Illum previous editions

ILLUM 14 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1350544

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 14 TA' MARZU 2021 Publikazzjoni ta' sejħiet għall-offerti għal kiri ta' propjetajiet mill-Ministeru għal Għawdex Il-Ministeru għal Għawdex jgħarraf il-pubblikazzjoni għal sejħiet ta' offerti għal kiri ta' propjetajiet biex jintużaw bħala uffiċċini f'Għawdex u propjeta' biex tintuża bħala uffiċċju f'Malta b' qisien ta' mhux anqas minn dak muri hawn taħt: • MGOZ MPU T 26/2021 - Propjeta' biex tintuża bħala uffiċċju f' Għawdex b' qies ta' mhux anqas minn 280m 2 • MGOZ MPU T 27/2021 - Propjeta' biex tintuża bħala uffiċċju f' Għawdex b' qies ta' mhux anqas minn 400m 2 • MGOZ MPU T 28/2021 - Propjeta' biex tintuża bħala uffiċċju f' Għawdex b' qies ta' mhux anqas minn 170m 2 • MGOZ MPU T 29/2021 - Propjeta' biex tintuża bħala uffiċċju f' Għawdex b' qies ta' mhux anqas minn 350m 2 • MGOZ MPU T 31/2021 - Propjeta' biex tintuża bħala uffiċċju f' Malta b' qies ta' mhux anqas minn 300m 2 u li tinkludi spazju minimu għall- parkeġġ ta' 4 vetturi Dawk interessati huma mitluba li jniżżlu d-dokumenti kollha neċessarji u jissottomettu l-offerta tagħhom billi jidħlu fis-sit elettroniku www.etenders.gov.mt sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 9 ta' April 2021 sad-9.30 ta' filgħodu. Taħriġ f'Għawdex għall-komunità kummerċjali Il-Ministeru għal Għawdex b'kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Kuntratti ser jorganizza taħriġ f'Għawdex għall-Operaturi Ekonomiċi fuq kif għandhom isiru offerti elettroniċi. Dawk interessati għandhom japplikaw sa mhux aktar tard minn nhar il-Erbgha 17 ta' Marzu 2021 permezz ta' emejl fuq procurement.mgoz@gov.mt jew bit-telefon fuq in-numru 22100268 bejn it- 8.00 ta' filgħodu u nofsinhar. Kunsilli Lokali jirċievu aktar minn €500,000 f'fondi Ewropej sabiex jirriġeneraw aktar spazji miftuħa Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi, flimkien mas-Sindku taż-Żurrieq Rita Grima u l-manager tal-Fondazzjoni Gal Xlokk Terence Camilleri, inawguraw ix-xogħlijiet ta' riġenerazzjoni li saru fiż-żoni ta' Wied iż-Żurrieq u l-Ġibjun taż- Żurrieq. Zrinzo Azzopardi spjega li dawn il-fondi qed jgħinu biex inkomplu nsaħħu l-infrastruttura ħadra bħal ġonna u spazji miftuħa fl- inħawi rurali tal-lokalitajiet fin- naħa t'isfel ta' Malta. Il-Kunsill Lokali taż-Żurrieq, bħala wieħed mill-benefiċjarji, irċieva madwar €55,000 f 'fondi Ewropej, fejn saru diversi xogħlijiet fosthom tħawwil ta' siġar, installazzjoni ta' bankijiet ġodda magħmula minn materjal riċiklat, kif ukoll tweħħil ta' information panels li jinfurmaw u jirrakkontaw l-istorja naturali taż-Żurrieq. Is-Segretarju Parlamentari qal li dawn il-proġetti qed ikomplu jsebbħu l-lokalitajiet Maltin filwaqt li jsaħħu l-aspett ambjentali fl-irħula tagħna. Qal ukoll li minn dawn il-fondi bbenefikaw 11-il kunsill lokali u se jservu sabiex isiru diversi proġetti li jwasslu għal aktar riġenerazzjoni fi spazji pubbliċi. Huwa kkonkluda billi qal li apparti minn dan il-proġett, iż-Żurrieq ibbenefika minn proġett ambjentali ieħor kbir, dak ta' Wied Fulija, li dalwaqt jasal fi tmiemu wkoll. "Dan l-ispazju li qabel kien landfill, se nerġgħu nrodduh lura liż- Żrieraq hekk kif ġie riġenerat fi spazju miftuħ ieħor". Is-Sindku taż-Żurrieq Rita Grima qalet li dan il-proġett kien implimentat mill- kunsill lokali bl-għajnuna ta' fondi mill-Unjoni Ewropea u l-Fondazzjoni Gal Xlokk f 'din iż-żona rurali u sabiħa fil- lokalità taż-Żurrieq. Hi spjegat kif permezz ta' dan il-proġett, ġiet kreata żona rikreattiva u rilassanti f 'ambjent naturali fi Triq il-Barrieri kif ukoll f 'żona oħra fi Triq il-Wied. Is-sindku kkonkludiet billi ħeġġet lin-nies biex igawdu dawn il-proġetti, filwaqt li tenniet l-appell tagħha biex ma ssirx ħsara u tinżamm l-indafa. Il-manager tal-Fondazzjoni Gal Xlokk Terence Camilleri spjega li dawn il-fondi huma ffinanzjati permezz tar- raba' miżura mill-programm LEADER, amministrat mill- grupp ta' azzjoni lokali. Zrinzo Azzopardi spjega li dawn il- fondi qed jgħinu biex inkomplu nsaħħu l-infrastruttura ħadra bħal ġonna u spazji miftuħa fl-inħawi rurali tal- lokalitajiet fin-naħa t'isfel ta' Malta

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 March 2021