IRRESTAWRA
l-Każin
Il-Każini għandhom rwol
importanti fis-soċjetà
tagħna. L-Awtorità
tal-Ippjanar qed tħabbar
skema biex tassisti każini,
klabbs u għaqdiet lokali li
għalkemm kellhom jagħlqu
matul din l-aħħar sena,
xorta għandhom bżonn
iwettqu xogħlijiet strutturali
fil-binja tagħhom.
L-iskema 'Irrestawra
l-Każin' hija fond ta'
€250,000 biex jassisti lil
dawn l-organizzazjonijiet.
Kull klabb jew każin jista'
japplika għal massimu ta'
€5,000 biex iwettaq xogħol
professjonali ta'
manutenzjoni fil-binja
tiegħu.
L-applikazzjonijiet jibqgħu
miftuħin sat-30 ta'
Novembru jew sakemm
il-fondi jiġu eżawriti.
Għal aktar informazzjoni żur
www.pa.org.mt/irrestawra-kazin