Illum previous editions

ILLUM 15 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1401706

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

23 opinjoni illum • Il-ĦADD 15 TA' AWWISSU 2021 Ninvestu fil-komunità, ninvestu fin-nies B ħala Malti, inħoss sens ta' kburija meta nara interess f 'postijiet ta' importanza storika u kulturali, bħalma huma l-Imdi- na u l-Bażilika tal-Mosta. Żewġ ġawhar li kull turist ifittex bi ħġaru u kull Malti u Għawdxi b'sodisfazzjoni jgħid li jappart- jenu lil dawn il-gżejjer. Matul dawn il-jiem, ħabbarna sistema innovattiva ta' dawl estern għal dawn iż-żewġ postijiet. Hemm min staqsa: għaliex? Ir-risposta hija sempliċi: għaliex is-sistema attwali hija antikwata ħafna, tniġġeż ħafna, taħli wisq enerġija, u tidher kerha matul il-lejl. Huwa sentiment sabiħ li tkun kburi bil-patrimonju tiegħek, imma dan il-patrimonju trid tħarsu, anke' billi tiżgura li l-estetika tal-post tagħmel ġieħ lill-binja. Is-sistema ġdida ta' dawl estern għandha tliet benefiċċji ewlenin: l-effiċjenza fl-enerġija, il-ħarsien tal-ġebla Maltija u titjieb fid-dehra tal-binjiet, kemm meta tħares lejhom mill-qrib, kif ukoll minn diversi nħawi. Irridu nagħrfu li dawn huma landmarks li jitgawdew minn bosta rħula, inkluż mill-ajru, speċjalment waqt l-inżul b'ajruplan fuq il- gżejjer Maltin. Ħarsu lejn l-Imdina mill- bogħod matul il-lejl, jew lejn il-Bażilika tal-Mosta. Tinnotaw li partijiet huma mdawwla u partijiet le, filwaqt li d-dawl mitfugħ fuq partijiet li mhux neċessarjament jirrifletti s-sbuħija arkitettonika. Agħar minn hekk, id-dawl jarmi ħafna dija u sħana 'l barra, b'konsegwenza li jiddisturba lill-madwar u jagħmel ħsara gradwali lill-binjiet infushom. Dawn huma sfidi li b'investiment xieraq mill-NDSF, qed nindirizzawhom. Dan mhux proġett iżolat. Bħalissa għaddejja ħidma fuq ir-restawr tan-niċċa ta' San Pawl fir-Rabat, b'investiment mill-Aġenzija Komunità Malta. In-niċċa storika ġiet ikkummisjonata mill- Granmastru de Vilhena fl- 1727 u matul is-snin kellha importanza kbira kemm għar-Rabtin kif ukoll fuq livell nazzjonali, bid-devozzjoni lejha tattira viżitaturi minn madwar il-gżejjer Maltin. In-niċċa żviluppat ċertu ħsarat mal-milja taż-żmien. L-użu ta' cement f 'ċertu istanzi, xogħol ta' kisi li qdiem maż-żmien, l-effetti tal-ilma, l-introduzzjoni ta' plakek kommemorattivi, l-akkumulazzjoni ta' trabijiet fuq il-ġebel u l-effett tal- veġetazzjoni selvaġġa huma kollha fatturi li wasslu għal ħsara li nġemgħet matul iż- żmien. Għalkemm in-niċċa kienet restawrata fl-2002, il- bżonn attwali ta' restawr huwa qawwi. Fost oħrajn, in-niċċa se tkun imnaddfa professjonalment minn kull element naturali u kull intervent uman li seta' sar u li ma jikkontribwixxix għall-valur storiku tagħha. Wara, l-għamla tagħha se tkun ikkonsolidata. Fost oħrajn, xogħol tal-ġebel li huwa ddeterjorat u li jhedded l-istabbiltà tal-istruttura se jkun mibdul b'mod professjonali. Huwa strumentali li dak li għandna, inħarsuh. Dan ma japplikax biss għall- patrimonju mibni, imma wkoll għall-ispazju fejn timraħ il-ħajja naturali. Din il-ġimgħa ħabbarna li għalqa abbandunata fil-Mosta, li tkopri 'l fuq minn 4,000 metru kwadru u li tinsab fl-iskema tal-iżvilupp, se tingħata ħajja ġdida biex tibda titgawda mill- komunità. L-għalqa magħrufa bħala ta' 'Ċikku Fenech' hija kbira daqs grawnd tal-futbol, u sservi ta' pulmun aħdar fil-komunità. Attwalment, fiha wħud mill- ispeċi ta' siġar tipiċi Maltin, bħal żebbuġ u ċipress, iżda tinsab abbandunata u mhux ikkultivata, minbarra li tinsab fl-iskema tal- iżvilupp. Il-proġett se jħares il- ħajja naturali, filwaqt li jipprovdi aċċess u jiżgura li l-ispazju jibqa' aħdar. Dan il-proġett ma kienx imħabbar waħdu, imma bħala parti minn sensiela ta' proġetti ta' urban greening. Fil-Ħamrun, żona li bħalissa tintuża biss bħala parkeġġ se tinbidel f 'roof garden. Qed nirreferi għal Misraħ is-Sebgħa ta' Ġunju 1919, fejn ser jinżamm l-istess spazju ta' parkeġġ li huwa disponibbli attwalment, filwaqt li se jkun installat li għall-aċċessibilità ta' kulħadd u latrini pubbliċi. Mal- faċċata tal-istrutturi l-ġodda, ser jiġi installat ġnien vertikali, biex dawn l-istrutturi jkunu integrati bl-aħjar mod possibli mad- disinn ġenerali. Dan il-proġett innovattiv ħa jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti billi joffri spazju ekoloġiku miuħ, fejn se jitħawwlu siġar u arbuxelli. Nibqgħu dejjem favur ideat innovattivi li jikkontribwixxu għal spazji aktar ħodor f 'żoni urbani ta' densità għolja, li bħalissa huma assoċjati ma' uċuħ ta' tarmak u traffiku eċċessiv. Meta ninvestu fil-komunità, inkunu qed intejbu l-kwalità tal-ħajja tar- residenti, nippromwovu stili ta' ħajja sostenibbli u nħarsu l-patrimonju Malti. Nemmen li d-dmir tagħna hu li noħolqu l-ġid, kif qed nagħmlu permezz tal- investiment dirett barrani. Dan il-ġid irridu naraw li jasal fil-komunità, għax meta jasal fil-komunità, ikun qed jasal għand in-nies. Meta l-ġid li noħolqu jasal għand in-nies, inkunu qed intejbu ħajjet in-nies, u nkunu qdejna d-dmir tagħna bħala politiċi rappreżentanti tal-poplu kollu. Alex Muscat huwa s-Segretajru Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat Il-Bażilika tal-Mosta li din il-ġimgħa tħabbar li se tkun qed tinxtegħel b'sistema inovattiva ta' dawl

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 August 2021