Illum previous editions

ILLUM 14 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1350544

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 aħbarijiet IL-ĦADD 14 TA' MARZU 2021 • illum 'Ilna seba' xhur magħluqa u għalina ma kien hemm l-ebda kumpens dirett kif ħadu r-ristoranti u l-barijiet' – Is-sidien tan-nightclubs jilmentaw Minkejja li ilhom minn Awwissu magħluqa u ma hemm l-ebda indikazzjoni li se jkunu qed jiftħu fil-futur qrib, is-sidien tan-nightclubs ilmentaw mal-gazzetta ILLUM kif huma qatt ma bbenefikaw minn kumpens dirett l-istess kif ħadu r-ristoranti, il-bars u l-każini li ntalbu jagħlqu YENDRICK CIOFFI Minkejja li ilhom li għalqu minn Awwissu li għadda u x'aktarx ikunu l-aħħar li jerġgħu jiħu l-bibien tagħhom, is-sidien tan-nightclubs qatt ma rċevew għajnuna diretta, l-istess kif irċevew is-sidien tar-ristoranti, il-bars u anke l-każini. Sidien ta' nightclubs li tkellmu mal-gazzetta ILLUM ilmentaw kif minkejja li bħal negozji oħra jieħdu s-suppliment tal-paga u anke ngħataw għajnuna biex iħallsu l-kontijiet tal-enerġija u l-kera (fejn hemm bżonn), qatt ma kien hemm għajnuna indirizzata direttament għalihom, minkejja li fi kliemhom "huma l-agħar li marru." Fil-fatt, in-nightclubs kellhom jagħlqu f 'Awwissu li għadda wara li kienu fetħu biss għal ftit ġimgħat fis-sajf, qabel ma reġgħu bdew jiżdiedu l-każi lejn l-aħħar ta' Lulju. Wieħed mis-sidien fakkar mal-gazzetta ILLUM li huma lanqas mill-vouchers li qassam il-Gvern ma gawdew. Apparti minn hekk, in- nightclubs, kemm ilhom magħluqa, ħadu l-istess suppliment tal-paga li baqgħu jirċievu r-ristoranti u negozji oħra minkejja li kienu għadhom miftuħa u setgħu joperaw sa ftit jiem ilu. Sid ieħor spjega kif ftit tal- ġimgħat ilu applika għall-iskema li ħareġ il-Gvern biex jgħin lill- każini u anke lill-barijiet li wkoll intalbu jagħlqu minn Ottubru li għadda. Madanakollu mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmi infurmawh li hu ma japplikax għaliha, iżda jista' jibbenefika biss mill- pagament ta' darba ta' €1,000 li l-Gvern qed joħroġ għas-sidien tar-ristoranti u l-isnackbars li ntalbu jagħlqu l-ġimgħa li għaddiet. "Jiena ma għandix liċenzja ta' snackbar biss. Għandi l-liċenzja ta' nightclub u disco," saħaq is-sid ta' wieħed mill-aktar stabbilimenti ta' divertiment popolari f 'Malta. "Aħna l-aktar li ilna magħluqa." Jidher ukoll li meta sidien ċemplu u lmentaw, qalulhom biex jagħmlu kuntatt mal- Malta Enterprise dwar dan u l-għajnuna li qed jitolbu. Fil-fatt, il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Kap Eżekuttiv tal- Malta Enterprise, Kurt Farrugia, iżda qalilna biss biex inkellmu lill-Ministeru għat-Turiżmu. L-ILLUM hekk għamlet u staqsiet lill-Ministeru għat- Turiżmu jekk is-sidien tan- nightclubs humiex se jirċievu għajnuna diretta, l-istess kif ħadu r-ristoranti, il-bars u l-każini li ntalbu jagħlqu l-bibien tagħhom. Kelliem għall-Ministeru weġibna hekk: "Kontinwament, il-Gvern qiegħed jassisti lil dawn is-sidien permezz tas- suppliment tal-paga. L-iskemi jingħataw skont il-liċenzja li jikklasifikaw għaliha." In-nightclubs ilhom minn Awwissu magħluqa Ġimgħa rekord tintemm bi kważi 40,000 persuna li ħadu żewġ dożi, 298 każ ġdid u 330 li fiequ Fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw b'kollox 29 każ ġdid ta' Covid-19 minn total ta' 4,333 swab test. Dan filwaqt li 330 persuna fieqet mill-virus. Fl-aħħar ġurnata wkoll mietu erba' persuni oħra: żewġ irġiel ta' 70 u 74 sena, mara ta' 80 sena u oħra ta' 86 sena li kienet fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. Intant f 'termini ta' tilqim, sa issa, ingħataw b'kollox 117,121 li minnhom kważi 40,000 persuna - preċiżament 38,333 ħadu t-tieni doża wkoll. Minn meta faqqgħet il-pandemija saru b'kollox 750,755 swab test li minnhom kien hemm total ta' 26,267 każ ta' Covid-19. Minn dawn 22,773 fiequ mill-Covid-19 u 3,144 huma każi attivi bħalissa. Din kienet ġimgħa rekord f 'termini ta' każijiet b'1,869 każ ġdid.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 March 2021