Illum previous editions

ILLUM 10 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1418270

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 11 TA' OTTUBRU 2021 u fil-pensjonanti hemm bżonn u mhux jaħbu flushom. "Ejjew ningħaqdu u nkunu Parlament magħqud fuq il- kwistjoni tal-ħasil tal-flus," temm jappella l-MEP David Casa f 'referenza għal proposti li l-Kummissjoni Ewropea mistennija tħabbar dwar il-ħasil tal-flus. L-MEP tal-Partit Popolari Ewropew Lydia Pereira għamlet serje ta' mistoqsijiet u tweġiba. "Għalfejn qed infallu?" kienet l-ewwel mistoqsija bit-tweġiba tkun illi l-UE mhux dejjem qed tagħmel użu massimu tal-mekkaniżmi u instrumenti eżistenti biex il-ħasil tal-flus ikun miġġieled. Qalet ukoll illi l-Gvernijiet tal-Istati Membri mhux qed juru ħeġġa biex jiġġieldu kontra dan ir-reat finanzjarju. "X'għandna nagħmlu?" kienet it- tieni mistoqsija li staqsiet Pereira, bit-tweġiba tkun illi hemm bżonn ehim internazzjonali fuq it- tassazzjoni ta' negozji. Staqsiet kif is-Seychelles tneħħiet mil-Lista s-Sewda tal-UE it biss qabel l-iżvelar tal-Pandora Papers. Finalment hija qalet illi l-poter tal-bidla jinsab f 'idejn l-Istati Membri u allura l-ewwel li jrid iseħħ huwa li jkun hemm diskussjoni mal-Gvernijiet dwar din il-materja u l-bżonn tal- azzjoni. 'Dibattitu imbarazzanti' L-MEP Jonas Fernandes mill- Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi sostna illi dan id-dibattitu huwa wieħed "imbarazzanti" għaliex huwa repetuzzjoni ta' ħafna affarijiet li ilhom jintqalu. F'diskors imqanqal Fernandes qal illi l-UE mhux qed tagħmel biżżejjed u minkejja ħafna proposti u inizzjattivi "kollox jeħel għand il- Kunsill." Dan huwa probabbilment minħabba li huma l-Istati Membri l-aktar illi jirreżistu bidliet leġiżlattivi, speċjalment fejn jirrigwarda tassazzjoni li hija kompetenza nazzjonali. Yannick Jadot mill-Partit tal- Ħodor qal illi dan mhux l-ewwel skandlu tat-tip tiegħu u sejjaħ dan kollu li qed iseħħ "impunità ta' $11-il triljun". Jadot saħaq illi hemm bżonn "trasparenza totali" fuq shell companies u min ikun hemm warajhom u saħaq ukoll li hemm bżonn unanimità fuq kwistjonijiet ta' tassazzjoni fil-Kunsill. Jadot semma' lil Malta, imma mhux f 'dawl sabiħ hekk kif sostna illi Malta, Ċipru, l-Irlanda u anke l-Olanda huma "tax havens" u - skont hu - "huma lkoll kompliċi fl-evażjoni tat-taxxa fl-UE." L-MEP Gunnar Beck mill-Partit Identità u Demokrazija sostna illi s-sinjuruni qed "jevadu t-taxxa b'mod perfettament legali." Huwa qal li ma hemmx rieda li jsiru sanzjonijiet u akkuża lill-politiċi tal-UE li huma l-protetturi ta' sistema politika plutokratika - jiġifieri sistema ta' tmexxija mis- sinjuri. Finalment l-MEP Manon Aubry mill-Partit The Left sostniet illi jirrabjaha l-fatt li qed ikun hemm "skandlu wara ieħor" ta' dan it-tip u sostniet illi dawk li suppost qed jaraw li jiġġieldu l-ħasil tal-flus, qed jispiċċaw f 'nofs skandli ta' dan it-tip. l-mument ta' tmiem l-ereżija u l-mewt tad-demokrazija. l-istess reati u xejn ma jinbidel' - Il-PE Xi żvelaw il-Pandora Papers dwar ir-Re tal-Ġordan? Ir-Re Abdullah tal-Ġordan xtara proprjetà li tiswa xejn inqas minn $23 miljun f 'California quddiem bajja. Hu xtara din il-proprjetà ta' lussu permezz ta' kumpanija fil-British Virgin Islands u li kienu jidhru għaliha Maniġers tal- Ġid mill-Iżvizzera, biex ma jidhirx ir-re, naturalment. Fl-emails li kienu jintbagħtu r-Re qatt ma jissemma' b'ismu u minflok dejjem kienu jirreferu għalih bħala "you know who." Interessanti illi l-avukati tiegħu qalu illi r-Re ma għamel xejn ħażin għaliex skont il-Liġi tal-Ġordan hu ma jħallasx taxxi. Huma qalu wkoll li dawn il-kumpaniji ma għadhomx jeżistu. Esperti qalu lill-ICIJ li r-Re għandu raġunijiet tajbin għaliex ma jridx jikxef il- ġid li għandu, għax dan jaf jurta lill-poplu tal-Ġordan u anke lil dawk il-pajjiżi tal- Punent li jagħtuh flus għall-pajjiż. Xi żvelaw il-Pandora Papers dwar il-PM taċ-Ċekja? Il-PM taċ-Ċekja (Repubblika Ċeka) Andrej Babis kien wiegħed ġlieda kontra l-evażjoni fit-taxxa huwa u tiela' l-iskaluni tal-politika. Iżda fl-2009 huwa kien poġġa $22 miljuni f 'kumpaniji shell differenti. Permezz ta' dawn il-flus huwa kien eventwalment xtara kastell, bl-isem Chateu Bigaud, f 'Mougins fi Franza billi xtara l-aġenzija tal-proprjetà li kienet is- sid ta' dan il-Kastell. Aktar minn hekk, Babis la kien iddikjara x-shell companies u lanqas dan il-kastell fid-dikjarazzjonijiet tal-assi tiegħu, hekk kif mitlub bil-liġi. Punent li jagħtuh flus għall-pajjiż. Xi żvelaw il-Pandora Papers dwar Tony Blair? Fl-2017, l-eks Prim Ministru Ingliż Tony Blair, flimkien ma' martu, sar sid ta' proprjetà ta' $8.8 miljun. Dan għamlu billi 10 snin qabel, sar is-sid ta' kumpanija fil-British Virgin Islands li kienet sid din il-proprjetà. Din il-kumpanija kienet tal-Ministru għat-Turiżmu tal-Bahrain Zayed al Zayani. L-ICIJ innutaw kif il-fatt li huwa xtara ishma ta' kumpanija minflok il-proprjetà innifisha fisser li huwa ffranka $400,000 f 'taxxi. Xi żvelaw il-Pandora Papers dwar il-President ta' Ċipru? Żvelaw illi ditta legali tal-President ta' Ċipru Nicos Anastasiades u li fiha hemm uliedu diretturi, kienet tat l-għajnuna lil biljunarju Russu - Leonid Lebedev - sabiex dan jaħbi erba' kumpaniji li jpoġġihom f 'isem il-ħaddiema. Lebedev ħarab mir-Russja wara li kien akkużat illi seraq madwar $220 miljun minn kumpanija tal-enerġija. Ir-Re Abdullah Andrej Babis Tony Blair Nicos Anastasiades

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 October 2021