Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1401706
17 kotba illum • IL-ĦADD 15 TA' AWWISSU 2021 Mark Vella jagħti ħarsa lejn il-finalisti tad-diversi kategoriji tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, li jipprovdu ritratt tar-realtajiet tad-dinja tal-pubblikazzjoni Maltija, bejn inizjattivi ta' suċċess u xrariet għad-dibattitu mixgħula mill-kotba, sa lakuni inkwetanti fil-produzzjoni tal-istejjer li bihom il-bniedem ikun jista' jimmaġina r-realtà li għad irid joħloq ukoll fl-edizzjoni li għaddiet, fejn jidher li għaddejjin minn fażi fejn l-aħjar kontenuti qed jiġu prodotti min-novella, mhux neċessarjament kwistjoni ta' nifs qasir jew twil, imma forsi qawmien tal- ġeneru f 'dawn iż-żminijiet partikolari li ta' min jiġi studjat aktar fil-fond. Din il-kategorija toffri dejjem taħlita ta' kittieba ġodda u stabbiliti, b'waħda mill- favoriti ovvji tkun Lara Calleja, rebbieħa friska tal-Premju ta-Unjoni Ewropea għal-Letteratura għaċ-ċiklu Malti ta' dis-sena, minkejja li l-bejgħa għandha wkoll il-heavywieghts bħal Joe Friggieri u Trevor Żahra. Konkors ieħor interessanti se jkun dak fil-kategorija tat-traduzzjoni, li juri ċ-ċaqliqa riċenti fl-investiment u r-riskju tal-pubblikaturi għall-qlib ta' xogħlijiet barranin għall-Malti, u li f 'din l-edizzjoni tara bilanċ bejn traduzzjonijiet ta' klassiċi kanoniċi u pubblikazzjonijiet ġodda minn pubblikaturi u awturi barranin stabbiiti. Bħal dejjem, is-settur l-aktar produttiv, minbarra dak tat-tfal tal-Premju Terramaxka, huwa dak li nistgħu nsejħu tal-Melitensia, jiġifieri il-kotba tal- istorjografija u r-riċerka, fejn hemm ħemel pubblikazzjonijiet ta' kwalità għolja ħafna, anki mil-lat tad-disinn u l-preżentazzjoni. Ikun inġust li wieħed isemmi l-favoriti, mhux biss minħabba l-gost tal-pubblikazzjonijiet jissieltu fil- kompetizzjoni, iżda anki minħabba l-preġji ta' kull ktieb fil-lista l-qasira: imrewħa wiesgħa li tinfirex mill-istorja għall-bijografija, il-kritika letterarja, l-arti u r-riċerka reliġjuża, fost bosta titli oħrajn. L-aħħar settur li ħaqqu attenzjoni u li qed juri progressi interessanti huwa dak tan-non-finzjoni letterarja, titlu kemm xejn żgwidanti, jekk mhux ossimoriku, imma li jipprova jagħżel ir-riċerka minn produzzjonijiet li jitbandlu bejn il-kreattiv u l-akkademiku. Fost il- kotba li jistgħu jissemmew, hemm it- trattat filosofiku Sejjieħ il-Ħsieb ta' John Baldacchino, il-ktieb 'mhux miktub' ta' reminixxenzi mużikali xprunati mill- pandemija Noti-Toni-Jien ta' Immanuel Mifsud u Toni Sant, u wieħed mill-kotba tas-sena li huwa d-djarju mill-ħabs ta' Daniel Holmes, ippubblikat mil-Lovin' Malta bħala spin-off mitbugħ tas-segwitu ġurnalistiku dwar il-ħabsi Britanniku kkundannat għall-pussess tal-ħaxixa. Minkejja li sena stramba għal dak li jitqies strettament bħala letteratura, hemm diversi oqsma oħra fl-edizzjoni ta' din is-sena li jistgħu jipprovdu skop kbir għad-dibattitu u li juru wkoll li b'xi mod is-suq tal-kotba huwa ħaj u qawwi, anki fid-dawl tal-esperimentazzjoni u d-dħul għall-isfidi mhux faċli, u anki għall- varjetà ta' stimoli u kontenuti li l-kittieb Malti qed jaffronta b'suċċess.