Illum previous editions

ILLUM 15 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1401706

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 IL-ĦADD 15 TA' AWWISSU 2021 • illum aħbarijiet L-Awtorità tal-Ippjanar tagħlaq numru ta' Numru ta' każijiet ta' żvilupp illegali mwettqa f 'żoni ODZ madwar Malta u Għawdex ingħalqu matul il-ġimgħat li għaddew. Dan, wara li uffiċjali li jaħdmu fi ħdan id-Direttorat tal-Konformità u l-Infurzar fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar intervjenew u għamlu pressjoni fuq is-sidien tal-postijiet biex ineħħu l-iżvilupp illegali jew jiffaċċjaw azzjoni ulterjuri. F'Malta, erba' siti ODZ, fi Triq il-Wardija, San Pawl il-Baħar, fi Sqaq Taċ-Ċawla u Triq il-Ġarġir, limiti tar-Rabat (Malta), u sit fi Triq ix-Xgħajra kantuniera ma' Triq Agatha Barbara f 'Ħaż- Żabbar kienu qed jintużaw għar- rimi illegali ta' vetturi skartati, kontejners, skart tal-kostruzzjoni, u l-ħażna ta' trakkijiet u dgħajjes mingħajr il-permessi meħtieġa. Dawn tneħħew kollha, u s-siti reġgħu marru lura għall-użu oriġinali tagħhom. Bl-istess mod, f 'Għawdex, ġie mnaddaf sit agrikolu 'l barra minn Triq Borġ Għarib, limiti ta' Għajnsielem, li kien qed jintuża illegalment għall-parkeġġ ta' vetturi kummerċjali. Diversi kmamar u strutturi f 'numru kbir ta' siti, f 'Malta u Għawdex, li nbnew mingħajr permess tal-iżvilupp twaqqgħu mis-sidien rispettivi u s-siti issa qed jerġgħu jintużaw għal skopijiet agrikoli. Dawn il-kmamar kienu jinsabu f 'sit 'il barra minn Triq il-Mellieħa, il-Mellieħa, fi Triq Ħal Farruġ, Ħal Luqa, fi Triq id- Deheb Fin, Ħal Qormi, u f 'żona magħrufa bħala Tax-Xieref f 'Ħal Għaxaq. F'Għawdex, is-siti kienu fi Triq ta' Ħamet u Triq il-Kav. Lorenzo Zammit Haber, ix- Xewkija, u fi Triq Ġużeppi Grech fix-Xagħra. Uffiċjali tal-infurzar obbligaw ukoll is-sid li bena, b'mod mhux traddizzjonali, medda twila ta' ħajt tas-sejjieħ tul il-kampanja fil-periferija ta' Għajnsielem, biex iżarma l-ħajt u jerga' jibni l-ħajt tas-sejjieħ bl-użu tal-metodoloġija tradizzjonali. Matul l-2020, id-Direttorat irċieva 3,313 ilment minn diversi sorsi, li allegaw żvilupp illegali. Wara l-investigazzjonijiet meħtieġa, f '55% tal-każijiet, l-Awtorità sabet li kien qed isir żvilupp illegali. Id-Direttorat ħareġ 145 avviż t'infurzar li rriżultaw minn dawn l-ilmenti, filwaqt li f '45% tal-każijiet is- sidien infushom ikkonformaw jew neħħew l-illegalitajiet, qabel ma ttieħdet aktar azzjoni. Wara: Sit fi Triq il- Mellieħa, il-Mellieħa Qabel: Sit fi Triq il- Mellieħa, il-Mellieħa Qabel: Sit fi Triq il-Wardija, San Pawl il-Baħar Wara: Sit fi Triq il-Wardija, San Pawl il-Baħar Qabel: Sit fi Triq id- Deheb Fin, Ħal-Qormi Wara: Sit fi Triq id- Deheb Fin, Ħal-Qormi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 August 2021