Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1350544
M eta tkun stordut l-inqas ħaġa li jkollok aptit hija li xi ħadd jagħmel l-istorbju. Meta tkun stordut tagħmel minn kollox biex ta' madwarek jo- qogħdu kwieti u ma jagħmlu ebda ħoss. L-istorjbu li nagħmlu aħna ta' Repubblika lill-Prim Ministru jdejqu u jdejqu ħafna. Lil Robert Abela, l-istorbju tagħna u tal-ver- ità ma bediex idejqu llum li stqarr quddiem Malta kollha li jħossu stordut. Ilu jdejqu minn qabel sar Prim Ministru. Li kien għalih, kulħadd qagħad kwiet u ħalla "l-istituzzjonijiet jaħdmu" meta l-klijent tiegħu Joseph Muscat kien qed jiċċettja fuq Whatsapp ma' Yorgen Fenech u Keith Schembri. Dak iż-żmien Robert Abela anke lit-tfal ta' Daphne Caruana Galizia pprova jsikket. Lanqas il-vuċijiet ta' ulied ġurnalista assassinata ma felaħ. Saħansitra wasal biex akkużahom li riedu jfixklu l-investigazzjonijiet biex jinqabad min qatel lil ommhom. Dan id-diskors qalu waqt li l-investigatur ewlieni li kien qed jiddefendi Abela, kien qed isiefer jara l-futbol ma' Yorgen Fenech. Dan id-diskors qalu waqt li l-Kummissarju tal-Pulizija ta' dak iż-żmien kien qed jiltaqa' mal-kriminali minn wara dahar l-investigaturi. Dan id-diskors qalu waqt li l-kriminali li ammettew li kellhom sehem fl-assassinju kienu qed jiġu infurmati minn qabel x'se jagħmlu l-pulizija. Dan id-diskors qalu waqt li skont Melvyn euma kienu marru jkellmuh nies minn Kastilja jwiegħdu miljun ewro għas-silenzju tal-qattiela. Dan id-diskors qalu meta skont Vince Muscat, il-kriminali li splodew lil Daphne kienu ġejjin u sejrin Kastilja u l-Mile-End. Qalilna li l-protesta mhix f'lokha! Niakar li l-ewwel protesta li għamilna b'Robert Abela Prim Ministru, lejn l-aħħar ta' Jannar tas-sena l-oħra, huwa kien qalilna li l-protesta "mhix meħtieġa" u "mhix f 'lokha". Dakinhar konna qed nipprotestaw fuq kuntratt ta' 80 elf ewro f 'konsulenza li ngħata bil-moħbi lil Konrad Mizzi wara li tneħħa minn Ministru. Illum nafu li dan il-kuntratt ingħata b'ordni ta' Joseph Muscat u bil-firma ta' Johann Buttigieg. Dan huwa l-istess Johann Buttigieg li sirna nafu li meta kien suppost qed imexxi l-Awtorità tal-Ippjanar kien qed juri x-xewqa li jagħmel negozju ma' Yorgen Fenech. Illum li Robert Abela ġie ffaċċjat b'dawn il-fatti, xorta baqa' jipproteġi lil Johann Buttigieg u żammu f 'postu jmexxi l-Awtorità tat-Turiżmu. Huwa ċar li lil Robert Abela l-uniku ħaġa li ddejqu hija l-istorbju li nagħmlu aħna meta nsiru nafu bi skandli bħal dawn. L-iskandli fihom infushom lil Robert Abela ma jikkawżawlu ebda sturdament. Ittra ta' theddid biex isikkitna Però, jekk Robert Abela jrid iwaqqaf l-istorbju, l-uniku triq li għandu huwa li jieħu l-azzjoni li hu mistenni li jieħu. Il-mediċina għall-isturdament tal-Prim Ministru mhijiex it-theddid lejn Repubblika u lejn kull min jeżiġi li tingħad il-verità kollha u ssir ġustizzja sħiħa. Jekk Robert Abela mingħalih li għax iqabbad lil xi pupazz minn tiegħu jibagħtilna ittra ta' theddid aħna se nisktu, Robert Abela għandu żball kbir. Ftit tal-jiem wara li pprotestajna biex titneħħa Rosianne Cutajar minn Segretarju Parlamentari, Robert Abela uża l-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji biex mingħalih isikket il-kritika tagħna. Mhux talli ma skitniex, talli ksibna iktar appoġġ popolari u anke internazzjonali. Robert Abela qed jipprova juża magħna l-istess strateġija li uża l-partit tiegħu biex isikket lil Daphne Caruana Galizia. Bħalma lil Daphne ppruvaw ineħħulha l-istatus ta' ġurnalista, lilna qed jippruvaw ineħħulna l-istatus ta' NGO. Bħalma lil Daphne ppruvaw ineħħulha l-mezzi finanzjarji, lilna jridu jwaqqfuna milli niffinanzjaw ruħna biex inkunu nistgħu niffunzjonaw. Se sservi 'l-poplu jew lill-qarnita? Possibbli għadu ma ndunax il-Prim Ministru li s-silenzju ma jfejjaqx sturdamenti? Għadu ma ndunax Robert Abela li l-isturdament tiegħu mhux ġej mill-istorbju li kienet tagħmel Daphne b'kitbietha jew mill- istorbju li nagħmlu aħna meta nipprotestaw? Għadu ma ndunax Robert Abela li l-għerq tal-isturdament tiegħu jinsab fil-ħniżrijiet li għamlu ta' madwaru? Għadu ma ndunax Robert Abela li jinsab stordut għax il-partit tiegħu sar ħaġa waħda mal-qarnita kriminali li ħatfet lil pajjiżna? Għadu ma ndunax, jew induna u ma jridx jammetti? Lill-Prim Ministru ngħidlu li bħalma min sikket lil Daphne ma sikkitx l-istejjer tagħha, kull tentattiv li se jagħmel biex isikket lil Repubblika se jwassal biss għal iktar storbju u għal iktar sturdamenti. Lill-Prim Ministru nappellalu biex mil- lum qabel għada jibda jġib ruħu ta' Prim Ministru. Li tipprova ssikket il-vuċijiet tal-ġurnalisti u tas-soċjetà ċivili mhix fil-job description ta' Prim Ministru imma hija l-job description li tridek twettaq il-qarnita mauża. Robert Abela jrid jiddeċiedi lil min irid iservi: jekk hux lill-poplu Malti jew lill-qarnita mauża. Jagħżel x'jagħżel Robert Abela, minn ħaġa waħda nassigurah: Repubblika kienet hawn, għadha hawn u se tibqa' hawn. Nassigurah li ebda theddid mhu se jwaqqaf il-ġlieda tagħna għall-verità u għall-ġustizzja. Nassigurah li kull darba li jonqos milli jieħu d-deċiżjonijiet li għandu jieħu se jsibna wara l-bieb ta' Kastilja, bil-posters, bis-sfafar, bil-bnadar, bil-borom u bl-istorbju tagħna. Robert Aquilina huwa l-President ta' Repubblika 22 opinjoni IL-ĦADD 14 TA' MARZU 2021 • illum Robert Aquilina Is-silenzju ma jfejjaqx sturdamenti L-aħħar protesta li organizzajt l-organizzazzjoni Repubblika Għadu ma ndunax Robert Abela li l-għerq tal-isturdament tiegħu jinsab fil- ħniżrijiet li għamlu ta' madwaru? Għadu ma ndunax Robert Abela li jinsab stordut għax il-partit tiegħu sar ħaġa waħda mal-qarnita kriminali li ħatfet lil pajjiżna?