Illum previous editions

ILLUM 10 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1418270

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 IL-ĦADD 10 TA' OTTUBRU 2021 • illum kummerċjali Irrestawra l-każin - fond tal-PA li jgħin lill-klabbs tal-komunità soċjali u lokali Imġedda l-iskema Irrestawra l-Faċċata L-Awtorità tal-Ippjanar flimkien mal-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, tinnota r-riperkussjonijiet finanzjarji sinifikanti fuq il-Klabbs tal-Komunità Soċjali u Lokali waqt il-pandemija COVID-19. Klabbs bħal dawn għandhom rwol integrali fis-soċjetà u l-irħula tagħna. L-għan tal-iskema 'Irrestawra l-Każin', li tnediet dan l-aħħar, huwa li tipprovdi għajnuna finanzjarja fi żmien meta klabbs bħal dawn kellhom tnaqqis konsiderevoli fid- dħul tagħhom, iżda xorta kellhom jagħmlu xogħlijiet ta' manutenzjoni. B'allokazzjoni ta' €250,000, l-ammont massimu li jista' jingħata lil kull Klabb tal-Komunità Soċjali u Lokali ma jaqbiżx il-€5,000. Ix-xogħlijiet eliġibbli jinkludu l-manutenzjoni tal-post u dawn ix-xogħlijiet jistgħu jkunu diġà saru, għadhom għaddejjin jew anke għadhom iridu jsiru. Huwa importanti li l-irċevuti kollha jiġu ppreżentati lill-Awtorità tal- Ippjanar sal-15 ta' Diċembru 2021. Ix-xogħlijiet li jeħtieġu permess tal- ippjanar għandhom ikunu koperti minn permess validu. Martin Saliba, Chairperson tal- Kunsill Eżekuttiv fl-Awtorità tal- Ippjanar, qal "Ħafna nies iżuru Klabbs tal-Komunità Soċjali u Lokali regolarment u dawn jgħaqqdu l-komunitajiet. Ħassejna l-ħtieġa li ngħinuhom fil-ġlieda finanzjarja tagħhom u żviluppajna din l-iskema li taqa' taħt is-serje ta' skemi 'Irrestawra' li nedejna reċentement. Skemi bħal dawn dejjem kellhom rispons tajjeb ħafna u nemmen li 'Irrestawra l-Każin' se tkun suċċess ukoll." L-applikazzjonijiet jiħu fit-22 ta' Settembru fuq bażi ta' first come first served. L-iskema tibqa' miuħa sat-30 ta' Novembru, jew sakemm il- baġit kollu jiġi eżawrit. Il-kundizzjonijiet applikabbli għall-iskema huma disponibbli fuq www.pa.org.mt/irrestawra-kazin. Għal aktar informazzjoni dwar l-iskema 'Irrestawra l-Kazin' tista' ċċempel fuq 22901554/22901555 jew ibgħat imejl fuq irrestawrakazin@ pa.org.mt. Il-proprjetajiet kollha, inkluż bini kummerċjali f 'numru ta' toroq fejn jiġi ġenerat ħafna traffiku, issa huma eliġibbli biex jibbenefikaw mill- iskema 'Irrestawra l-Faċċata' wara li l-Awtorità tal-Ippjanar iddeċidiet li testendi l-iskema b'xahrejn oħra. L-iskema ta' €2 miljun ser tirriġenera numru ta' toroq fiċ-ċentri tal-bliet li jesperjenzaw volum għoli ta' traffiku. Il-faċċati f 'dawn it-toroq jiddeterjoraw iktar malajr minħabba t-tniġġis tat- traffiku u jeħtieġu manutenzjoni u restawr konsiderevoli. Din l-iskema, li ġiet estiża, hija miuħa għal sidien ta' kwalunkwe proprjetà fiż-żoni msemmija fl-iskema oriġinali. Dawn jinkludu partijiet tat- toroq li jinsabu f 'żoni ta' konservazzjoni urbana fi Triq D'Argens fl-Imsida, Triq il-Kbira San Gużepp fil-Ħamrun / Sta Venera, Triq il-Wied f 'Birkirkara, Triq Stiefnu Zerafa, Triq is-Salib, il-Marsa, Triq Patri Felicjan Bilocca u Triq Balbi l-Marsa, Triq Bormla, Triq Ħal Tarxien u Triq Ħal Luqa f ' Raħal Ġdid, Triq Ħal Tarxien u Triq Paola f 'Ħal Tarxien u Triq il-Kbira ġewwa r-Rabat (Malta). B'kollox, l-iskema tkopri madwar 5km ta' toroq. L-iskema issa tagħlaq fit-30 ta' Novembru 2021. Il-lista ta' toroq li huma eliġibbli biex jibbenefikaw minn dan il-fond huma disponibbli mill- websajt tal-Awtorità: www.pa.org.mt/ irrestawra-faccata.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 October 2021