Illum previous editions

ILLUM 8 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1399954

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 analiżi illum • IL-ĦADD 8 TA' AWWISSU 2021 li ma jħallulek ebda għażla ħlief li timxi f 'nofs it-triq. Manutenzjoni fqira ta' proġetti li swew il- miljuni. Xogħol manwali, lokali u impurtat, ta' kwalità baxxa, minn ħaddiema li m'għandhom l-ebda kwalifika, esperjenza jew taħriġ fil-qasam tax-xogħol tagħhom. Atturi li donnhom joħorġu kollha mill-istess forma, bi it taħriġ iżda b'ħafna partijiet, fuq kull stazzjon televiżiv. Ġurnalisti, ħafna minnhom tranżitorji, b'livell lingwistiku baxx u indipendenti daqskemm huma awtonomi l-klieb u l-qtates li nrabbu. Sportivi, magħduda ta' stilel lokali, li qatt ma jġibu riżultati, li komdi fl-ambjent Malti u li wħud minnhom lesti li jbiegħu lir-raħal u lil pajjiżhom; ambaxxaturi li qatt ma ħadu taħriġ, li jimbarazzaw lill-pajjiż b'dak li jiktbu, jgħidu u jagħmlu; adulti mhux kwalifikati li jitħallew jgħallmu lil uliedna; kritika ta' xogħlijiet letterarji u artistiċi li aktar għandha mill- propaganda kummerċjali milli mill-analiżi kritika; opinjonisti li jiktbu u jitkellmu fuq kollox; kompetizzjonijiet finta, fejn ir- rebbieħ ikun magħruf ferm qabel ma tibda l-kompetizzjoni; tenders miktubin biex jintrebħu minn min ikun miiehem li se jirbaħ; promozzjonijiet vvizzjati; bordijiet imdewdna bil-partitarji; ġid kbir moħbi u mhux intaxxat; għajnejn magħluqin għal-lussu fuq erba' roti jew fuq il-baħar; industrija tal-kostruzzjoni bla skrupli u rispett għal saħħet u ħajjet il- bniedem; istituzzjonijiet li jibdew jiffunzjonaw meta jintervjeni l-barrani; liġijiet magħmula biex jinkisru; u art maħsuba biex tibqa' verġni stuprata ta' kuljum. Din il-lista hija twila u mħawra biżżejjed biex tixħet dawl fuq kemm hija mifruxa l-medjokrità, u kemm hi leġittima f 'għajnejn il- poplu li jagħżel li jkompli jpespes fil-privat flok jiddiskuti din il- marda kronika fil-pubbliku. Il- mera pubblika turina wiċċ li ma rridux naraw għax nagħrfuh mill- ewwel. Daqshekk huwa familjari dan il-paragrafu magħna lkoll. Il-funzjoni tal-politiku jsir li jiffaċilità l-medjokrità u jagħżel nies li jassigurawha L-eġemonija tal-medjokrità ma tistax tipperpetwa ruħha mingħajr infrastruttura politika li tħeġġeġ, tilleġittimizza u tipproteġi l-medjokrità. Dan il-fenomenu jsaltan fejn hemm dgħufija etika u nuqqas ta' awtorità morali. Fejn hemm vojt morali diffiċli jkun hemm direzzjoni ċara u strutturi b'saħħithom li jiżguraw is-sewwa u l-kwalità għolja. Il-medjokrità tixxettel meta l-opportunisti predaturi, mill-ħuta ż-żgħira sal-balena, jokkupaw spazji statali u privati u jkunu lesti li jikkompromettu l-kwalità u jbaxxu l-livell tal- istennija morali. Meta dan l-atteġġjament isir in-norma, kif muri fil-paragrafu ta' qabel, il-fenomenu jieħu bħan-nar fl- istaġun niexef u l-ġlata tnawwar il-bħajra. F'dan it-tip ta' ambjent, l-individwu jimmaġina li hu dak li mhuwiex, jaħseb li kapaċi li jagħmel affarijiet li m'għandux il- ħiliet neċessarji biex jagħmilhom, u jagħmel talbiet li f 'cirkostanzi morali b'saħħithom lanqas biss jaħsibhom. Il-funzjoni tal-politiku f 'kuntest medjokri hija li jservi ta' faċilitatur ta' atti li jipperpetwaw il-medjokrità, ta' propagandist li jmeri s-sewwa magħruf, ta' aljenant li jżomm il-ġgajta ferrieħa, u ta' passatur li jagħżel b'reqqa n-nies li jiżguraw li r-rota tal-medjokrità tibqa' ddur; nies li jbaxxu rashom għal kollox, ma jmerux, jgħidu iva, jigdmu lsienhom meta suppost qegħdin jwerżqu, lesti jidħlu fin-nar u jieħdu d-daqqa flok il-politiku…dawk li jafu u jridu jilagħbu l-logħba. Filwaqt li l-eġemonija tal-medjokrità għandha infrastruttura b'saħħitha li tipperpetwa l-kunsens popolari, l-element vjolenti, il- faċċata l-oħra tal-eġemonija, ma jonqosx. It-theddid tat- tkeċċija għal min jitkellem, il- kontroll assolut fuq x'jingħad fil-pubbliku, it-tgħajjir fis- siti soċjali, il-bojkott soċjali, l-iżolament professjonali, l-injorar tal-pariri infurmati, u l-qtil, kollha għandhom l-għan li jagħlqu l-ħluq li jistgħu jikxfu jew jigdmu. F'soċjetà medjokri, is-silenzju u l-konformiżmu huma mistennija, u għajb għal min ma joqgħodx għal din l-istennija. Filwaqt li l-politiku huwa omnipreżenti u jagħtik l-impressjoni li huwa ħaj u attiv, Il-medjokrità waslet għall- mewt tal-politika. Flok viżjoni fit-tul, mibnija fuq prinċipji u ideoloġija, il-politiku medjokri jaħdem fl-immedjat, l-issa taċ- ċentriżmu estrem li jħalli lil poplu għarwien jaħseb li l-politika hija maħżen ta' għotjiet u servizzi, u li t-tiġrija politika hija bejn min għandu l-ħila li jmexxi l-maħżen bl-akbar effiċjenza. Politika li daħlet sew fil-loġika tas-suq. Sadattant, id-demokrazija tassew saret medjokrazija. Il-politiku medjokri jaħdem fl- immedjat, l-issa taċ-ċentriżmu estrem li jħalli lil poplu għarwien jaħseb li l-politika hija maħżen ta' għotjiet u servizzi, u li t-tiġrija politika hija bejn min għandu l-ħila li jmexxi l-maħżen bl-akbar effiċjenza

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 August 2021