Illum previous editions

ILLUM 14 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1350544

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 14 TA' MARZU 2021 essenzjali għandhom jarmaw. Grech jaqbel illi dawk li jbiegħu prodotti essenzjali, "jekk ikun meħtieġ iwettqu miżuri u jsibu mezz kif xorta jkunu jistgħu jaħdmu." 'L-għan tiegħi huwa li niggverna ...' Induru fuq l-aħħar sondaġġ xjentifiku ppubblikat fuq il-gazzetta Maltatoday u li juri kif minkejja titjib li qed jirreġistra Grech, il-PN għadu 23,000 vot minn taħt - minkejja li qegħdin f 'nofs l-agħar kriżi ekonomika sa mit-Tieni Gwerra Dinjija. Onestament, Grech jemmen li għandu ċans jirbaħ l-elezzjoni li jmiss? "Nemmen iva li kapaċi, imma moħħi bħalissa mhux fuq il-voti, imma fuq is-saħħa, il-ħajja, l-ekonomija, il- ħaddiema..." Il-gazzetta ILLUM tfakkru illi biex ikun fil-Gvern, voti għandu bżonn. "Iva vera u se naħdmu biex il-PN isir l-għażla naturali tal-poplu. L-għan ta' partit huwa li jiggverna u l-għan tiegħi huwa li niggverna, imma fl-istess ħin ma nagħmilx ħsara lil pajjiżi." Huwa sostna illi huwa vera li qed isiru avvanzi elettorali għall-PN u qal illi dan qed iseħħ għax - skont hu - il-PN qed jiġġedded, qed joħroġ bi proposti u qed "jitkellem man-nies." Delia, donazzjoni u double standards Fl-aħħar ġimgħat Adrian Delia kellu donazzjoni li għadda lid-Dar tal- Providenza u li ma kinitx aċċettata wara li kien determinat illi s-sors huwa xi ftit jew wisq dubjuż. Kieku kien Ministru tal-Gvern preżenti Delia, Grech kien jitlob għar-riżenja, imma f 'dan il-każ ma għamel xejn. Mhux double standards dawn? Grech ammetta li ma kienx jaf bid- donazzjoni u qal illi Delia ma għaddiex donazzjoni imma "wegħda ta' donazzjoni" Saħaq biss li se jibqa' diliġenti u iebes ma' dawk il-membri u deputati tal-PN li jonqsu, "kif naqset Rosianne Cutajar meta ħadet €9,000," qal Grech f 'referenza għall-allegata senserija li ħadet l-eks Segretarju Parlamentari. 'L-importanti mhux li jkollok id-dejn, imma li d-dejn tħallsu ...' Induru lejn id-djun tal-PN. Aktar minn €30 miljun li minnhom - irrappurtat din il-gazzetta - €12-il miljun huwa dejn mal-Gvern f 'bolla, VAT u kontijiet tad-dawl u l-ilma. Bħalissa kif inhi s-sitwazzjoni finanzjarja li huwa wiret u li issa ilha tintiret? Il-PN għandu finanzi biżżejjed fis-sod biex imur għal kampanja elettorali? Filwaqt li jgħid li ċ-ċifra mhijiex daqstant kbira (ma jgħidx kemm) jisħaq li dak li huwa "żgur huwa li writtha, anke jekk dan ma jfisser xejn u ma jbiddel xejn." Huwa qal li l-importanti, mhuwiex li jkollok id-dejn u jfakkar illi biex tixtri d-dar tagħmel id-dejn. "L-importanti li inti tkun qed tħallsu d-dejn." Jammetti li l-Covid-19 ħalliet effett iżda jgħid ukoll li se jkompli jara li l-partit jkabbar id-dħul tiegħu u jkollu fond apposta għall-kampanja elettorali. "Aħna l-kontijiet li nippreżentaw (tal- PN), nippreżentawhom kif suppost," temm jgħid fuq dan il-punt. Il-kirjiet: Akkomodazzjoni soċjali jew ibiegħu l-proprjetà lill-inkwilin/ familja tal-inkwilin Kwistjoni li dwarha tkellem ħafna Bernard Grech kienet dik li titratta l-kirjiet protetti ta' qabel l-1995. Il-Gvern ħabbar bidliet li se jaraw lis-sidien jieħdu ħafna aktar flus mil-lum u lill-inkwilini protetti permezz ta' massimu ta' €10,000 li se joħroġ il-Gvern għad-differenza fl- għoli tal-kirjiet. Kulħadd kellu kliem ta' tifħir għal dawn il-bidliet, ħlief il-PN li qal illi huwa ftit wisq u tard wisq. Imma allura x'inhu biżżejjed għall-PN wara snin twal illi fihom ma sar xejn? Grech beda billi qal illi fl-2010 saru bidliet "u jiena se niddefendi dak li għamlu Gvernijiet Nazzjonalisti ta' qabel - għamilna ħafna ġid għall-pajjiż kollu u dan ma jista' jeħodulna ħadd," saħaq Grech. Huwa qal illi l-Gvern Laburista ma għamel xejn mill-2013 sa issa u allura jisħaq illi l-problemi baqgħu jikbru b'mod sostanzjali speċjalment meta l-Qorti kienet qed tiddeċiedi favur is-sidien. "Għalfejn għandu jkollok eluf ta' kawżi l-Qorti qabel tieħu azzjoni? Għalfejn għandu jkollna mijiet ta' anzjani fil- periklu li jispiċċaw barra minn darhom qabel nieħdu azzjoni? Għalfejn ngħaddu lin-nies minn kawżi fuq kawżi qabel nindirizzaw din il-problema?" Huwa qal li dak li ppropona l-Gvern illum huwa "eżatt bħal dak li wettaq fuq iċ-ċnus, jiġifieri irriċikla l-istess ħaġa." Kompla jispjega li kif għamel il-liġi l-Gvern jekk is-sidien iridu jibbenefikaw ma jistgħux imorru l-Qorti u jitlolbu l-proprjetà lura. Grech insista illi s-sidien il-proprjetà tagħhom iridu, "il-proprjetà li diġà ssellfu fuqha biex iħallsu t-taxxa tas-suċċessjoni għaliha u li jixtiequ jgħaddu lil binhom jew binthom, minflok dawn iħallsu s-self fuq dar oħra." Għalhekk Bernard Grech qal li s-soluzzjonijiet huma tlieta. L-ewwel, proġetti ta' akkomodazzjoni soċjali aggressivi ta' postijiet li ma jintirtux, il- possibilità li s-sidien jbiegħu l-proprjetà lill-inkwilini u finalment jekk dawn ma jistgħux, li jkunu jistgħu jbiegħu l-proprjetà lit-tfal jew qraba tal-inkwilini, b'inizzjattivi finanzjarji mill-Gvern. 'Minn issa diġa' għandna bżonn aktar ħaddiema f 'ċerti oqsma' U finalment il-gazzetta ILLUM tistaqsi lil Bernard Grech dwar il-ħaddiema barranin. Meta l-ekonomija terġa' tibda tirkupra u tikber dawk l-eluf ta' ħaddiema barranin li telqu probabbilment se jerġgħu jibdew ġejjin. Jemmen li għandu jkun hemm kriterji partikolari għal meta jkunu deħlin in-nies hawn, forsi kriterji relatati mat-tip ta' impjieg li se jkollhom fil-pajjiż? "Iva, meta nirkupraw probabilment ikollna influss mill-ġdid. Issa rridu nidentifikaw l-oqsma illi fihom għandna bżonn il-ħaddiema," beda jwieġeb Grech. Huwa qal illi eżempju partikolari huwa l-qasam tas-saħħa fejn numru ta' infermiera telqu mill-pajjiż u marru r-Renju Unit u l-Irlanda minħabba pagi u burokrazija. Huwa jirrikonoxxi li l-Gvern fil-fatt ħabbar miżuri biex jindirizza din is-sitwazzjoni għalkemm qal ukoll li dawn se jgħoddu biss għall-infermiera tal-Gvern u mhux għal operaturi oħrajn, fosthom care homes. Grech għalhekk ippropona li l-Gvern jestendi dawn il- miżuri għal aktar nies. "Mela llum stess, qabel l-ekonomija tikber diġà għandna bżonn nattiraw Maltin u anke barranin li jiġu u jagħmlu korsijiet tan-nursing f 'Malta," temm l-intervista l-Kap tal-PN Bernard Grech. is-sajf u jirċievu l-bookings ... l-konsegwenzi tal-Prim Ministru'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 March 2021