Illum previous editions

ILLUM 10 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1418270

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 3 TA' OTTUBRU 2021 Ritratt: James Bianchi kultura tal-Kannabis. Aħna fuq min juża l-Kannabis' issottomettew proposti." Huwa qal li wara li l-Gvern ħareġ il-White Paper b'diversi punti l-Kap tal-PN Bernard Grech qal illi kien hu li ħareġ bil-proposti. "Din hija politika cheap," saħaq il-Ministru mal-ILLUM. 'Kien xokk tremend' Induru naqra fuq is-suġġett tar-razziżmu li reġa' kien fuq l-aġenda waħda sew hekk kif ħaddiem immigrant tħalla fuq il-bankina mill-impjegatur tiegħu, wara li kien waqa' f 'sit ta' kostruzzjoni u kien imweġġa'. X'ħaseb il-Ministru tal-Ugwaljanza meta sar jaf b'dan l-inċident? "Kien xokk tremend. Staqsejt lili nnifsi, possibbli wasalna sa hawn?" beda jirrakkonta, filwaqt li jgħid li ma kienx biss xokk għalih, imma kien xokk ukoll għal dawk ta' madwaru. "Għamlet aktar u aktar impatt għax propju meta ġrat konna qed nippreparaw l-Istrateġija kontra Razziżmu." Huwa qal li l-poplu Malti mhuwiex hekk u ma jridx dawn l-affarijiet. Iżda jinnota kif minkejja dan, dak li ġara "xegħel l-alarm dwar abbuż inaċċettabbli li għaddejjin minnu ċerta nies barranin li qed jaħdmu f 'pajjiżna." 'Differenza bejn il-kritika fuq il-piż li Malta qed iġġorr u r-razziżmu!' Ladarba semma l-Istrateġija kontra r-Razziżmu din il-gazzetta tfakkru li s-sors ta' ħafna xenofobija u trewwiħ ta' mibgħeda huwa proprju fuq il-midja soċjali. Din l-istrateġija kif se tindirizza dan? Huwa jibda billi jfakkar li din hija strateġija li Malta qatt ma kellna bħalha u li se tkun estensiva hekk kif se tolqot kważi lil kull Ministeru u settur, għas-snin li ġejjin. "Wieħed jista' jkollu pożizzjoni b'saħħitha fuq l-immigrazzjoni u kif il-komunità internazzjonali qed tippretendi li nġorru piż li huwa ikbar minn dak li nifilħu, imma dan ma jagħtinix il-jedd li nkun razzist." Huwa stieden lill-pubbliku biex jagħmel differenza bejn il-kritika dwar qsim tal- piż u dak li jiflaħ il-pajjiż u r-razziżmu u l-mibgħeda, fuq in-naħa l-oħra. 'Ħafna immigranti ma jirrapportawx l-abbuż għax jibżgħu - Dan irridu nindirizzawh' Il-gazzetta iżda tistaqsi realment dan l-abbozz x'differenza se jagħmel u jekk dan huwiex biss eżerċizzju jew kampanja edukattiva. Bonnici jwieġeb fin-negattiv u jgħid li dan huwa ħafna iktar minn sempliċiment kampanja, imma huwa "pjan ta' bidla." Jagħti eżempju ta' xi ħaġa li din l-istrateġija tixtieq li tindirizza: dak li jsejjaħ "under reporting". Huwa jgħid li diversi barranin f 'pajjiżna - imma b'mod speċjali dawk ta' karnaġġjon skur - jibżgħu jirrapportaw abbużi li jsiru fuqhom. "Jiena smajtu lil Jaiteh Lamin f 'dak il-filmat jibki biex ma jiħduhx l-Isptar għax inkella jispiċċa l-Ħabs. Kif nistgħu naċċettawh dan? Diġà ħażin li persuna ma titkellimx għad- drittijet tagħha, aħseb u ara li tibża' titkellem għax tispiċċa agħar!" Imma ma jaħsibx li kummenti bħal, "full up" mill-Prim Ministru ma jgħinux u jagħtu l-impressjoni li l-immigranti huma żejda? Huwa qal illi li wieħed jgħid li pajjiżna ma jiflaħx għal piż wisq kbir ta' immigranti, mhix stqarrija razzista. "Ma hemm xejn razzist f 'li tgħid illi pajjiżna ma għandux iġorr piż li ma jiflaħx. Ir-razziżmu huwa meta jinqatel xi ħadd, sempliċiment u allegatament għax iswed - kif qed nisimgħu fi-Qorti. Dak huwa razziżmu u dan ma hemmx postu f 'dan il- pajjiż." Huwa jisħaq li Malta trid tkun pajjiż fejn kulħadd jiġi rrispettat, "jekk inti persuna LGBTIQ, jekk inti persuna b'karnaġġjon iswed, jekk int ateu jew għandek reliġjon differenti...għandek tiġi trattat bl-istess mod u b'dinjità għax dan il-pajjiż għandu post għalik." La semma' r-reliġjonijiet differenti, il- gazzetta ILLUM staqsiet lill-Ministru Bonnici xi jgħid kieku jiġi xi ħadd mill-komunità Musulmana, per eżempju, jitolbu post fejn ikun jista' jitlob, deċiżjoni li tfakkru li it li xejn tkun popolari. Huwa fakkar illi hu jista' jgħid u jitkellem fuq dak li għamel diġà. Jgħid kif wara ehim miegħu kien instab post fil-Furjana fejn il-komunità Musulmana setgħet tmur titlob. "U meta qed ngħidu Musulmani qed ngħidu wkoll nies Maltin bħalna," qal il- Ministru Bonnici. Huwa sostna li jinsab ċert li l-problema ta' bosta mhuwiex il-post tat-talb per se, imma problemi ta' parkeġġ u storbju li jinħoloq. 'Il-każ ta' Lamin, juri kemm għad fadal xi jsir fuq ir-razziżmu' U finalment bħala l-Ministru li taħtu jaqgħu wkoll id-drittijiet ta' persuni LGBTIQ il-gazzetta tinnota illi llum id-drittijiet għal komunità LGBTIQ hija ugwali ma' dawk ta' persuni eterosesswali, grazzi għall-Gvern preżenti. Allura x'jista' jagħmel aktar hu, milli diġà sar? Huwa qal illi hu jiaħar bix-xogħol li sar mill-Partit Laburista fil-qasam tad-drittijiet ċivili għal persuni LGBTIQ, kif ukoll fil- qasam tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri - saħansitra jfakkar li huwa ħadem biex ikun hemm bilanċ fil-Ġudikatura. "Sfortunatament iżda, immur fej immur u meta niltaqa' ma' membri ta' bordijiet in- nisa jkunu fil-minoranza. Il-każ ta' Lamin, juri kemm għad fadal xi jsir fuq ir-razziżmu. Mur tkellem ma' persuni trans u jgħidulek kemm għad fadal xi jsir u xi problemi jħabbtu wiċċhom magħhom." Huwa qal li l-Gvern ħadem u se jkompli jaħdem biex dan il-pajjiż ikollu "xibka ta' ugwaljanza" li tipproteġi lil kulħadd, kif tipproteġi lin-nies ix-xibka soċjali. Morna minn sitwazzjoni fejn kont titressaq il-Qorti jekk tkun ħadt joint jew inkella 3.5 grammi. Illum qed ngħidulek li sa seba' grammi ma titressaq imkien u ma jeħdulekx il-kannabis

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 October 2021