Illum previous editions

ILLUM 10 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1418270

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 kotba IL-ĦADD 11 TA' OTTUBRU 2021 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Bejnna u bejn ruħna Minkejja li l-metafora tal- vjaġġ hija tant prominenti fil-letteratura Maltija, minn Dun Karm sal-antieroj ġej u sejjer u aktar lil hinn, it jew xejn jiġuni f 'moħħi narrattivi Maltin ta' vjaġġ attwali, jekk inħallu barra lil Ulied in- Nanna u s-saga tagħhom minn Malta għall-Amerka u lura, bil-waqfiet komiċi Sqallija u Pariġi. Forsi Malta żgħira wisq għall-vjaġġ a la Kerouac, impossibbiltà narrattiva, jew għal kwalunkwe xorta ta' stil road movie, wisq inqas il- possibbiltajiet kollha bejn il- gonzo tip Hunter S. ompson u r-romantiku modern bħall-films ta' Salvatores. Forsi mhux biss il-vjaġġ madwar il-gżejjer it li xejn jiġi affrontat (għalkemm L-Għanja tas-Seba' Niċeċ jaf għandha valur road reliġjuż!), imma anki s-safra jew il-vjaġġ attiv f 'artijiet oħra bħala vejikolu retoriku għall-bidliet u l-isfidi fil-mixja ta' karattru. Il-mod kif inhu mqassam Frammenti ta' Tyrone Grima (Merlin, 2021) ħadni lejn tqabbila mill-aktar inortodossa. Ir-rumanz huwa mqassam f 'erba' taqsimiet bl-ismijiet tal-istaġuni imma kkwalifikati wkoll bħala rotot, essenzjalment vjaġġi minn raħal Malti għal ieħor, li mbagħad jingħalqu b'memorja. Bħal fil- każ tat-Taxi Mary tal-Bamboċċu u l-Makk, il-protagonist ta' Frammenti, flimkien ma' Sophie, l-ispalla li jsib fi triqtu u li magħha jkompli l-vjaġġ, idur minn post għal ieħor immexxi minn tiixa li għandha x'taqsam mal- imħabba. L-għannejja jaqbdu l-karozza biex iduru dawra li tibda minn Ħaż-Żabbar ħalli jżuru n-nisa li għandhom f 'kull port. In-narratur ta' Frammenti għandu intenzjonijiet ogħla, u s'hemm jieqaf dan it-tqabbil mal-kanzunetta popolari: bħalma Gregor Samsa jqum jum minnhom u jsib li sar wirdiena, il- protagonist tar-rumanz ta' Grima jqum għal Malta battala fejn ma baqa' ħadd iktar ħlief hu. Premessa distopika li taqbdek mill-ewwel u li tirnexxi, forsi anki għaliex mhijiex l-intenzjoni ewlenija tar-rumanz, imma ambjentazzjoni milquta għal vjaġġ li huwa wisq aktar riflessiv mill-fiżiku, fejn il-passi tas- saqajn u d-dawrien bil-mutur

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 October 2021