebda ġudizzju. 'Naqla' f 'xahar dak li kont naqla f 'ġurnata, iżda issa għandi d-dinjita' "Noqgħod attenta kif inwieġeb meta jistaqsuni jekk ikollniex stejjer ta' suċċess għax dak li hu suċċess għal persuna mhux l-istess għall-oħra", bdiet tispjega s-social worker għall-mistoqsija tal-ILLUM. Hi tenfasizza li l-għan tagħhom mhux lin- nisa jkunu indipendenti. "J'alla jkunu, iżda hemm suċċessi oħra li jidhru żgħar imma għalina huma kbar." Dejjem nistgħu nitkellmu fuq dik il-mara li daħlet għax kienet taħt l-ilma, u marret Dar Hosea għax ma kienx hemm iktar fejn taqdef. Illum il-ġurnata din il-mara sabet xogħol lill hinn mill- prostituzzjoni. Hemm ukoll nisa li ma kellhomx saqaf fuq rashom u issa għandhom il-propjetà tagħhom. Dan huma l-istejjer reali li nisimgħu bihom f 'Dar Hosea. Madankollu hemm oħrajn li l-passi tagħhom jidhru żgħar iżda mhumiex. Is-social worker, kburija, semmiet każ ta' persuna li kienet vittma tal-abbuż tad- droga u issa m'għadhiex. Hemm nisa li issa waslu f 'punt li jħarsu lura u lanqas jemmnu l-progress li għamlu. Nisa li issa għandhom kontroll ta' ħajjithom u dinjità. "Kull pass żgħir li jirnexxilhom jagħmlu, anke sempliċiment jaċċettaw l-għajnuna, diġà hu suċċess għalina." 'Hi importanti ħafna għalina li nibqgħu anonimi' Dar Hosea isservi ukoll bħala xelter. "Iva għandna nisa li jaħarbu minn sitwazzjonijiet pjuttost perikoluzi u għalhekk importanti ħafna għalina li nibqgħu anonimi", qalet filwaqt li tindirizza l-ħtieġa li dawn in- nisa jħossuhom siguri. "Hemm professjonisti li jirreferu lin-nisa lilna minħabba li jafu x'servizzi noffru", tispjega waqt li żżid tgħid li "ħafna drabi n-nisa jitkellmu bejniethom ukoll u b'hekk isiru jafu bis-

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 March 2021