Illum previous editions

ILLUM 10 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1418270

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 kotba illum • IL-ĦADD 11 TA' OTTUBRU 2021 Mark Vella jaqra Frammenti ta' Tyrone Grima: logħba bejn il-fiżiku u l-mentali, dak li jidher u dak li ma jidhirx, fejn id-dinja distopika li jqum għaliha l-protagonist taqleb ta' taħt fuq il-kategoriji ta' kif is-soltu naffrontaw l-esperjenzi personali tagħna. jimxu flimkien mat-twerdin tal- ħsibijiet. Ta' mument fejn wieħed tassew għandu bżonn ikun waħdu biex jaħseb, jew inkella mument ta' ħajja maħsuba li jelimina għal kollox minn quddiema l-bqija tal- ħajja mgħejxa. Iż-żewġ karattri jispiċċaw jivvjaġġaw donnhom bla ħjiel u bla direzzjoni, jew inkella lejn waqfien finali ddettat mill- ħsibijiet li qed jossessjonawhom. Bħal fil-vjaġġ distopiku tat-tifel u l-missier f 'Amerika post- apokalittika ta' e Road ta' Cormac McCarthy, jafu x'qed ifittxu, b'xi mod, imma t-triq li twassal għall-baħar għadha twila u mimlija perikli. Frammenti wkoll jispiċċa fejn il-baħar, Fomm ir-Riħ, iżda Sophie u l-protagonist bla isem m'għandhom l-ebda ostaklu għall-mawriet u ż-żjarat tagħhom, ħlief it-trawmi li qed jossessjonawhom. Iħufu minn dar vojta għall-oħra, b'aċċess għal kull m'hemm fihom, ibda mill-ikel u l-provvisti meħtieġa, u jfittxu, jistennew, u jerġgħu jibdew il- vjaġġ lejn raħal ieħor. Vjaġġ li madankollu xorta jsir metafora, fejn paradossalment il- mixi, il-ġiri u s-sewqan irikkbu fuqhom il-protagonisti ewlenin tar-rumanz, il-frammenti ta' ħajja, frammenti ta' ħsibijiet imferrxin u mħawdin b'tentattiv li b'xi mod isir sens minnhom. Sew Sophie sew il-leħen narranti għandhom kwistjoni xi jsolvu, marbuta ma' nies għal qalbhom u rabtiet li tkissru jew intemmu. Malta vojta li qed iduru magħha ssir qisha l-ispazju meħtieġ, lil hinn minn kull folla li ġġennen, biex dak li jkun jagħmel sens, jew għallinqas jipprova, mill- ġrajjiet tiegħu. Pawża neċessarja, kważi idillika fid-distopija tagħha, u minnufih niakru fil-vjaġġi personali importanti tagħna li nistgħu nimmaġinawhom bħala li jseħħu f 'dinjiet li għal xi żmien donnhom ġew sospiżi. Id-dinja ta' Frammenti, għalhekk, donnha sseħħ tassew f 'moħħ il-protagonist, b'kull taqsima tagħlaq b'memorja fiżika, tan-nies tad-demm u l-laħam u tal-oġġetti li jeżistu u jintmessu, filwaqt li l-vjaġġ huwa fejn jieħdu sura x-xbihat li jinbtu mill-ipproċessar personali tal- ħsibijiet u tal-memorji. Dan ir- rumanz, fil-fatt, għandu mumenti simboliċi importanti, li huma midmuma b'ħila mill-awtur għaliex ma jitbegħdux mil-fil ċentrali tar-rakkont u jaħdmu b'tali mod li jgħinu biex taqsima tinforma lill-oħra, sakemm titwassal il-konklużjoni, jew aħjar ir-riżoluzzjoni, tat-tiġrib tal- protagonist. Sophie, l-uniku karattru ieħor attiv fil-ġrajja, hija mbagħad pjuttost enigmatika u gradwalment tgħib mir-rakkont, bħallikieku taqbad triqtha lejn ir- riżoluzzjoni personali meħtieġa tagħha, u tħalli 'l seħibha jaqdef għal rasu lejn is-salvazzjoni personali tiegħu. Kulħadd isalva waħdu, kif jaf hu. Hija relazzjoni, għalhekk, li mhijiex mingħajr id- diffikultajiet tagħha, kważi vjaġġ li ġa predestinat li se jkollu jiġi konkluż individwalment. Tant hu hekk li, f 'nofs ir-rumanz, il-karattri jqiegħdu saħansitra r-regoli tal-koeżistenza tagħhom. e first rule of Fight club is: You do not talk about Fight Club: l-ewwel regola li jiddetta lil Sophie hi l-istejjer tal-passat għandhom jibqgħu fil-passat, u mbagħad ikompli b'ħames regoli oħra ta' loġistika għal vjaggaturi li ġa magħruf li qatt ma kienu maħsuba biex ikunu hemm għal xulxin. Ktieb li fakkarni f 'bosta kotba oħra wkoll, bħalma naħseb ġa sar evidenti. Jista' jkun riflessjoni wkoll tal-qari u l-kultura narrattiva tal-awtur, li dan mhuwiex l-ewwel xogħol tiegħu, kif ukoll li huwa wieħed mill-waħdiet li jaffrontaw it- tematika queer u l-omosesswalità bi profondità adulta, u mhux neċessarjament għax mgħexja jew esperjenzata. L-imħabba omosesswali deskritta fir-rumanz, anki b'xena grafika ta' sess, trid titqies sew fl-aspett imsemmi, imma lanqas m'għandha tirrelega 'l dan il-ktieb għal xi garżella. Fil-qofol tiegħu, laqatni sew għal-kontroll tat-teknika tar- rakkont, fejn l-elementi kollha huma marbutin u konnessi f 'għanqbuta maħsuba ta' tifsiriet, imma wkoll għar-riflessjoni mhux tas-soltu dwar, aktar milli l-imħabba, tmiemha u l-qsim il- qalb li jġib miegħu. Esperjenza umana li faċilment tista' titwassal b'pathos li ma jinfidx fil-qalba tal-kwistjoni, imma Frammenti jmur lil hinn minn dan biex jesplora l-vjaġġ, modern fil- preokkupazzjoni tiegħu iżda antik daqs l-ewwel bniedem li qatt ħass u ħabb, ta' min irid jagħmel sens mill-waqgħa sabiex jerġa' jqum u jkompli miexi. Frammenti ġie ppubblikat b'kofinanzjament mill-Fond Malti tal-Ktieb immexxi mill- Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Tyrone Grima

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 October 2021