Illum previous editions

ILLUM 15 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1401706

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 kotba IL-ĦADD 15 TA' AWWISSU 2021 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2021 MARK VELLA Reġa' wasal żmien il- Premju Nazzjonali tal-Ktieb, l-avveniment ewlieni għad- dinja tal-kotba Maltija li jaħbat ukoll ma' mument ieħor ta' importanza anki strateġika għall-industrija, il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Żewġ waqtiet li kull ma jmur iżidu gradwalment fl-importanza tagħhom: minn naħa, dik għas-suq tal-kotba u l-aspett ekonomiku tiegħu, imma anki mill-aspett politiku u kulturali. Din is-sena hija partikolarment importanti bħala l-prova ta' wara l-għeluq furzat tal-pandemija u l-isforz biex il-pubbliku jerġa lura fiżikament għall-ktieb, ħaġa li żgur jaf ikollha d-diffikultajiet tagħha wara t-tluq, furzat ukoll iżda mhux minn forza maġġuri, tal-festival mis-sit tradizzjonali tiegħu l-Belt għall-ispazju tal- wirjiet f 'Ta' Qali. Fl-istess ħin, minkejja kull diffikultà ffaċċjata mill- industrija f 'dawn l-aħħar snin, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għaraf, jekk mhux bilfors jegħleb, jiffaċċja l-isfidi b'mod ġodda u kreattivi, li servew sew biex iżommu f 'wiċċ l-ilma lid- diversi operaturi, kif ukoll biex jibqa' b'xi mod iħeġġeġ l-interess fil-ktieb. Anki jekk mhuwiex l-aktar prodott faċli biex jinbiegħ, hemm diversi faċċetti fl-argument ekonomiku li juru li għad hemm irkejjen varji b'potenzjal kbir li jistgħu jiġu sfruttati, u qed isiru dejjem aktar frekwenti l-mumenti fejn ktieb iqanqal xi xorta ta' diskussjoni pubblika, anki permezz tal-eżitu tal-konkors waħdieni li għandna f 'dan il-qasam. Anki jekk spiss id-diskors jinqala' fuq riħet polemika jew inkella l-ispettaklu tal-pubblikazzjoni unika, jidher li hemm lok għall-impatt tal- ktieb u tal-kontenuti fuq it- taħdit pubbliku, minkejja li din ir-realtà xorta waħda għadha rari, anki fid-dawl tal-mod kif inhuma kkapparrati l-ispazji għad-dibattitu medjatiku. Jekk niġu għall-Premju nnifsu, l-iżviluppi u l-bidliet reċenti li għadda minnu juru l-impenn tal-Kunsill Nazzjonali tal- Ktieb għal proċessi ta' udizzju serji, anki bl-introduzzjoni tal-kunċett tal-lista l-qasira, li madankollu, b'differenza minn dak li jseħħ fi premji magħrufa madwar mid-dinja, huwa aktar eżerċizzju ta' żbir neċessarju li jagħżel il-qamħ mis-sikrana. Fil-fatt, ħarsa lejn il-lista t-twila, jiġifieri l-kotba kollha li daħlu għall-konkors dis-sena, min- naħa tagħti stampa ta' industrija li b'xi mod baqgħet tferfer u toħroġ ammont sostanzjali ta' kotba apparagun taċ-ċokon tal- pubbliku qarrej, imma mill-oħra turi wkoll għadd ta' limiti fil- qasam tal-kwalità u tal-ħolqien tal-kontenuti. Il-lista qasira tal- finalisti, għalhekk, mhux dejjem neċessarjament tkun tassew l-elenku aħħari tal-aħjar kotba li ħarġu, imma x'aktarx dak il- ftit meraq sura li seta' jingħasar minn vendemmja li ma kinitx l-ideali. Dis-sena dan joħroġ ċar fil- qasam tar-rumanz imma anki tal-ġeneri narrattivi fittizji inġenerali. Hemm kategorija storikament importanti bħal dik tad-drammi fejn ma ddaħħlet l-ebda pubblikazzjoni, li tindika sew id-diffikultà fil-pubblikazzjoni fiżika ta' dan il-ġeneru imma wkoll in- nuqqas attwali tal-produzzjoni tiegħu. Nuqqas inkwetanti ieħor jinsab fuq in-naħa l-oħra tal-ispettru tal-qarrejja u l-pubblikazzjoni, fejn ebda ktieb oriġinali m'għamilha mal- finalisti u ebda ktieb tradott ma ġie sottomess għat-taqsima tal-adulti żgħażagħ mit-13 sas- 16-il sena. Żewġ estremi fil- produzzjoni tan-narrattiva li jikxfu dimensjoni preokkupanti marbuta mal-produzzjoni ta' kontenut xieraq: xejn għall- qarrejja ġodda, li taf anki tfisser l-ebda ispirazzjoni jew mudell għall-ġenerazzjonijiet Maltin li telgħin, u mill-oħra, patafjun xogħlijiet li jibqgħu jduru fl- istess ilma qiegħed tematiku u li jappellaw għal faxxa waħda ta' qarrejja li jaf hija importanti għas-suq imma li ma titlobx wisq fil-każ tal-esperjenzi u l-isfida intellettwali. Il-kategorija tar-rumanz ta' din is-sena, li s-soltu tkun l-aktar waħda miġġielda u mistennija, u li hija dik li tagħti l-preġju lill- konkors kollu (anki minħabba l-fondi u l-possibbiltajiet marbuta magħha, bħal fil-każ tat-traduzzjoni, l-esportazzjoni u l-addattament ċinematografiku), għandha biss żewġ kotba finalisti, minn lista twila li orġinarjament rat 25 parteċipant. 12 minn dawn kienu sensiela ta' kotba popolari tal-imħabba dwar protagonisti 'mudelli' nisa jew irġiel għal kull xahar tas-sena! Bħala ex-ġurat għall-konkors, nagħder il-kedda li jgħaddu minnha l-ġudikanti li jkollhom jaqraw, jew almenu jqallbu b'sens minimu ta' ġustizzja sportiva, kull wieħed minn dawn il-kotba li l-qarrej minimament imkisser ġa jkun jista' jqishom mill-qoxra. Hija realtà partikolari ħafna tal- ktieb Malti li forsi dak li jkun jew jirrassenja ruħu għalija u jaċċettaha, jew inkella, fil-każ ta' konkors nazzjonali ta' prestiġju, jista' jiddaħħal għarbiel ulterjuri, fejn il-lista qasira tkun lista tassew ta' mertu, forsi anki ġudikata minn terna differenti minn dik finali, sabiex tassew jiġu ppremjati u ppubbliċizzati mill-bidu nett pubblikazzjonijiet ta' kwalità. Din il-pawża stramba fil- proża almenu titgiddeb mill- attività qawwija fil-qasam tal-kitba qasira, ħaġa li dehret

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 August 2021