Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1418270
14 aħbarijiet IL-ĦADD 11 TA' OTTUBRU 2021 • illum Dawn l-artiklI jifformaw parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ- ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta. ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Membru Parlamentari Ewropew Luis Garicano mill- Partit Renew Europe sostna li minkejja li dwar il-ħasil ta' flus qed jinqabdu l-istess tip ta' nies, bl-istess tip ta' reati, realment mhu jinbidel xejn fuq livell Ewropew. Garicano qal dan meta kien qed jitkellem f 'dibattitu mmexxi mill-Viċi President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola dwar dak li kien żvelat fl-aħħar jiem: Il-Pandora Papers. Il-Pandora Papers komplew fejn ħalla xogħol ieħor ta' ġurnaliżmu investigattiv u mill-ġdid sar mill-Konsorzju Internazzjonali tal-Ġurnalisti Investigattivi (ICIJ). Il-Pandora Papers kixfu l-intriċċi finanzjarji u l-ħabi ta' politiċi madwar id- dinja, b'uħud minnhom - mhux b'daqstant ta' sorpriża għal min huwa ċiniku fuq il-politiċi - ikunu ġew eletti fuq wegħdi tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u favur il- korrettezza. Waħda mill-kumpaniji żvelati kienet tal-eks Ministru tal-Finanzi John Dalli. Dalli kellu kumpanija fil-British Virgin Islands li qatt ma ddikjara meta kien Deputat u anke Ministru. Il-Parlament Ewropew ma tantx ħallieha lixxa lil dawn għalkemm diversi MEPs kellhom kliem ta' kritika kbira lejn l-UE wkoll, hekk kif uħud minn dawk fiċ-ċentru ta' dan l-iskandlu huma politiċi ewropej, xejn inqas mill-Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka (Ċekea). Anže Logar mill-Kunsill Ewropew ammetta li rivelazzjonijiet bħal dawk tal- Pandora Papers mhumiex xi ħaġa ġdida, għalkemm fakkar illi jeħtieġ aktar investigazzjoni biex ikun determinat fejn saru illegalitajiet u fejn le. Huwa qal li għalkemm il-Kunsill - fejn wara kollox ikun hemm il-Prim Ministru Ċek innifsu, li huwa implikat - mhux se jieħu pożizzjoni fuq każ wieħed, fakkar li l-UE ħadet diversi passi biex tiġġieled il-ħasil tal-flus. Huwa fakkar li saru direttivi kontra l-ħasil tal-flus kif ukoll attentati biex jingħalqu "toqob" fil-liġijiet li permezz tagħhom min irid jgħaddi flus illegali jew flus li ma jridx juri ikun jista' jagħmel dan. Huwa fakkar ukoll li saru diversi direttivi għal trasparenza fit-taxxa filwaqt li fakkar li se jkunu qed jitressqu regoli ġodda li jagħmluha ħafna inqas attraenti li persuna tiaħ shell companies. Kumpanija shell hija dik li ma jkollhiex operazzjonijiet ta' negozju, iżda li tkun imwaqqfa sabiex tilħaq għanijiet differenti. Kumpanija shell mhijiex illegali, imma l-attivitajiet li għalihom ħafna drabi tintuża, jiġifieri ħasil ta' flus u ħabi ta' sid ta' kumpanija (Ultimate Beneficiary Owner), huma illegali. Il-Kummissarju Paolo Gentiloni faħħar l-inizzjattiva tad-dibattitu u qal illi l-Kummissjoni kienet pro- attiva fil-ġlieda favur it-trasparenza fit-taxxa u kontra l-ħasil tal-flus. Huwa fakkar li l-Unjoni Ewropea għandha fost l-aqwa qafas bi standards għoljin. Minkejja dan innota li stejjer bħal tal-Panama Papers u issa l-Pandora Papers għadhom ħerġin u saħaq li r-raġunijiet huma bosta, fosthom li wħud mill-miżuri għad iridu jkunu implimentati b'mod sħiħ, filwaqt li min irid jevadi dejjem isib modi ġodda kif jagħmel dan. Gentiloni wkoll semma' l-proposta leġiżlattiva li mistennija tiġġieled is-sehem tax-shell companies fil-ħasil tal-flus. 'Daphne Caruana Galizia inqatlet għax kienet qed tiġġieled il-ħasil tal-flus' L-MEP tal-Partit Nazzjonalista David Casa sostna illi hija "tal- mistħija" li wara ħames snin mill- iżvelar tal-Panama Papers erġajna qed nisimgħu bi stejjer ta' evażjoni. "Is-serq, il-ħabi u l-ħasil tal-flus... u mill-ġdid huma l-ġurnalisti li żvelaw dan kollu. Qed jagħmlu xogħolna u dan mhuwiex sew," saħaq Casa. Huwa fakkar li nhar is-16 ta' Ottubru li ġej se jitfakkar ir-raba' anniversarju mill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia f 'Malta u sostna li din inqatlet propju għax kienet qed "tiġġieled il-ħasil tal- flus." Huwa kompla jgħid li l-politiċi jinvestu fiż-żgħażagħ, fil-ħaddiema 'L-istess nies, li qed iwettqu l-istess dwar il-Pandora Papers Kellna l-Iswiss Leaks, il-Panama Papers, il-Paradise Papers u issa l-Pandora Papers. Il-Parlament Ewropew jiddiskuti dan l-iżvilupp li kixef l-għawwar ta' tant politiċi u flus u assi li ppruvaw jaħbu mill-pubbliku...