Illum previous editions

ILLUM 12 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1409315

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 illum • IL-ĦADD 12 TA' SETTEMBRU 2021 analiżi Funded by the European Union Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta. jista jservi bħala transizzjoni għal futur iktar ħadrani, b'tibdiliet favur l-ambjent u l-ekonomija sustanibbli. Fid-29 ta' April, il- partit kien ospita laqgħa għall- mexxejja tal-partit propju fuq dan kollu fejn ġie diskuss il-bini tal-Fond għall-Irkupru nnifsu u l-aspetti differenti tal-kriżi. F'Ġunju li għadda l-Ħodor organizzaw sessjoni fil-Parlament Ewropew iddedikata lill- pandemija u l-impatt fuq il- ġustizzja soċjali. Bl-għajta, 'ma nħallu 'l ħadd warajna', il-Ħodor xtaqu jiżguraw li l-UE tpoġġi s-saħħa u l-ugwaljanza soċjali fil- qalba tas-soċjetà tagħna. Din is-sessjoni kienet tirrifletti kwistjonijiet differenti bħall- ekonomija, drittijiet soċjali u solidarjetà, trasformazzjoni ekoloġika ġusta u l-irwol tal-EU Green New Deal fil-ġustizzja soċjali u ambjentali. Il-partit tal-Ħodor kien minn ta' quddiem li tkellem ukoll dwar is- settur turistiku u l-impatt li ħalliet il-pandemija fuqu. F'riżoluzzjoni tal-istess partit lura f 'Diċembru tal-2020, huma semmew kif pajjiżi bħal Malta setgħu jingħataw għajnuna minħabba li t-turiżmu huwa fattur essenzjali jew importanti fl-ekonomija jew fl- iżvilupp ekonomiku. Għalhekk dan il-partit kien iġġieled għal miżuri ta' emerġenza biex jikkumpensaw għat-tnaqqis brutali fid-dħul ekonomiku marbut mat-turiżmu speċjalment fil-Mediterran, iżda wkoll f 'reġjuni oħra fl-Ewropa. Huma kienu saħħqu li l-kriżi tal- COVID-19 tat prova traġika tal- vulnerabbiltà ta' pajjiżi, reġjuni u komunitajiet Ewropej li għalihom it-turiżmu, inkluż it-turiżmu tal- kungress, huwa importanti. Fil- lista huma kienu niżlu lil Malta bħala eżempju flimkien mal- Kroazja, Franza, il-Greċja, l-Italja, il-Portugall u Spanja. Il-Ħodor u l-abort! F'riżoluzzjoni li tmur lura għall-2011, il-Ħodor kienu talbu għar-rikonoxximent tad-dritt fundamentali tan-nisa li jiddeċiedu meta u jekk jixtiequ jkollhom it- tfal, u d-dritt li jkollhom abort f 'kundizzjonijiet psikoloġiċi, sanitarji jew ekonomiċi tajba, tkun xi tkun l-età, l-oriġini soċjali jew l-istat ċivili tagħhom. Huma talbu aċċess għal abort sigur u legali li baqa' kwistjoni kontroversjali f 'pajjiżi Ewropej, fejn il-liġijiet ivarjaw minn projbizzjoni għal leġislazzjoni aktar liberali. Madankollu l-Partit Ewropej tal-Ħodor kien irrefera wkoll għal pajjiżna meta semmew pajjiżi li qed jieħdu inizjattivi li "jheddu d-drittijiet sesswali tan- nisa, b'mod partikolari d-dritt għall-abort." Għaxar snin wara, dan l-argument reġa' qam b'aktar saħħa fil-Parlament Ewropew, bl- attakk iddur fuq il-Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza, Helena Dalli. Din id-darba il- Partit kien aktar voċifru, iġġieldu għall-istess valuri filwaqt li qalu li qed josservaw tnaqqis serju fid- drittijiet sesswali u riproduttivi tan-nisa fl-Ewropa. F'din iċ-ċirkostanza huma kienu qed jirreferu għall-Polonja li neħħiet l-aċċess għall-abort u l-irtirar tat-Turkija mill- Konvenzjoni ta' Istanbul. Huma kienu ssuġġerixxu li l-istati Membri qed ifallu l-obbligi ta' diliġenza dovuta lilhom taħt il-liġi internazzjonali u reġjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, kemm fil-protezzjoni tan-nisa u tal-bniet mill-vjolenza sesswali kif ukoll fil-provvediment ta' aċċess għall-ġustizzja. Fir-riżoluzzjoni tagħhom li ġiet adottat mill-partit bejn il-25 u d-29 ta' Mejju, bl-isem ta' "il-kunsens huwa sexy", il-Ħodor talbu għal definizzjoni legali ċara ta' 'rape', għarfien dwar il-kunses u l-età tal- kunsens kif ukoll aġġornament fl- edukazzjoni tas-saħħa sesswali u riproduttiva. Il-Ħodor u l-imigrazzjoni! Tajjeb li qabel ma ngħidu x'inhi l-pożizzjoni tal-Partit Ewropew tal-Ħodor rigward l-imigrazzjoni, infakkru li dan il-Partit huwa magħqud mal-Alleanza Ħielsa Ewropea (EFA). Imwaqqaf fl-1999, l-EFA jiġbor fih MEPs li jemmnu f 'Ewropa bla fruntieri. Jappoġġjaw Ewropa bħala nazzjon wieħed filwaqt li jiddefendu d-diversità kulturali u lingwistika. B'dak f 'moħħna, il-Partit Ewropew tal-Ħodor jemmen li l-Ewropa kienet proġett ta' paċi, li tegħleb il-fruntieri u tgħaqqad in-nies. Il-Ħodor jiċċelebraw id- diversità u jridu jagħmlu l-Ewropa post sigur għal kulħadd. Jemmnu li d-dinjità tal- bniedem, l-ugwaljanza u s-solidarjetà huma valuri Ewropej ewlenin u jiffurmaw il-pedamenti tal-Proġett Ewropew. Jemmnu wkoll f 'soċjetà ġusta fejn kulħadd huwa trattat b'mod ugwali u jgawdi l-istess drittijiet, irrispettivament mis-sess, l-etniċità, ir-reliġjon u l-orjentazzjoni sesswali tagħhom. Lura fl-2013, meta Lampeduża kienet għaddejja minn kriżi li ħalliet aktar minn 300 immigrant mejjet, il-Ħodor użaw din il-kriżi bħala eżempju f 'reżoluzzjoni li ssostni li l-UE mhux tagħmel biżejjed biex tipproteġi lill-immigranti. Fil-preżent huma għadhom tal-istess fehma filwaqt li ma jaqblux kif skonthom, il-politika tal-migrazzjoni Ewropej u nazzjonali, hija aktar ibbażata fuq tħassib ripressiv u ta' sigurtà billi jikkriminalizzaw lill-immigranti. Fil-fatt il-Ħodor kienu servew bħala oppożizzjoni meta fil- Parlament Ewropew bdew jiġu diskussi proposti mill- Kummissjoni Ewropea biex tinterċetta dgħajjes fil-Baħar Mediterran u tibgħathom lura lejn l-Afrika ta' Fuq. Huma kemm-il darba tennew li "meta tiġi biex tħalli n-nies jidħlu, kull ċenteżmu jingħadd u jiġi mistoqsi. Madankollu, l-UE m'għandha l-ebda problema li taħli riżorsi konsiderevoli biex iżżomm in-nies barra." F'April tal-2020, Malta sabet ruħha fil-ġurnali barranin kif ukoll fl-aġenda tal-Parlament Ewropew wara li l-Gvern taħt l-amministrazzjoni ta' Robert Abela ħabbar li Malta hi nazzjon żgħir li ma jiflaħx għal aktar. Dak iż-żmien Malta kienet ukoll fil- bidu tal-pandemija. Il-Partit Ewropew tal-Ħodor flimkien ma' dawk l-imsejħa Alternattiva Demokratika mmexxija minn Carmel Caccopardo kienu bagħtu stqarrija lill-Gvern biex jesprimu d-diżappunt tagħhom. Fl-ittra huma stqarrew li huma ddiżappuntati li m'hemm l-ebda rieda fost il-gvernijiet għal soluzzjoni Ewropea. Sostnew li s-solidarjetà Ewropea hija assolutament meħtieġa f 'din is- sitwazzjoni. Filwaqt li spjegaw li bħala unjoni, l-Ewropa għandha r-responsabbiltà umanitarja li tipprovdi lil dawn in-nies bl-ikel u l-ħtiġijiet bażiċi tal-ħajja huma ħeġġew ukoll lill-awtoritajiet Maltin biex "jieqfu jiddemonizzaw il-bastimenti tal-NGOs li qed jagħmlu dak li l-UE u l-istati membri tagħha qed jonqsu milli jagħmlu: isalvaw il-ħajjiet." Il-Ko-presidenti tal-Ħodor, il-MEP Ġermaniża Ska Keller u l-MEP Belġjan Philippe Lamberts

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 September 2021